MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518642

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 intervista IL-ĦADD 7 TA' APRIL 2024 • illum 'Il-poplu qed jurina li qed jaqta' MIN HU PETER AGIUS? Jiena avukat, missier ta' tlett itfal. Naħdem mal-Unjoni Ewropea, ilni naħdem mal-UE minn qabel ma dħalna membri. Dħalt b'kumbinazzjoni. Dak iż- żmien Malta kienet qed tinnegozja biex nidħlu fl-UE, u kien hemm bżonn ta' avukat li jaf il-lingwa Maltija. L-UE kont diġà qed nistudjaha l-Università, u kien suġġett li jogħġobni ħafna. Imma minn dak ix-xogħol, infetaħ univers quddiemi għax Brussell u l-UE huwa post fejn jekk tistinka, jekk inti tkun kreattiv, inti tista' tikber u taħdem f 'oqsma differenti. Minn kuntratt ta' sena spiċċajt ninnegozja liġijiet interessanti ferm. Kont inkarigat eżempju mill-online gaming, minn setturi tekniċi u anke direttivi fuq il-karozzi, inkluż fuq l-emissjonijiet, u d-disinn. L-Ewropa nafha ... u għalhekk għandi xewqa kbira biex nuża dak li naf għall-ġid ta' Malta. Għax jien bħalissa l-imgħallem tiegħi, u l-obbligu tiegħi hija l-Ewropa kollha. Però jekk inkun MPE, allura mbagħad l-imgħallma tiegħi jkunu l-Maltin u l-Għawdxin. FL-AĦĦAR SONDAĠĠ TAL- GAZZETTA OĦT, ĦAREĠ KIF IL-LABURISTI DDEĊIDEW LI JIVVOTAW FL-ELEZZ JONIJIET GĦALL-PARLAMENT EWROPEW. KAĠUN TA' DAN ID-DISTAKK KIBER MINN 15,000 FI FRAR GĦAL 29,000 DAN IX-XAHAR. TAĦSEB LI DAWN IN-NUMRI SE JKUNU R-RAĠUNI GĦALIEX IL-PN MA JĠIBX LURA T-TIELET SIĠĠU? Is-sondaġġi wieħed irid jagħti kashom, però jindikaw it-trend, mhux ir-riżultat. L-ewwel nett sar sondaġġ ftit qabel, fejn rajna li d-distakk kien ikbar minn hekk. Jiġifieri fi ftit ġimgħat, jekk se nieħdu s-sondaġġi prima facie, jindika li l-PN mar aħjar f 'dan is-sondaġġ. Imma barra minn hekk, is-sondaġġ jindika wkoll li hemm faxxa enormi tal-poplu li tant iddejjaq mill-politika, tant xebbgħuh il- politiċi u l-iskandli ta' kuljum ... inti meta tmur fid-djar, in-nies din isemmulek, l-iskandli, il-kwalità tal-ambjent, il- kwalità tax-xogħol. Li qed jiġri, li ħafna mill-poplu tagħna, bil-faxxa dejjem tikber, qed jaqtgħu qalbhom mill-politika. Naħseb li l-iktar ħaġa importanti li rridu nagħmlu, huwa li nagħtu kuraġġ ġdid lill-poplu Malti. Jien din hi t-triq tiegħi fil-politika. Irrid nagħti kuraġġ, b'politika ta' kompetenza, politika ta' onestò, u ta' viżjoni. Is-sondaġġi qed jindikaw trend ta' qtigħ il-qalb mill-politika. Min-naħa tal- PN, bla dubju rridu nxammru l-kmiem, u naħdmu ħafna aktar għall-fiduċja tan- nies. PERÒ, DAN ID-DISKORS ILU JINGĦAD. B'DISTAKK BĦAL DAN, MA TAĦSIBX LI N-NIES FORSI MHUX QED JARAWKOM BĦALA GVERN ALTERNATTIV? Wieħed irid iżomm f 'moħħu wkoll kemm qed inkunu effiċjenti bil-messaġġ tagħna. Irridu nkunu kritiċi. IL-MESSAĠĠ IL-PROBLEMA, JEW IL-MESSAĠĠIER? Il-messaġġ ... kemm qed jasal għand in-nies, kemm qed jirnexxilna noħolqu engagement, kemm jirnexxilhom in-nies jirrelataw ma' dak li qed ngħidu.Għax ta' spiss tisma' li fil-politika hemm bżonn aktar proposti. Jiena, personali, u anke l-PN, aħna fl-aħħar sena biss ħriġna diversi proposti proattivi u konkreti. Forsi ma wasalniex biżżejjed għand in- nies. Il-fatt ukoll li għandek, min-naħa tal- Gvern, politika tax-xejn mhu xejn. Fejn addirittura, iridu eżempju lil Rosianne Cutajar, li qaltilna li kulħadd jitħanżer u tieħu paga ta' xejn, lura fil-partit. Joseph Muscat, Prim Ministru li kellu joħroġ minn Kastilja b'rasu baxxuta bil-protesti tan-nies, dawn qed jerġgħu jgħolluh u jipprovaw jirriċiklawh. Allura inti l-politika tibda tgħid, "isma', dawn qegħdin hawn għalija, jew qegħdin hemm biex jgħattu xawwathom u jkomplu jħawdu bejniethom?" Din is-sens ta' qtigħ ta' qalb fil-partiti kollha, qed jaffettwa bla dubju lill-PN ukoll. Għax minflok in-nies jgħidu, ejja naħdmu flimkien ħalli nbiddlu s-sitwazzjoni, qed twassal għal dak il-qtigħ ta' qalb u jkun hemm inqas militanza, inqas proattività. IRRAPPORTAJT L-IŻVILUPPATUR TAL-BINJA TA' KORDIN, L-ISTESS BINJA LI WASSLET GĦALL-MEWT TA' JEAN PAUL SOFIA, LILL- AĠENZIJA EWROPEA KONTRA L-FRODI. GĦALIEX? Din il-persuna li żviluppat il- propjetà f 'Kordin, li waqgħet, b'dawn Peter Agius mhux wiċċ ġdid fix-xena politika, speċjalment fl-aħħar snin grazzi għall-ħidma tiegħu bi preparazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Agius jitkellem mal-ġurnalista MARIANNA CALLEJA dwar diversi suġġetti kurrenti. Li qed jiġri, li ħafna mill-poplu tagħna, bil-faxxa dejjem tikber, qed jaqtgħu qalbhom mill-politika. Naħseb li l-iktar ħaġa importanti li rridu nagħmlu, huwa li nagħtu kuraġġ ġdid lill-poplu Malti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 April 2024