MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518642

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' APRIL 2024 • illum ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Aries, għalik, l-istess Aries se tkun ġimgħa li issa trid tagħraf aħjar dik id-direzzjoni li għalik tkun ideali. Taf li għandek opportunità sabiħa quddiemek iżda trid tkun kapaċi tagħraa. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' ME JJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Gemini se tkun dik il-ġimgħa fejn b'għaqal tagħraf tqassam, kemm dak li qed tesperjenza, kif ukoll dak li hemm riesaq lejk. Jekk hemm bżonn twettaq skeda ġdida toqgħodx tinkwieta. Sib il-bilanċ meħtieġ. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Virgo se tkun ġimgħa fejn se tagħraf tanalizza l-pożizzjoni tiegħek u tara jekk għadhiex dik il-waħda li tixtieq. Int bdejt tħoss ġewwa fik li jista' jkun wasal il-mument għall-bidla. Issa huwa dak il-mument li tagħraf il-pass 'il quddiem. Irrifletti. Namaste. SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Scorpio se tkun dik il-ġimgħa fejn int trid tieħu pawża minn dak li hemm madwarek; pawża biex tkun kapaċi taħseb aħjar u tadatta aħjar għall-pressjoni li ġġenerat madwarek. Int trid tagħraf iżżomm bilanċ. Analizza. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Aries, għalik, Aquarius se tkun ġimgħa fejn trid twettaq analiżi ta' dak li seħħ madwarek f 'dawn l-aħħar ġranet. Minn dak li seħħ, issa trid tagħraf sew kif se tħares lejn il-futur tiegħek. Analizza. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' 7€ li jissarraf fil-Pubblikazzjonijiet ta' PaulJon. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon Il-Qamar Ġdid (New Moon) għaż-żodjaku ta' Aries MILL-ĦADD 7 TA' APRIL SAS-SIBT 13 TA' APRIL LUIGI SGHENDO Numru ta' residenti ħarġu fit- toroq tal-Belt Valletta s-Sibt filgħodu, jipprotestaw kontra dak li huma sejħu bħala invażjoni ta' art pubblika mifruxa madwar Malta. Il-protesta, li fiha ħadu sehem numru ta' NGOs inkluż Moviment Graffitti u Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA), għandha l-għan li tindirizza t-tfixkil tal-ispazji komunali, id-diżorganizzazzjoni, l-illegalitajiet u t-tniġġis tal-istorbju fil-lokalitajiet Maltin. Id-dimostranti saħqu li madwar il-gżejjer ċkejkna tagħna, art pubblika qed tinħataf mis-settur privat biex jitqiegħdu l-imwejjed u siġġijiet fuq il-bajjiet, bankini u pjazez. Il-kandidat indipendenti għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Arnold Casssola għamel referenza għad-diskors tal- President il-ġdida Myriam Spiteri Debono waqt il-ġurament tal-ħatra tagħha nhar il-Ħamis li għadda. Hu kkwotaha titkellem fuq persuni li nħatfu mill-vizzju tar- regħba, f 'dik li ddeskriviet bħala "marda li qed tiknes lin-nazzjon." Waqt il-protesta, il-belt kapitali ġiet deskritta bħala belt okkupata minn nies li l-uniku interess tagħhom huwa lilhom infushom u buthom. Saru wkoll sejħiet biex il-kunsill lokali tal-Belt Valletta jingħata d-dritt joħroġ kontra permessi maħruġin mill-gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet tal-Gvern. Preżenti wkoll kien hemm iċ- Chairperson tal-ADPD u kandidata għall-elezzjonijiet tal-MPE Sandra Gauci. Hija tkellmet dwar din is- sitwazzjoni li hi preżenti wkoll f 'San Pawl il-Baħar. Hawnhekk, qalet, l-invażjoni tal-bajjiet u l-pjazez ifisser li n-nies issa jridu jħallsu biex igawdu postijiet li kienu ħielsa għall-pubbliku. Hi ddeskriviet is- sitwazzjoni bħala "inaċċettabbli". Gauci kompliet tgħid li din is-sitwazzjoni hija sintomu ta' fallimenti tal-istat fir-rigward tal- infurzar. Intant, Astrid Vella mill- organizzazzjoni Flimkien għal Ambjent Aħjar innotat li l-bajjiet ilhom protetti bħala spazji pubbliċi minn żmien ir-Rumani u li għandhom jinżammu pubbliċi. Vella qalet li minkejja li tisma' numru ta' diskorsi politiċi li jisħqu dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal- anzjani u l-persuni b'diżabilità, dawn in-nies mhumiex fil-libertà li jimxu fuq bankina mingħajr ma jiltaqgħu ma' ostakli. Dawk preżenti appellaw liż-żewġ naħat tal-parlament u lill-kunsilli lokali biex jibdew b'mod kollettiv jieħdu dawn il-kwistjonijiet bis- serjetà. Residenti jipprotestaw kontra l-influss ta' siġġijiet u mwejjed fuq art pubblika Għal din il-protesta attendew bosta residenti minn madwar Malta, fosthom San Pawl il-Baħar, l-Isla, Tas-Sliema u Wied il-Għajn Triq fil-Belt Valletta miżġħuda bl-imwejjed u s-siġġijiet Ambulanza ma setgħetx tasal fejn kienet sejra minħabba mwejjed u siġġijiet f 'nofs tat-triq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 April 2024