Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519041
06 intervista IL-ĦADD 14 TA' APRIL 2024 • illum 'Il-pajjiż hemm bżonn jiddikriminalizza MIN HI RACHELLE DEGUARA? Artista, attivista u issa politikanta. Miż-Żejtun, u għal dawn l-aħħar sena u nofs, qed noqgħod iż-Żurrieq. Għandi studio u l-ħanut hemmhekk għax għandi żewġ intrapriżi żgħar. BĦALA ARTISTA KONT FIL-PRODUZZ JONI KONTROVERSJALI "COUNTING DOWN" LI LTAQGĦET MA' ĊERTA ĊENSURA. KIF ĦASSE JTEK? Mhux qisha, anzi ċensura kienet. Il- biċċa xogħol kienet ta' Dali. Kien id- direttur ta' dik il-biċċa xogħol u parti mit-teżi tiegħu. Kienet performance pubblika li xtaqna nagħmluha faċċata Spazju Kreattiv għaliex il-proġett kien appuntu qed isir ma' Spazju Kreattiv, faċċata tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-Kunsill Lokali ħareġ il-permess iżda l-Uffiċċju tal-Prim Ministru neħħieh. Ovvjament din hija ċensura għax aħna ma stajniex nipprattikaw l-arti tagħna, wara li anke nħareġ il-permess. Dan jgħid ħafna dwar l-arti nnifisha għax din kienet dwar l-oppressjoni sistematika f 'Malta, f 'diversi sitwazzjonijiet soċjali u ekonomiċi differenti u tgħid ħafna fuq in-nies fil-poter li ma xtaqux li din l-arti ssir quddiem il-bieb tagħhom. Insomma mbagħad irranġaw l-affarijiet xħin indunaw xi żball oħxon kienu ħa jagħmlu, u stajna nkomplu, u fil-fatt intlaqgħet tajjeb ħafna. TĦOSS LI Ċ-ĊENSURA GĦADHA TEŻISTI FL-ARTI? Niltaqa' l-ħin kollu magħha. Il-ħin kollu. Imma nsejħulha ċensura under the radar għax fil-verità ġieli jistennew minnek li tiċċensura lilek innifsek. Ġaladarba ma tiċċensurax lilek innifsek, taqbad tiltaqa' ma' diffikultajiet fil- prattika tiegħek. Bħalissa qed nirriċerkaha din il- ħaġa; l-irwol ta' meta xi ħadd li joħloq l-arti li tiżvela suġġetti investigattivi. Din hija l-prattika tiegħi, imma iva, niltaqa' magħha ħafna. Inħossni li, sfortunatament, id-demokrazija mhux qed titħalla taħdem, għaliex bħala artista f 'pajjiż demokratiku, mhux nitħalla naħdem kif nixtieq. TFAJT ISMEK GĦALL- ELEZZ JONIJIET TAL- PARLAMENT EWROPEW. X'ĦAJREK? Jien inħoss li ħafna affarijiet milli nagħmel huma politiċi, minkejja li ma kontx politikanta. L-arti tiegħi, fost oħrajn, hi att politiku. L-attiviżmu hu l-att politiku. Ġejt avvinċinata mill-kandidat Mina Tolu biex ngħinhom fil-kampanja bi proġett artistiku u kienu qed jgħiduli kif jixtiequ kandidata oħra. U għidtilhom 'mhux tniżżluni, għaliex le?' Diġà involuta fil-politika, u nixtieq li nissapportjakom. META TIKKUNSIDRA L-AMBJENT POLITIKU FIL- PAJJIŻ, MA TAQTAX QALBEK LI ĦRIĠT MA' PARTIT ŻGĦIR? Lanqas xejn, anzi ttini l-kuraġġ. Jiena ġejja minn familja Laburista, u bdejt naħdem fil-politika l-ewwel mal-Partit Laburista. Kont nattendi l-korsijiet tagħhom, u kont ninteressa ruħi. Imma meta xammejt x'inhu ġej, u xammejt dik il-korruzzjoni, rajtha problematika għalija li nibqa' nissieħeb ma' partit li mhux nadif. Jien irrid nagħmel politika nadifa u trasparenti, u ma nistax nassoċja ruħi, jew nara affarijiet ultraproblematiċi għaddejjin quddiemi, u ma naġixxix. Għalhekk iddeċidejt li naħdem mal- Partit tal-Ħodor, li lili iktar qed jagħmilli kuraġġ nagħmel politika nadifa u politika aħjar minn dak li qed nesperjenzaw bħalissa. Iċ-ċittadin ħaqqu aħjar. BĦALA ŻAGĦŻUGĦA, KIEN HEMM MUMENTI FE JN QTAJT QALBEK U XTAQT TMUR BARRA MINN MALTA? Lanqas xejn għax jien Malta ttini l-enerġija. Dan hu l-mod kif se nagħti lura lil pajjiżi. Malta togħġobni u nixtieq naħdem f 'dan il-pajjiż. Qed naħdem u nipprattika f 'dan il-pajjiż. Ma tgħaddilix minn rasi. Naħseb li kull problema hi opportunità li nistgħu nsibu soluzzjoni li kulħadd jiggwadanja minnha. Dan minflok ma nweħħlu f 'dak u fl-ieħor, u naħarbu mill-problema. BĦALA KANDIDATA, X'GĦANDEK X'TOFFRI LI ĦADDIEĦOR M'GĦANDUX? Naħseb għandi ħafna enerġija żagħżugħa, u nista' nifhem il-kuntest mill-perspettiva tan-nies fit-triq. Anke kif bdejt il-mużika, kont ngħanni ż-Żejtun. Kont nikteb il-poeżiji, politika u kritika. Xtaqt li tibda tasal għand in- nies, allura għażilt li nwassal il-messaġġ permezz tal-istil rap. Illum il-ġurnata qiegħda hawn – u naħseb dik hi l-enerġija li għandi x'noffri. X'KIEN IL-FEEDBACK LI KELLEK S'ISSA? Interessanti ħafna u eċitanti. Kien feedback tajjeb immens. Kelli kritika L-artista u l-attivista Rachelle Deguara hi wiċċ ġdid fl-isfera politika. Imma min hi Rachelle? Għaliex ħierġa mal-ADPD? X'taħseb Rachelle dwar suġġetti kontroversjali bħall-immigrazzjoni u l-abort? Naħseb għandi ħafna enerġija żagħżugħa, u nista' nifhem il-kuntest mill-perspettiva tan-nies fit-triq. Anke kif bdejt il-mużika, kont ngħanni ż-Żejtun. Kont nikteb il-poeżiji, politika u kritika Rachelle Deguara