MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519041

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 14 TA' APRIL 2024 • NRU 913 3.60% p.a. MeDirect Bank is a participant in the Depositor Compensation Scheme established under the Maltese Laws. Rate is quoted gross of tax on a per annum basis and is paid into a savings account. Accounts can be opened with a minimum of €100 and deposit must be kept in the account for the duration of the term. MeDirect Bank (Malta) plc, company registration number C34125, is licensed by the Malta Financial Services Authority under the Banking Act (Cap. 371). on a 6-month term deposit in Euro. Open an account online today. medirect.com.mt 2557 4400 I info@medirect.com.mt Intervista ma' Rachelle Deguara PAĠNI 6 - 7 Nies għoljin fil-Partit Nazzjonalista kkonfermaw mal-gazzetta Illum, li Roberta Metsola, il-President tal- Parlament Ewropew kienet favur u wriet appoġġ għall- kandidatura ta' David Agius, id-Deputat Nazzjonalista, imma l-ebda jew it li xejn entużjażmu għall- kandidatura ta' Peter Agius li jaħdem bħala uffiċjal fil- Kummissjoni Ewropea. David Agius, għalkemm mhux popolari daqstant fil-partit, se jiggwadanja minħabba l-effett tal-alfabett. Agius huwa kkunsidrat bħala politiku average li mhux kapaċi jartikola argument u ħafna drabi jħawwad il-fatti. Min-naħa l-oħra, Peter Agius huwa meqjus bħala kandidat aktar serju minn David u jinsab aktar popolari man-nies imma nies fil-kamp ta' Metsola mhumiex qed ituh palata. Anzi l-oppost. Anke fil-Kummissjoni Ewropea fejn jaħdem qed isib ħafna intoppi, b'rapporti u mistoqsijiet fuqu biex jimbarazzawh u jostakolawh f 'xogħlu. Mhux magħruf min qed jagħmel dawn il- mistoqsijiet. Metsola, minkejja l-popolar- ità tagħha man-Nazzjonalisti, mhix maħbuba daqstant min- nies fil-PN. Warajha hemm persuni bħal Richard Cachia Caruana, il-persuna li kien il- moħħ għal snin twal fil-PN, u nies oħra bħal Gordon Pisani, persuna assoċjata mal-PN fl-agħar żmien ta' Lawrence Gonzi. Metsola, omm ta' erbat itfal, issa għamlitha ċara mat-tim tagħha li mhix se tikkontesta għat-tmexxija tal-PN u ħarsitha hija purament fuq l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej u wara fuq il-kariga ta' President u fuq l-ambizzjonijiet tagħhom fi Brussell. Nies qrib tagħha qalulna li hi tibbrilla f 'ambjent politiku regolat u strutturat bħalm'hemm Brussell u tibża' mill-ambjent politiku lokali għax huwa mimli sorpriżi u intoppi mhux previsti. U kif rajna matul din is-sena f 'sitwazzjoni ta' kontroversja u reazzjonijiet, Metsola titlef il- fokus u ma tkunx tista' topera sew. Kandidati għall-MEP f 'isem il-Partit Nazzjonalista lmentaw ma' din il-gazzetta li jidher ċar li l-EPP qed tgħin il-parlamentari Metsola u Casa, u l-għajnuna finanzjarja tagħmilha impossibbli li huma jikkompetu fuq l-istess livell. Minkejja kollox, l-istatura għolja ta' Metsola fuq livell internazzjonali hija bla preċedent u ma jeżisti l-ebda kandidat li jista' jibbrilla magħha sewwa mill-PN u l-PL; ħlief għall-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, li skont nies qrib tiegħu issa ddeċieda li ma jikkontestax f 'isem il-Partit Laburista. Metsola timmira għal rekord ta' voti; nuqqas ta' apprezzament għall-kandidatura ta' Peter Agius President Myriam Spiteri Debono: "Nemmen li eventwalment l-abort se jidħol" LUIGI SGHENDO Waqt il-programm ta' Andrew Azzopardi fuq RTK103, il-President Spiteri Debono temmen li l-abort se jidħol minħabba l-bidla fil-fehma ta' dan is-suġġett fost il-ġenerazzjonijiet tal-futur. Fuq l-istess suġġett, mistoqsija jekk tiffirmax deċiżjonijiet morali u etiċi, il-President Spiteri Debono qalet li l-kostituzzjoni titkellem ċar fuq meta President jaffaċċja deċiżjonijiet iebsa, u qalet li "trid tiffirma", minkejja li affermat li hija personalment kontra l-abort. Fuq l-istess suġġett, il-President iddefendiet il- pożizzjoni tal-Knisja dwar l-abort, u qalet li huwa d-dritt u dmir li l-knisja żżomm mat-twemmin tagħha. Hija topponi li l-abort isir wegħda politika u minflok tissuġġerixxi referendum għall- konsiderazzjoni tal-poplu, minkejja li l-ebda partit ewlieni ma approva dan il-ħsieb. Filwaqt li rrikonoxxiet kontroversji tal-passat, bħall-qtil "faħxi" tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, hija faħħret il-progress tal-PL dwar id- drittijiet ċivili. Rigward is-settur tal-kostruzzjoni, meta mistoqsija fuqu, hija saħqet li temmen li għandu jiġi rregolat aħjar, fosthom billi dawk ir- regoli li jiġu rrakkomandati jkunu implimentabbli u jiġu implimentati. ARA PAĠNA 16 Myriam Spiteri Debono David Agius (xellug) u Peter Agius Roberta Metsola

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 April 2024