MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519393

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 21 TA' APRIL 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Uħud mill-aqwa atturi Maltin issa f'Hedda Gabler fi Spazju Kreattiv Hedda Gabler hu meqjus bħala kapolavur fil-letteratura tar- realiżmu, u huwa magħruf bħala wieħed mill-aqwa xogħlijiet għall- palk li qatt inkitbu. L-istorja hi dwar Hedda, it- tifla tal-Ġeneral Gabler, li tkun għadha kif waslet lura mill-qamar il-għasel ma' żewġha George Tesman, akkademiku bla sens ta' ispirazzjoni. Iż-żwieġ tagħha ma kienx frott l-imħabba iżda kompromess, hekk kif Hedda bdiet tħossha rassenjata mill-ħajja li xtaqet imsawra minn avventuri romantiċi. Ħajjitha tieħu xerja għall-agħar meta jitfaċċa Ejlert Lövborg, rival ta' żewġha fl-istudju tiegħu, u konoxxenza intima u kumplessa li kellha fil-passat. L-affarijiet ikomplu jikkomplikaw aktar bil-preżenza tal-Imħallef Brack, li bil-manuvri manipulattivi tiegħu jħares li jieħu dak li jrid. Dik li tiżvolġi hija storja ta' mħabba mitlufa, aspettattivi soċjali u transgressjonijiet morali, li għadhom iħallu impatt fuq ġenerazzjonijiet sħaħ, b'ħarsa profonda lejn il-kundizzjoni umana, u li tibqa' ta' relevanza kbira għas-soċjetà tal-lum. Il-produzzjoni, b'kitba ta' Henrik Ibsen u adattament ta' Simone Spiteri, taħt id-direzzjoni ta' Daniel Azzopardi, se ssir fit-Teatru ta' Spazju Kreattiv, matul żewġ weekends f 'Mejju. Għal aktar informazzjoni fuq id- dati u l-prezzijiet tal-biljetti żur is- sit ta' Spazju Kreattiv. Hedda Gabler hu magħruf bħala wieħed mill-aqwa xogħlijiet għall-palk li qatt inkitbu Bħala nies tal-Mediterran, il- baħar huwa f 'demmna. Il-baħar jgħaqqadna u jippermettilna li nivvjaġġaw minn spazju għal ispazju; minn kultura għal kultura – u b' hekk it- tradizzjonijiet u l-maneriżmi tagħna xxerrdu madwar il- Mediterran. Min-nofs tas-seklu 19 sal- bidu tas-seklu 20, eluf ta' Maltin emigraw lejn pajjiżi bħat-Tuneżija, il-Marokk u l-Libja. Anki sal-ġurnata tal-lum, hemm it-traċċi tal- Maltin bid-dixxendenti jġorru l-kunjomijiet u t-tradizzjonijiet tan-nies ta' dawn il-gżejjer li qasmu l-ilmijiet ta' spiss qarrieqa ta' dan il-baħar; storja kkumplikata għall-aħħar li issa l-memorja tagħha hija suxxettibbli għall-estinzjoni. F'sessjoni ta' taqsim tal- memorja, permezz ta' kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv m' art Explora, Magna Żmien tistieden lin-nies biex jikkontribwixxu, jitkellmu u jinvolvu ruħhom f 'diskussjoni fuq il-kontenut relatat ma' persuni Maltin fil-Mediterran biex tibda diskussjoni dwar l-emigrazzjoni Maltija lejn l-Afrika ta' fuq, Ġibiltà, il- Lvant Nofsani, l-Italja, Franza u rkejjen oħra ta' dan il-baħar. Din is-sessjoni se tinkludi wkoll diskussjoni mal-artista u riċerkatriċi Franċiża-Maltija Katel Delia li se tkun qed taqsam is-sejbiet tagħha dwar il-migrazzjonijiet tal-familja tagħha bejn Malta, Tuneż u Marsilja. Magna Żmien ukoll se tkun qed taqsam uħud mill-proġetti tagħha li jikkonċernaw il-migrazzjoni lil hinn mill-Mediterran, fosthom kollaborazzjoni mal-mużew Malti-Kanadiż f 'Toronto. Matul id-diskussjoni, in- nies huma mistiedna wkoll iġibu ammont żgħir ta' ritratti stampati għal stazzjon temporanju ta' diġitalizzazzjoni mmexxi minn dan l-istess arkivju biex jikkontribwixxu l-istejjer tagħhom għal dan il- vojt fi ħdan il-metadata ta' dan l-arkivju komunitarju. Dan l-istazzjon se jkun miftuħ fi Spazju Kreattiv għal sagħtejn. L-avveniment huwa kollaborazzjoni bejn Spazju Kreattiv, Art Explora Festival, u l-Fondazzjoni Magna Żmien. L-avveniment huwa Kofinanzjat minn Creative Europe. L-avveniment se jsir bla ħlas, fi Spazju Kreattiv nhar is-27 t'April, fil-11am. Magna Żmien tesponi l-Maltin fil-Mediterran Ix-xbieha ewlenija ta' dan l-avveniment tiġi mill-kollezzjoni ta' Joseph Mangani, korteżija ta' Magna Żmien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 April 2024