MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518642

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 7 TA' APRIL 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Sigrieti u spjunaġġ f 'kummiedja waħda fil- koproduzzjoni li jmiss ta' "The 39 Step" ta' FM Theatre Productions u Teatru Manoel. Ispirat mill-film ikoniku ta' Alfred Hitchcock u r-rumanz klassiku ta' John Buchan, id-dramm jieħu xejra komika fl-adattament ta' Patrick Barlow. Issettjat fis-snin tletin, "The 39 Steps" isegwi l-iżvantaġġi ta' Richard Hannay. Interpretat mill- veteran tat-teatru Alan Paris, Hannay ġie framed bil-qtil misterjuż, fl-appartament tiegħu, li hu ma wettaqx. L-istorja ssir aktar interessanti kif Hannay jirrealizza li sab ruħu maqbud fi plott perikoluż li jinvolvi spiji u intriċċi politiċi. Hekk kif jgħaddi minn xenarju għall-ieħor jiltaqa' ma' diversi personalitajiet; 250 karattru eċċentriku impressjonanti interpretati minn Edward Mercieca u Stephen Oliver. Ibiddlu l-forma minn rwol għall-ieħor, b'umoriżmu, id-duo dinamiku jilgħab numru kbir ta' rwoli minn bejjiegħa, sa pulizija, piloti, u ħafna aktar. Bid-direzzjoni ta' Chris Gatt, dan l-ispettaklu teatrali jwiegħed li jkun taħlita ta' intriċċi, daħk u assurdità. "The 39 Steps" se tittella' f 'April fit-Teatru Manoel mid-19 sal-21 u fi tmiem il- ġimgħa ta' wara mis-26 sat- 28. Għal aktar informazzjoni żur www.teatrumanoel.mt. The 39 Steps: Sigrieti u spjunaġġ f'kummiedja waħda L-Orkestra Filarmonika ta' Malta hija eċitata li tiżvela proġett innovattiv għat-tfal, iddisinjat biex jintroduċi d-dinja maġika tal-mużika klassika lill- udjenzi żgħar b'mod vivaċi. Immexxi mid-Direttur Artistiku Maria Blanco, "Do-Re-Mi" iwiegħed li jagħti nifs lil seba' strumenti orkestrali distinti, kull wieħed mimli b'personalità unika. Ħerqan, kull strument lest li juri t-talenti mużikali tiegħu permezz ta' kunċerti interattivi orkestrali. Is-serje għat-tfal tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta se tibda l-vjaġġ tagħha f 'Għawdex bl-ewwel karattru, Do (il-Vjolin) f 'Għawdex. Il-Vjolin huwa strument prominenti u popolari ħafna fl-orkestra u jħobb imexxi hu. It-tfal li jattendu se jkollhom iċ-ċans uniku jsiru jafu lil dan il-karattru mużikali Do, maħluq minn Simon Bartolo; karattru li jirrappreżenta lill- vjolin. Se jkunu jistgħu jsegwu rappreżentazzjoni mużikali professjonali u jieħdu sehem f 'workshop apposta għall-età tagħhom bl-għajnuna ta' wieħed mill-vjolinisti fl-orkestra: Stefan Calleja. "Do-Re-Mi meets DO" se jsir fil-Gozo Visual and Performing Arts School nhar l-Erbgħa 27 ta' Marzu 2024 fl-10.30 ta' filgħodu. Do-Re-Mi hija l-avventura fejn it- tagħlim u l-pjaċir jingħaqdu f 'armonija waħda! Booking minn showshappening.com. It-tfal ma jħallsu xejn għall-postijiet tagħhom imma jridu jkunu akkumpanjati. DO-RE-MI tlaqqgħek ma' 'DO' l-vjolin Dan l-ispettaklu teatrali jwiegħed li jkun taħlita ta' intriċċi, daħk u assurdità

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 April 2024