MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1518642

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' APRIL 2024 • illum opinjoni Clint Azzopardi Flores huwa kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Clint Azzopardi Flores F tit tal-ġimgħat ilu kont fuq il-pro- gramm Xtra mal-ġurnalist Saviour Balzan, u fih ikkritikajt id-deċiż- joni li l-Parlament Ewropew ħa dwar l-użu tal-lingwa Maltija fil-kumitati 'l bogħod minn dak li suppost se jkun ipprovdut fil-plenarja. Infatti, m'hem- mx garanzija li fil-kumitati jagħmlu użu tal-lingwa Maltija. Ir-riżoluzzjoni li l-Malti ma jintużax u li mhux se jkun hemm garanzija sħiħa li jintuża kontinwament fil-kumitat fil- leġiżlatura li jmiss kienet meħuda fit-30 ta' Jannar 2024. Wara din id-deċiżjoni, fit-8 ta' Frar, il-President tal-Parlament Ewropew kitbet lill-Prim Ministru sabiex ittarraflu li hi inkwetata b'dak li qed iseħħ fejn iddeskriviet li m'hawnx biżżejjed interpreti. L-argument idur madwar il-loġika li jekk id-deċiżjoni kienet meħuda, għall-kirjanza seta' kien hemm korrispondenza minn qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni. Infatti, ħallejt kopja tar- riżoluzzjoni lill-ġurnalista Saviour Balzan. Għalhekk, iddeċidejt li nċempel uħud mill-intepreti li huma ħbieb tiegħi sabiex nistaqsihom x'qed iseħħ. Ħafna minnhom kont niltaqa' magħhom meta kont inkun fil-Kunsill Brussell. Huma persuni li jaħdmu ħafna u għamlu xogħolhom dejjem b'reqqa. Dan nixhdu jien. Uħud minnhom qaluli li xi kultant jagħtuhom xogħol u oħrajn daqqa jqabbduhom ġimgħa minn xahar, u oħrajn ġimagħtejn. Bażikament, jidher li ġeneralment m'hemmx uniformità fil-prassi ta' kif titħaddem is-sistemà tal-interpreti fil- Parlament Ewropew. Nemmen li tenħtieġ aktar governanza u trasparenza f 'dar- rigward u tkun riveduta l-prassi ta' kif ikunu ingaġġati l-intepreti. Meta fil-passat, il-Kummissjoni Ewropea, li jien nikkritika ħafna, sabet li hemm żbilanċ ġeografiku għall-mod ta' kif jaħdmu l-Maltin fil-Kummissjoni Ewropea, inkluż l-interpreti, iltaqgħu mal-Permanenza ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u fasslu pjan sabiex isolvu l-problema. Dan kollu ma seħħx fuq in-naħa tal-Parlament Ewropew. Niem li jekk tkun inkwetat b'xi ħaġa, l-inkwiet ikun ilu ġej, u għalhekk taħseb ħalli tilqa' għaliha qabel u mhux wara li ssib il- problema ma' wiċċek. Infakkar li bħala Maltija, il-President tal-Parlament Eropew kellha tħares aktar il-lingwa tagħna u tara li jsir tali ppjanar minn qabel kif għamlet il-Kummissjoni Ewropea. Qed nikteb dan minħabba l-fatt li, inkunu fejn inkunu, il-lingwa Maltija għandha tkun irrispettata dejjem. Kien hemm min bagħatli messaġġ biex jizzikani għax ma kontx tkellimt fuq il-lingwa Maltija u d-deċiżjoni li ttieħdet dwar il- linja tal-ajru l-ġdida. Weġibt li ma kontx naf biha qabel u ħriġt nitkellem minnufih kif sirt naf li min kien qed jagħmel l-interviews sabiex jingaġġa nies ġodda mal-linja tal-ajru l-ġdida, m'għamilhiex obbligatorja li tkun taf il-lingwa Maltija. Nemmen li jekk saret b'mod ġenwin, sabiex isibu aktar talent, bħalma nagħmel dejjem, nagħti l-benefiċċju tad-dubju. Bl-istess argument imma kont nagħmel dil-prerogattiva wara li nkun ħriġt is-sejħa għan-nies u jekk ma nsibx wara li jkunu għamlu l-interviews, nibdel l-argument kollu. Minn dan s'issa mhux ċar ta' x'seta' seħħ fil-proċess. Apprezzajt però li dlonk ħareġ il-Prim Ministru u ta struzzjonijiet li l-Malti jrid ikun rispettat mil-linja tal- ajru l-ġdida. Apparti minn hekk, il-Kap taċ-Ċivil ta struzzjonijiet ukoll fejn jidħlu l-entitajiet pubbliċi sabiex il-Malti jkun irrispettat. Nemmen ukoll li anke l-ħaddiema li bagħtu l-Kummissjoni Ewropea f 'Dar l-Ewropa f 'Malta, kellhom ikunu jafu l-Malti. Infatti, il-persuna li kienet impjegata ġie jkellimni waqt konferenza li organizzaw fuq l-ESG u qalli min hu. Dakinhar għedtlu li suppost qed ikellimni bil-Malti, u daħakha. Fil-fatt bdejt inkellmu bil-Malti u beda jidħak. Apparti dan, nemmen li l-lingwa tagħna għandha dejjem tkun irrispettata. Hi lingwa sabiħa ħafna, mogħnija bl-isbaħ kliem meta tużaha tajjeb għax tagħtina wkoll identità. Fl-aħħar nett ma nistax ma nsemmix l-intervista li kellu l-eks kap tal- Oppożizzjoni Dr Simon Busuttil, li qal li dak li jridu jibnu bħala Unjoni Ewropea, qed jagħmluh sabiex ibeżżgħu lir-Russja. Skont Dr Busuttil irid li jbeżżgħu lir-Russja bid-difiża. Għall-mument, meta rajtha għaddejja fuq il-midja soċjali, kelli nerġa' nara hux qed nara sew. L-uniku mod ta' kif l-Unjoni Ewropea tista' tbeżża' lir-Russja, sa fejn naf jien, hu li tibni xibka nukleari kif qal ukoll il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber li aċċenna li dan hu mod li toħloq deterrent. Din hi d-difiża li qed jitkellmu fuqha u mhux id-difiża tat-teknoloġija informatika, jew ta' kontra d-diżinformazzjoni. Wara it tensjoni u pressjoni, jidher li l-maskli waqgħu. Apparti kollox, it-taħwid li sar fuq livell internazzjonali fil-politika u d-diplomazija, għad irridu nħossu l-effett tiegħu fis-snin li ġejjin. Jekk il-President tal-Kummissjoni Ewropea tibqa' għaddejja bin-narrattiva ta' difiża u bini ta' armamenti, flimkien ma' sħabhom tal-Partit Popolari Ewropew, mela jidher ċar fejn l-Unjoni Ewropea trid tmur. Għażla waħda għandkom; oħorġu vvutaw u għażlu b'moħħkom liema partit se tivvutaw. Il-lingwa Maltija Meta fil-passat, il-Kummissjoni Ewropea, li jien nikkritika ħafna, sabet li hemm żbilanċ ġeografiku għall-mod ta' kif jaħdmu l-Maltin fil-Kummissjoni Ewropea, inkluż l-interpreti, iltaqgħu mal-Permanenza ta' Malta għall- Unjoni Ewropea u fasslu pjan sabiex isolvu l-problema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 April 2024