MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519041

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 14 TA' APRIL 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti L-Orkestra Filarmonika ta' Malta lura b'edizzjoni oħra ta' DO-RE-MI, proġett innovattiv għat-tfal, iddisinjat biex jintroduċi d-dinja maġika tal-mużika klassika lill-udjenzi żgħar b'mod vivaċi. Immexxi mid-Direttur Artistiku Maria Blanco, DO-RE-MI jwiegħed li jagħti nifs lil seba' strumenti orkestrali distinti, kull wieħed mimli b'personalità unika. Ħerqan, kull strument lest li juri t-talenti mużikali tiegħu permezz ta' kunċerti interattivi orkestrali. Is-serje għat-tfal tal-Orkestra Filarmonika ta' Malta se tkompli l-vjaġġ tagħha f 'Għawdex bil-karattru 'Sol', il-Furjana. It-tfal li jattendu se jkollhom iċ-ċans uniku jsiru jafu aħjar lil dan il-karattru mużikali 'Sol', maħluq minn Simon Bartolo. Se jkunu jistgħu jsegwu rappreżentazzjoni mużikali professjonali u jieħdu sehem f 'workshop apposta għall-età tagħhom bl-għajnuna ta' Michelle Agius. "Do-Re-Mi meets Sol" se ssir fis-Sala Robert Sammut, illum il-Ħadd fil- 11:00am. Do-Re-Mi hija l-avventura fejn it- tagħlim u l-pjaċir jingħaqdu f 'armonija waħda! Booking minn showshappening. com. It-tfal ma jħallsu xejn għall- postijiet tagħhom imma jridu jkunu akkumpanjati. DO-RE-MI tlaqqgħek ma' 'SOL' Il-Malta Pavilion huwa ispirat minn bosta narrattivi oriġini tal-arċipelagu Malti. Isma' l-istejjer li jagħmlu lil Malta tagħna unika, irrakkuntati minn dawk li għexuhom. Hemm ħafna li sar u għamel l-istorja ta' Malta. Hemm affarijiet importanti, oħrajn ma jiġux innotati. L-iskop ta' dan l-avveniment huwa li n-narrattivi, kemm reali, u anke le, ma jintilfux. Il-Kuratur Katya Micallef, flimkien mal-artisti Norbert Francis Attard, Trevor Borg, Patrick J. Fenech u Alexandra Aquilina, iwasslulkom "Sejbiet u Stejjer" ġewwa MUŻA, il-Belt Valletta. Żur il-mużew ġewwa MUŻA matul ix-xahar ta' April u Mejju biex tara din l-esebizzjoni. Sejbiet u stejjer esebiti ġewwa MUŻA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 April 2024