MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518642

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 intervista illum • IL-ĦADD 7 TA' APRIL 2024 jaqta' qalbu mill-politika' il-ħitan iperpru, mhux mibnija sew, u bl- awtoritajiet suppost jagħmlu xogħolhom u ma għamlu xejn ... din il-binja waqgħet u qatlet lil Jean Paul Sofia traġikament. Issa jien iltqajt ma' Isabelle Bonnici. Kont parti mill-furur nazzjonali, mhux waħdi, għax konna eluf fi Pjazza Kastilja nitolbu għal inkjesta pubblika. Jiena lil Isabelle, tajt kelmtni li se ngħin, b'mod konkret biex verament issir ġustizzja ma' Jean Paul Sofia. Dan għamiltu b'żewġ modi, l-ewwel nett kxift li l-Gvern ma kienx qed jimplimenta l-liġi Ewropea dwar is-sigurtà tal-bini, il-liġi, ir-regolamenti tal-prodotti ta' kostruzzjoni. Fil-fatt hawn il-maġġoranza tal-briks f 'Malta li mhuwiex CE marked. Suppost inti għandek marka ta' kwalità li tkun fuq ħafna prodotti li tixtri. Din suppost il-briksa Maltija jkollha din il-marka, u m'għandhiex, għax il-Gvern baqa' jitgħażżen u ma implimentax il-liġi Ewropea. It-tieni, meta smajt li dan l-iżviluppatur li għandu diversi propjetajiet oħra li qed jiżviluppahom madwar Malta u Għawdex, applika għall-fondi tal-Ewropa, jien għokritni għajni. Għaliex? Għax naf kemm iridu jgħaddu minn terturi l-bdiewa ġenwini, li vera qed jipprovaw jaqilgħu x'jieklu min-nagħaġ, mill-bhejjem, mill-ħaxix u l-frott, kemm jgħaddu minn torturi biex jieħdu erba' soldi mill-UE. Tant li ħafna minnhom qatt ma ħadu! Jiena, permezz tal-mezzi tiegħi, għamilt investigazzjoni personali biex nara dan l-iżviluppatur kemm ħa fondi. Jien m'għandi xejn kontrih dan il-persuna, m'għandi xejn kontra ħadd ... però mhux se naċċetta li l-fondi tal-Ewropa jmorru għand min m'għandux bżonnhom. Mill-investigazzjoni joħroġ li dan mhux darba biss ħa ta! Ħa tliet darbiet! U kull darba jieħu l-ammont sħiħ, l-ogħla ammont li tista' tieħu. L-ewwel darba ħa €150,000, l-iktar li tista' tieħu f 'dik is- sejħa li ħarġet. It-tieni darba ħa €136,000 biex ikompli jkabbar razzett u t-tielet darba ħa €62,000. Issa jiena mort fuq il-post, u ma rajt l-ebda nagħġa, ma rajt l-ebda ħaġa li turi li dan hu razzett. Anzi rajt drive-in, villa bellezza, ġo art ODZ f 'wieħed mill- isbaħ widien ta' Malta, tajjeb? Villa sabiħa quddiem u garaxx warajha. Din il-persuna ħadet ritratti u qalet: "ara hawn nagħaġ." Iva, orrajt, għandek in- nagħaġ, imma l-punt għadu hemmhekk ... Il-fondi jridu jmorru għand min għandu bżonnhom. Jiena tlabt lill-OLAF tinvestiga. Din hi istituzzjoni rispettata li tinvestiga jekk sarux abbużi mill-fondi tal-UE, u qiegħed fil-preżent jinvestiga l-każ. Jien se nibqa' nsus wara dawn il-każijiet biex nara li l-fondi tal-Ewropa jintużaw tajjeb. GĦALIEX MORT GĦAND L-OLAF? L-AWTORITAJIET MALTIN MA SETGĦUX JAGĦMLU L-ISTESS TIP TA' INVESTIGAZZ JONI? Bla dubju. L-awtoritajiet Maltin kellhom għaxar xhur ċans biex jiċċaqalqu. Mela dan rajna gazzetta ewlenija toħroġ dwar il-każ. Għaxar xhur ilu, smajna xi ħaġa mill-pulizija? Ma smajna xejn. Wara, l-inkjesta f 'paġna 299, qalet ukoll li dan l-iżviluppatur ħa l-fondi Ewropej b'mod illeċitu u baqa' ma ġara xejn. Ma smajna bl-ebda investigazzjoni. Għalhekk kelli niċċaqlaq. Aħna hekk irridu nagħmlu. Fejn l-awtoritajiet mhux jieħdu azzjoni, aħna rridu nsibu l-Ewropa biex tgħinna. Fejn hemm il-każ, fejn hemm il-possibilità. IŻDA FUQ L-ISTESS LINJA LI KONT AKKUŻAJT LIL ALEX AGIUS SALIBA LI QED IPERREĊ L-AFFARIJIET TAN-NAZZ JON FI BRUSSELL, MA TAĦSIBX LI QED TAGĦMEL L-ISTESS? Fejn kien hemm bżonn li jiena nuża l-awtoritajiet Maltin hekk għamilt. Eżempju dwar id-dranaġġ mormi fil- baħar, jien resaqt rapport lill-Awditur Ġenerali hawn Malta fil-Furjana biex jinvestiga l-użu tal-fondi Ewropej. Irridu naraw il-każ xi jkun, u min hi l-iktar awtorità li jaqbel li tinvestiga l-każ. Jien lill-MEP Alex Agius Saliba kkritikajtu għax kienet kwistjoni fejn l-iktar entità li forsi tista' ssolvi l-problema kienet Maltija. Kienet l-Awtorità tal-Kompetizzjoni Maltija. Għalhekk ikkritikajt lil Alex. Mhux għax ħa xi tip ta' inizjattiva dwar l-abbuż. Sewwa għamel li jsemmi l-abbuż u jgħid li jiġi investigat. Imma għandha tinvestiga l-awtorità Maltija mhux l-Ewropa. F'dan il-każ kien bil-kontra. NAQBŻU FUQ XI ĦAĠA FRISKA. IL-ĦAMIS LI GĦADDA RAJNA L-ĠURAMENT TAL-ĦATRA TAL- PRESIDENT MYRIAM SPITERI DEBONO. X'DEHERLEK MID- DISKORS TAGĦHA? Jiena laqatni l-kuraġġ tal-Eċċellenza tagħha l-President Myriam Spiteri Debono, li trattat it-temi l-aktar relevanti għal pajjiżna. Trattat it-tema speċjalment it-tema tal- ġustizzja. Aħna għandna żewġ inkjesti, inkluż l-inkjesta fil-qtil barbaru tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Wara qtil ta' ġurnalista ma kellniex nikinsu x-xemgħat, imma ningħaqdu bħala poplu biex naraw li jkollna ġustizzja ta' vera u jkollna sens ta' għaqda nazzjonali. Peter Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 April 2024