Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518642
Niġi issa għall-film mużikali tal- 1958: Dan kien film tal-M.G.M. dirett minn Vincente Minnelli, produzzjoni Amerikana b'atturi kważi kollha Franċiżi, iżda mitkellem bl-Ingliż, b'ħin ta' 115-il minuta. L-istorja tal-film hi din: Gigi (Leslie Caron) qed tiġi mħarrġa b'interess kbir minn nannitha Madame Alvareż (Hermione Gingold) u z-zija Alicia (Isobel Jeans) għall-karriera fejn tkun akkumpanjata minn irġiel tas-soċjetà għolja. Hi se tkompli t-tradizzjoni tal-familja li ommha biss, mingħajr ħsieb, kissret. Gaston Lachaille (Louis Jourdan), in- neputi sinjurun kif ukoll imdejjaq tax-xwejjaħ Honore' Lachaille (Maurice Chevalier) li darba kien il- maħbub ta' Madame Alvarez, jieħu pjaċir jistrieħ mar-rabta soċjali f 'xi logħbiet tal-karti ma' Gigi, li għadha taħsibha ta' tifla. Meta l-maħbuba kurrenti ta' Gaston, Liane (Eva Gabor) tabbandunah biex tittrakka ma' wieħed li jgħallem lin-nies jiskejzjaw, iz-zija Alicia u Madame Alvarez jiddeċiedu li Gigi titrawwem biex tieħu postha fis-soċjetà għolja. Iżda Gigi tibqa' stinatament indipendenti u jkun biss meta hi tirrealizza l-imħabba tagħha għal Gaston li, kontra qalbha, taċċetta li ssir il-maħbuba tiegħu. Sadanittant, Gaston iddeċieda li jaqta' minn din it-tradizzjoni billi jitlob lil Gigi tiżżewġu. Għalkemm dan il-film iħalli barra xi it mid-drawwiet soċjevoli ta' dawk li jgħixu biex jixxalaw, l-ispirtu ta' seħer kif imfisser fil-ktieb ta' Colette m'għamluhx daqshekk ħelu li jittradixxi l-iskop tagħha. Wieħed iktar għandu jkun sorpriż, infatti, b'dak li ħallew barra aktar minn dak li ntilef. Din il-produzzjoni għandha ċertu stil konsistenti li juri l-abbiltà u l-kapaċità li bihom id-direttur, id- disinjatur, il-kompożitur u l-liriċist ħadmu għalenija. L-enfasi, meta wieħed jikkonsidra t-talent li sawru dan ix-xogħol, hi fuq l-attrazzjoni tal-perjodu, l-awtentiċità u d-dekor, ix-xeni mmanipulati b'intelliġenza għand Maxim's, il-uħ tal-film fil-Bois de Boulogne, l-ewwel sekwenza fix-xatt ta' Trouville, kollha kemm huma jikkontribwixxu għall- eleganza viżwali estrema. Minelli u d-disinjatur tal-produzzjoni, Cecil Beaton, huma t-tnejn artisti tad-dekorazzjoni, kif ukoll ħjiel ta' bravuri viżwali. Waqt il-logħob tat- tenis huma konformi mal-iskript u l-kanzunetti ta' Alan Jay Lerner. Il-mużika fl-istil ta' My Fair Lady hija ġentili u kultant issaħħrek. L-impressjoni totali, waħda ta' palat bnin u kkultivat, hu rinfurzat mill- kast. Leslie Caron u Louis Jourdan huma romantikament ġenwini; Hermione Gingold, Isobel Jeans u speċjalment Maurice Chevalier jirreċtaw b'mod naturali mingħajr l-ebda sforz u b'kunfidenza gwappa. Kollox f 'Gigi hu għall-apert u l-virtujiet tiegħu huma l-aktar dawk dekorattivi, imma jesebixxu dak kollu żgur meta grupp tal-akbar talent, sofistikati fl- industrija tad-divertiment ta' meta nħadem dan il-film, kienu kapaċi jaħdmu flimkien fuq materjal li huma tant esperti fih. Fiċ-ċerimonja tal-għoti tal- Oscars nhar is-6 ta' April 1959, Gigi rnexxielu jirbaħ 10 Academy Awards u r-rekord li kellu Gone With e Wind (1939) ta' 8 Oscars (darbtejn milqugħ), issa nkiser. Ta' min isemmi li fis-sena ta' wara, Ben- Hur kaxkar 11-il Oscar, rekord li dam 37 sena u ntlaħaq minn Titanic (1997) u Lord Of e Rings: e Return Of e King (2008), dawn l-aħħar tnejn meta l-kategoriji kienu żdiedu aktar. L-unuri li rebħet din il- produzzjoni kienu għall-Aqwa Film, l-Aqwa Direzzjoni, l-Aqwa Screen Play, l-Aqwa Ċinematografija (Fotografija), Direzzjoni tal-Arti, l-Aqwa Kanzunetta, Skor Mużikali, Disinn tal-Kostum u Editjar. Ħaġa tal-iskantament hi l-ebda wieħed mill-atturi ma rebaħ, għalkemm Maurice Chevalier irċieva Oscar Speċjali għall-kontribuzzjoni tiegħu fid-dinja tad-divertiment għal aktar minn nofs seklu. Fl-annali taċ- ċinema, Gigi jibqa' wieħed mill-films mużikali l-aktar pjaċevoli. 14 films IL-ĦADD 7 TA' APRIL 2024 • illum Carmel Bonnici Il-film mużikali "Gigi" (It-tieni parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA