MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 14 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519041

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 14 TA' APRIL 2024 Il-Kelliem għall-Enerġija tal- Partit Nazzjonalista Ryan Callus ċanfar l-aġir tal-Partit Laburista li wara snin twal ta' attakki lill-Partit Nazzjonalista dwar il-maħfra li kienet ingħatat lil George Farrugia, issa "taw tender ta' €37 miljun lill-kumpanija li l-konsulent tagħha huwa l-istess George Farrugia." Farrugia kien il-persuna li ħadem biex l-Enemalta tixtri żejt minn ċerti kumpaniji barranin. Kienet il-gazzetta oħt tal-MaltaToday li kienet żvelat numru mdaqqas ta' emails li kienu jindikaw prattiċi korrotti. Fost in-nies li tressqu akkużati kien hemm Ċikku Portelli, is- sid ta' Virtu Ferries u Tancred Tabone tal-kumpanija Forestals. Farrugia kien ingħata maħfra fuq il-kundizzjoni li jixhed kontra Tabone u Portelli. Dakinhar, il-Partit Laburista taħt Joseph Muscat, kien għamel plejtu kbir u prova jieħu vantaġġ biex ikisser il-kredibilità ta' Lawrence Gonzi li dakinhar kien il-Prim Ministru Nazzjonalista. "Issa l-Labour u Robert Abela taw tender ta' €37 miljun lill- kumpanija li l-konsulent tagħha huwa l-istess George Farrugia biex jikru żewġ generators għal 47 ġurnata u ħaduna lura għad- diesel. Tal-Labour jgħidu mod fl-Oppożizzjoni u jagħmlu bil- kontra meta jkunu fil-Gvern," temm jgħid Callus. Il-kumpanija Enemalta ddeċidiet fid-dawl tal-kriżi tas- sajf li għadda fil-provista tad- dawl biex tara kif ikun hemm power station temporanja; liema power station taħdem bid-diesel. Il-kumpanija Bonnici brothers, li tidher li qed tkun aggressiva ħafna u qed tissielet għal tenders kbar, rebħet dan it-tender. Ironikament, fil-Parlament, il- Ministru Dalli kellha kliem aħrax fil-konfront tal-iskandlu taż-żejt u enfasizzat fuq in-nuqqas li tinġarr responsabbiltà. "Kif jista' l-PN jitkellem dwar li jkun ta' eżempju meta fiż-żmien li kien fil-Gvern kien hemm każijiet ta' frodi li jiswew $300 miljun u ħadd ma jerfa' responsabbiltà politika? … meta jkollok xi ħadd li ġie msemmi f 'każ ta' ħasil tal-flus u f 'daqqa waħda jieqfu l-investigazzjonijiet." Iżda it li xejn kienet taf Dalli li l-moħħ wara l-kisba ta' dan it-tender għal Bonnici brothers kien il-protagonist ta' wieħed mill-akbar skandli taż-żejt, George Farrugia. Għaxar snin ilu Farrugia kien instab ħati li xaħħam uffiċjali tal-Enemalta bil-patt u l-kundizzjoni li jiksbu kuntratti ta' żejt. Fil- fatt, Farrugia kien ingħata l-maħfra Presidenzjali bil-patt u l-kundizzjoni li jikxef. Intant, meta staqsejna lil Miriam Dalli, Ministru għall- Enerġija, biex tikkummenta fuq ir-rappurtaġġ dwar George Farrugia u dan it-tender qalet hekk: "Dak li għedt fil-Parlament għadu jgħodd sal-lum, jibqa' jgħodd u m'għandi l-ebda problema nirrepetih għax il- governanza tajba hija prinċipju li nemmen fih jgħaddi kemm jgħaddi żmien. Issa, dwar dak li saqsejtni nagħmilha ċara li Enemalta plc m'għandha l-ebda involviment f 'dak li jirrigwarda l-bini ta' pompi tal-petrol. L-Enemalta ilha m'għadhiex involuta fis-settur tal-fuel, u r-rwol tagħha huwa limitat għal dak ta' distribution system operator u fornitur ta' elettriku lill-konsumaturi fil-gżejjer Maltin. Dwar proċessi tat-tender għandek tiem li dan hu amministrat mill-Enemalta plc f 'konformità mar-regolamenti applikabbli. La l-Ministeru u lanqas il-Ministru mhuma involuti f 'dan il-proċess. Bħala Ministru mhuwiex ir-rwol tiegħi li nindaħal fl-għoti tat-tenders. Governanza tajba dak li tirrikjedi. Infurmata li l-Enemalta għandha proċess ta' due diligence li ssegwi u hemm anke kumitat tekniku li jagħmel l-evalwazzjoni skont kriterji stabbiliti li jaċċertaw li kwalunkwe offerta li tkun intgħażlet tkun konformi ma' dak mitlub fit-tender." Il-Prim Ministru Robert Abela attenda għal laqgħa fl-Awstrija, flimkien ma' erba' mexxejja Ewropej bi tħejjija għall- Aġenda Strateġika tal-Unjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin (2024-2029). "Irridu li l-familji tagħna jirrelataw, jimu u jgawdu finalment mill-ħidma tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jeħtieġ li l-prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin ikunu jirriflettu l-prijoritajiet tan-nies," saħaq il- Prim Ministru Robert Abela. Dwar is-suq uniku, il-Prim Ministru saħaq fuq l-importanza li wieħed imur lil hinn mir- rikonoxximent tal-isfidi biex jittieħdu azzjonijiet konkreti, partikolarment f 'termini ta' titjib tal-aċċess għall-produzzjoni. Huwa ddiskuta wkoll il- komunikazzjoni ma' pajjiżi u msieħba li jaħsbuha l-istess biex tiġi żgurata s-sigurtà ekonomika. Dwar l-interkonnessjonijiet tal-enerġija u t-trasport, il-Prim Ministru enfasizza l-komunalità fost in-nazzjonijiet Ewropej u l-ħtieġa li jiġu prijoritizzati azzjonijiet konkreti biex jiġu indirizzati l-isfidi, speċjalment għal Malta. Finalment, dwar l-immigrazzjoni, il-Prim Ministru jixtieq sforzi kordinati biex jiġi evitat it-tluq ta' immigranti mill-Afrika ta' Fuq, filwaqt li saħaq fuq l-importanza tal-kollaborazzjoni, kemm mal- Unjoni Ewropea, kif ukoll mal- pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq. Huwa jemmen fl-isforzi ta' Malta biex taħdem mill-qrib ma' pajjiżi bħal-Libja biex tiżviluppa soluzzjonijiet sostenibbli, filwaqt li enfasizza l-potenzjal għal żvilupp ta' enerġija nadifa u stabbiltà reġjonali. Għaxar snin ilu Farrugia kien instab ħati li xaħħam uffiċjali tal- Enemalta bil-patt u l-kundizzjoni li jiksbu kuntratti ta' żejt Id-dell ta' George Farrugia jaqa' fuq l-Enemalta imma kollox jibqa' għaddej Il-PM Robert Abela jattendi laqgħa bi tħejjija għall-Aġenda Strateġika tal-Unjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin Il-Prim Ministru Robert Abela (fin-nofs) ma' mexxejja Ewropej oħra fl-Awstrija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 14 April 2024