aħbarijiet
illum • IL-ĦADD 21 TA' APRIL 2024
AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALLͲPROPOSTI TA' PROĠETTI ;>ͲWWKĠĠGĦALLͲs/ddD/ddͲdZ&&/ͲED/EͿ
TAĦT/>Ͳ&KE'ĦALLͲAŻIL, ILͲD/'Z:KE/h>Ͳ/Ed'Z:KE/ϮϬϮϭͲϮϬϮϳ
/ůͲMinisteru responsabbli għallͲ&ŽŶĚŝǁƌŽƉĞũjixtieq iħabbar li ŶŝĞĚĂsejħa għallͲproposti ta' proġettŝŬŝĨŝŶĚŝŬĂƚŚĂǁŶ
taħt͗
Għan SpeċifikuϮ͗/ƚͲtisħiħ u lͲiżvilupp talͲŵŝŐƌĂnjnjũŽŶŝůĞŐĂůŝůĞũŶůͲIstati Membri f'konformità malͲħtiġijiet
ekonomiċi u soċjali tagħhom, lͲƉƌŽŵŽnjnjũŽŶŝƵůͲkontribuzzjoni għallͲŝŶƚĞŐƌĂnjnjũŽŶŝĞĨĨĞƚƚŝǀĂƵůͲinklużjoni soċjali
ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi͘
/ƐͲsejħa tagħlaq fŝůͲϭϱƚĂǭ>ƵůũƵϮϬϮϰf'nofsinhar͘
/ůͲĨŽƌŵŽůĂƚĂůͲapplikazzjoni onlajn għasͲƐŽƚƚŽŵŝƐƐũŽŶŝƚĂ' ƉƌŽƉŽƐƚŝ għaů proġetti u dͲdokumentazzjoni ta' appoġġ
ŚƵŵĂĚŝƐƉŽŶŝďďůŝĨƵƋŚƚƚƉƐ͗ͬͬĨŽŶĚŝ͘ĞƵͬǁŚĂƚͲĨƵŶĚŝŶŐͲŝƐͲĂǀĂŝůĂďůĞͬ
͘
DŝŶũŝdžƚŝĞƋũĂƉƉůŝŬĂŚƵǁĂŵŝƐƚŝĞĚĞŶũŝƌƌĞĨĞƌŝ għallͲWƌŽŐƌĂŵŵƚĂůͲ&ŽŶĚ għallͲżil͕ŝůͲDŝŐƌĂnjnjũŽŶŝƵůͲ/ŶƚĞŐƌĂnjnjũŽŶŝ
;&D/ͿƵůͲ>ŝŶũŝ'ǁŝĚĂƚĂůͲEliġiďďŝůŝƚăƐĂďŝĞdžjiġi żŐƵƌĂƚůŝůͲproġetti proposti huma eliġibbli għallͲfinanzjament taħt din
ŝƐͲsejħa għallͲproposti ta' proġetti͘
ŬƚĂƌŝŶĨŽƌŵĂnjnjũŽŶŝĚǁĂƌĚŝŶŝƐͲsejħa, kif ukoll dwar ilͲ&ŽŶĚgħallͲżil͕ŝůͲDŝŐƌĂnjnjũŽŶŝƵůͲ/ŶƚĞŐƌĂnjnjũŽŶŝ, tista' tinkiseb
ŵŝƐͲƐŝƚĞůĞƚƚƌŽŶŝŬƵŚƚƚƉƐ͗ͬͬĨŽŶĚŝ͘ĞƵͬ͘/ůͲŵŝƐƚŽƋƐŝũŝĞƚũŝƐƚgħƵũŝŶƚďĂgħtu fuq lͲŝŶĚŝƌŝnjnjĞůĞƚƚƌŽŶŝŬƵĨŽŶĚŝ͘ĞƵΛŐŽǀ͘ŵƚ͘
Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar ŝƚͲdŶĞũŶ͕Ϯϵƚ'Ɖƌŝů͕ϮϬϮϰŵŝĚͲϬϵ͗ϬϬƐĂůͲϭϭ͗ϬϬ͕ġewwa The Oaks
ƵƐŝŶĞƐƐĞŶƚƌĞ͕dƌŝƋ&ĂƌƐŽŶƐ͕Ħamrun͘/rreġistra għasͲsessjoni ta' informazzjonibilli taċċessa lͲYZŽĚĞt'hawn taħt.
05
Kjarifika
Issir referenza għall-artiklu ppubblikat fil-ħarġa ta' Illum
ta' nhar il-Ħadd, 14 ta' April 2024, paġna 16, intitolat "Il-
President lesta li tiffirma liġijiet kontroversjali, kif tiddetta
l-kostituzzjoni." Dan l-artiklu jirrapporta intervista mal-E.T.
il-President ta' Malta li ġiet imxandra fuq ir-radju s-Sibt, 13
ta' April 2024.
Mill-ewwel paġna tal-gazzetta, l-artiklu jkompli fl-aħħar
paġna – paġna 16 – fejn bħala sottotitlu b'ittri kbar
kien hemm miktub: "Il-President lesta li tiffirma liġijiet
kontroversjali, kif tiddetta l-kostituzzjoni."
Din id-dikjarazzjoni ma tirriżultax mill-intervista mogħtija
mill-E.T. il-President ta' Malta għax meta ġiet mistoqsija
x'tagħmel f 'każ ta' issues morali, hija wieġbet li "il-
Kostituzzjoni titkellem ċar" u għall-mistoqsija ta' min kien
qed jippreżenta "li hija li tiffirma?" – il-kelma "hija" mhix
qed tirreferi għall-E.T. il-President ta' Malta imma qed
tirreferi għal dak li tgħid il-Kostituzzjoni. Għalhekk, b'mod
korrett, it-titlu fl-aħħar paġna kellu jgħid li "Dwar liġijiet
kontroversjali, il-President tgħid li l-Kostituzzjoni titkellem
ċar".
IKOMPLI MINN PAĠNA 1
Ilbieraħ il-Partit Nazzjonalista,
permezz tal-kelliema tiegħu,
għajjar lill-Prim Ministru Robert
Abela xħiħ talli mhux qed jagħti
dak li hu mistħoqq lill-għalliema.
Kelliem għall-Partit Laburista
stqarr li jsibha stramba li l-kelliem
tal-PN, li huwa għalliem imma ma
jaħdimx ta' għalliem, ma jiakarx
kif ġew trattati l-għalliema taħt
Gvern Nazzjonalista.
Imma infatti ż-żidiet li se
jingħataw se jkunu l-ikbar li qatt
ingħataw lill-għalliema fl-istorja
tagħhom.
Il-ehim jikkonċerna l-iskejjel
tal-Gvern u se jinkludi l-għoti ta'
miljuni fuq miljuni lill-għalliema.
L-MUT kienet titlob ma' tliet
darbiet dak li se jingħata lill-
għalliema. Imma xorta waħda
ż-żidiet se jkunu sostanzjali.
Fl-ebda parti mill-ehim
hemm xi tibdil radikali li ttejjeb
is-sitwazzjoni tat-tagħlim tat-tfal
fl-iskejjel jew li jiżdiedu s-sigħat
ta' kuntatt (contact hours). Infatti
l-għalliema ħa jibqgħu bl-istess
vaganzi u bl-istess kundizzjonijiet,
bħal pereżempju meta jkun hemm
jum il-ġenituri, l-iskola tingħalaq
u t-tfal ma jmorrux skola. Jew
inkella meta jkun hemm seminars
ġol-iskola għall-għalliema, l-iskola
wkoll tingħalaq.
Fil-ehim kollettiv ma jingħad
xejn fuq il-lezzjonijiet tal-
privatijiet, pjaga eterna tas-sistema
edukattiva Maltija li tikkonċerna
eluf ta' studenti u mijiet ta'
għalliema. Jeżistu każijiet fejn
l-istess għalliema li jgħallmu fil-
klassi jispiċċaw jagħtu privat lill-
istess studenti kontra ħlas mhux
iddikjarat.
Hekk kif il-ehim kollettiv jiġi
ppreżentat mill-MUT lill-membri
tagħha għall-approvazzjoni, tinbet
il-problema tal-kundizzjonijiet
tas-salarji tal-għalliema fl-iskejjel
indipendenti. Huwa previst li hekk
kif dawn is-salarji jiġu kkalibrati,
il-miżati tat-tfal fl-iskejjel privati
jisplodu, u ħafna ġenituri ta' dħul
medju jkollhom, jew jagħmlu
sagrifiċċji kbar biex iżommu lit-
tfal tagħhom hemm, jew inkella
joħorġuhom kompletament mill-
iskola. Xenarju li, sewwa l-Gvern,
u sewwa l-MUT nesew jew ma
kkunsidrawx meta kienu qed
ifasslu l-aħħar dettalji tal-ehim
kollettiv li se jiġi jiswa miljuni fuq
miljuni.
Ċentru terapewtiku għal
żgħażagħ bi mġiba ħażina
li kien se jsir l-Imtarfa u li
qajjem kontroversja kbira fil-
komunità, mistenni jsir xi
mkien ieħor.
Il-gazzetta Illum hija
infurmata li kien hemm
direzzjoni interna fil-Gvern
biex iċ-ċentru ma jsirx fl-
Imtarfa iżda tinstab alternattiva
li idealment tuża bini jew
faċilitajiet diġà eżistenti.
Jidher li din is-soluzzjoni
nstabet, bil-post magħżul ikun
wieħed li mhuwiex fil-qalba ta'
ebda komunità u diġà teżisti
binja fi ħdanu.
Dan iċ-ċentru terapewtiku
huwa bżonjuż ħafna għal
pajjiżna u għandu għan soċjali
qawwi. Huwa wkoll proġett li
jista' jiggwadanja minn fondi
Ewropej. Iżda l-għażla tal-post
tiegħu fl-Imtarfa qajmet rabja
kbira fost ir-residenti Mtarfin.
Ir-residenti qalu li l-Gvern
kien se jibnilhom ħabs fl-
Imtarfa f 'wieħed mill-aqwa
postijiet fil-lokal u laqgħat ta'
konsultazzjoni ma' uffiċjali
tal-Gvern kienu jaħarqu ħafna,
b'rabja kbira fost ir-residenti.
Sorsi viċin il-Gvern qalu li
dan il-post m'għandu x'jaqsam
xejn ma' dak li ssejjaħ ħabs u
huwa parti importanti mill-
istrateġija għar-rijabilitazzjoni
ta' żgħażagħ bi problemi fis-
soċjetà.
Fl-istess ħin fehmu li jista'
jkun hemm soluzzjonijiet
newtrali biex jintlaħaq l-għan
nobbli tal-proġett b'kunsens
iktar wiesa' bejn kulħadd.
Hu mifhum li d-diskussjonijiet
interni tal-aħħar xhur, li anke
kienu jinvolvu s-Sindku tal-
lokal, waslu għal soluzzjoni li
mistennija tkun issiġillata fil-
jiem li ġejjin.
Iċ-ċentru terapewtiku għaż-
żgħażagħ mhux se jsir fl-Imtarfa
L-ebda ħsieb għall-
istudenti fil-ftehim
kollettiv
Wara li r-residenti oġġezzjonaw għal dan iċ-ċentru kien hemm bidla
fil-ħsieb li jsir dan il-post fl-Imtarfa
Huwa previst li
hekk kif dawn
is-salarji jiġu
kkalibrati, il-
miżati tat-tfal fl-
iskejjel privati
jisplodu