Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518642
04 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' APRIL 2024 • illum SEJĦIET MIFTUĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI AVVIŻ IMPORTANTI Estensjoni tad-Data tal-Għeluq għall-Proposti tal-Proġetti taħt il-Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tavża lill-applikanti interessati li d-data tal-għeluq għaż-żewġ sejħiet ta' hawn taħt Prijorità 2 – It-Trawwim ta' Inklużjoni Attiva għal Kulħadd qed tiġi estiża skont kif indikat: Sejħa 3 – Għan Speċifiku: 4.8 - Inklużjoni attiva u impjegabbilità miftuħa għal Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi, imsieħba soċjali, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u organizzazzjonijiet volontarji qed tiġi estiża mil-15 ta' April 2024 sat-13 ta' Mejju 2024, f'nofsinhar. Sejħa 4 – Għan Speċifiku: 4.11 - Aċċess ugwali għal servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa ta' kwalità miftuħa għal Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi, imsieħba soċjali, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u organizzazzjonijiet volontarji qed tiġi estiża mit-22 ta' April 2024 sal-20 ta' Mejju 2024, f'nofsinhar. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' posta elettronika fuq fondi.eu@gov.mt. SEJĦIET MIFTUĦA GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI AVVIŻ IMPORTANTI Estensjoni tad-Data tal-Għeluq għall-Proposti tal-Proġetti taħt il-Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 L-Awtorità ta' Ġestjoni tixtieq tavża lill-applikanti interessati li d-data tal-għeluq għaż-żewġ sejħiet ta' hawn taħt Prijorità 2 – It-Trawwim ta' Inklużjoni Attiva għal Kulħadd qed tiġi estiża skont kif indikat: Sejħa 3 – Għan Speċifiku: 4.8 - Inklużjoni attiva u impjegabbilità miftuħa għal Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi, imsieħba soċjali, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u organizzazzjonijiet volontarji qed tiġi estiża mil-15 ta' April 2024 sat-13 ta' Mejju 2024, f'nofsinhar. Sejħa 4 – Għan Speċifiku: 4.11 - Aċċess ugwali għal servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa ta' kwalità miftuħa għal Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi, imsieħba soċjali, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u organizzazzjonijiet volontarji qed tiġi estiża mit-22 ta' April 2024 sal-20 ta' Mejju 2024, f'nofsinhar. Għal aktar informazzjoni, l-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' posta elettronika fuq fondi.eu@gov.mt. LUIGI SGHENDO Mhux kulħadd jaf x'għandu jagħmel f 'każ ta' ħabta bumper to bumper, u dan jidher biċ- ċar meta jaħbtu żewġ persuni u warajhom jinġabru serbut karozzi. Iwieġeb mistoqsijiet mistoqsija frekwentement, Claudio Tonna, Direttur tal- LESA, spjega li f 'każ ta' ħabta bumper-to-bumper, mingħajr persuni feruti, importanti li tieħu r-ritratti, timla l-formola u tressaq il-vettura fil-ġenb. Dan anke jekk ma jkunx hemm qbil fuq ta' min hu t-tort. Tonna tkellem fuq l-importanza li tittieħed azzjoni immedjata. Qal li filwaqt li l-LESA hija disponibbli biex tassisti jekk ikun hemm bżonn, huwa rrakkomandat li ż-żewġ partijiet involuti, f 'ħabtiet żgħar, jieħdu ritratti tal-inċident u jmexxu l-vetturi tagħhom f 'post aktar sigur b'mod immedjat. Il-vetturi li jitħallew f 'nofs it- triq jistgħu joħolqu perikli ta' saħħa u sigurtà, u inkonvenjent għal sewwieqa oħra. Għal dawk li jippreferu jimmaniġġjaw ħabtiet minuri b'mod indipendenti, Tonna nnota li sakemm il-partijiet ikollhom id-dokument tal- Bumper-to-Bumper, l-assistenza tal-LESA mhix bżonjuża. Madankollu, il-LESA tibqa' disponibbli biex tipprovdi appoġġ jekk meħtieġ, speċjalment jekk persuni involuti jkollhom diffikultà speċjalment fil-kitba jew fil- qari. Għal għajnuna mil-LESA, individwi jistgħu jċemplu fuq 2132 02021. F'każi li jinvolvu ġrieħi, Tonna saħaq fuq il-bżonn li jċemplu l-Pulizija u s-servizzi mediċi jiġu mgħarrfa fl-iqsar żmien possibbli. Dan jiżgura li jittieħdu miżuri xierqa biex tiġi indirizzata kwalunkwe emerġenza medika u jiġu ffaċilitati l-proċeduri legali meħtieġa. Tonna temm b'appell għall- għaqal fost is-sewwieqa u saħaq fuq l-importanza ta' rispett fit- triq u lejn il-liġijiet tat-toroq. Claudio Tonna, Direttur tal-LESA, jgħid li vetturi li jitħallew f'nofs it-triq jistgħu joħolqu perikli ta' saħħa u inkonvenjent għal sewwieqa oħra Ħbatt u ma weġġajtx? Ħu ritratt, imla' l-formola u ersaq mal-ġenb F'każ ta' ħabta bumper-to-bumper, mingħajr persuni feruti, importanti li tieħu r-ritratti, timla l-formola u tressaq il-vettura fil-ġenb