MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 April 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1519393

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

F'artiklu ieħor li kien ippubblikat f 'din il-paġna, snin ilu kont sostnejt li s-snin ħamsin kien id- diċennju li fih inħadmu l-aktar Westerns klassiċi u kanoniċi, ġieli aktar minn wieħed kull sena, il- maġġoranza minnhom bil-kulur. Din it-tendenza kompliet kważi bl-istess ritmu tul l-ewwel nofs tas-snin sittin. Avvenimenti mhux mistenninja mill-aħħar tas-sena 1964 'il quddiem ikkontribwew sewwa biex l-istruttura ta' dan il- ġeneru tbiddlet radikalment, tant li lejn l-aħħar ta' dan id-diċennju mimli avvenimenti storiċi, il- Western li kien baqa' mfittex sa miż-żmien bikri taċ-ċinema, tilef l-attrazzjoni tiegħu u ma baqax daqshekk popolari. Ir-raġunijiet kienu diversi u fost l-aktar ovvji nsibu li l-Western ħa sura ta' vjolenza stilizzata u anki ċiniżmu gwapp b'films ġejjin mill-Italja; il-gwerra tal-Vjetnam li l-Amerikani kienu mdejqa sa ruħ ommhom biha ġabet kultura ta' libertinaġġ fil-ġenerazzjoni żagħżugħa bil-motto "gawdi issa għax għada ħadd ma jaf x'se jseħħ", il-qawmien tal-hippies u dawk tal-flower power u jista' jkun ukoll li grupp ta' produzzjonijiet ċinematografiċi dwar cowboys moderni li jiltaqgħu ma' tfixkil f 'dinja li qed titbiddel bħal e Misfits (1961), Lonely Are e Brave (1962) u Hud (1963) niżlu aħjar għall-palat taż-żgħażagħ. Meta wieħed jiakar li l-Western fis-snin sittin kien wasal fil-ħames diċennju tiegħu, wieħed irid jirrealizza li xi diretturi anzjani u atturi oħra veterani, iżda li għadhom popolari, kienu waslu fl- aħħar tal-karriera tagħhom jew ta' ħajjithom. Tlieta mill-aqwa diretturi ta' dan il-ġeneru rtiraw mix-xena ċinematografika. Il-famuż espert direttur tal-Westerns, John Ford irregalalna b'wieħed mill-aqwa xogħlijiet tiegħu ta' kull żmien, e Man Who Shot Liberty Valance (1962) u warajh ħadem ieħor, is- semiklassiku Cheyenne Autumn (1964), eloġju mill-qalb għat- tribulazzjonijiet li sofrew l-Indjani/ Amerikani bi vjaġġ xitwi f 'kesħa tremenda u silġ biex jiġu allokati f 'post riżervat lilhom mill-Gvern Amerikan; Raoul Walsh direttur ta' stoffa dderieġa A Distant Trumpet (1964), Western enerġetiku bil- kavallerija Amerikana u direttur ieħor li impressjona kemm-il darba, speċjalment b'Rio Bravo (1959), reġa' għal darbtejn tana xi ħaġa simili b'El Dorado u b'Rio Lobo (1970). Żewġ atturi ta' reputazzjoni qawwija f 'dan il-ġeneru, Joel McCrea u Randolph Scott ħadmu flimkien għall-aħħar darba f 'Ride e High Country (U.K. Guns in the Aernoon) (1962). Xi ħaġa straordinarja kienet li dan il-film minn direttur kważi ġdid, Sam Peckinpah, li l-ewwel film tiegħu e Deadly Companions kien xogħol ordinarju, iżda b'mumenti impressjonanti. Jidher li dan id-direttur ħa l-mantell ta' Bud Boetticher, esponent ieħor ta' diversi westerns ta' livell baxx però ta' stil affaxxinanti. Sal-aħħar tas- snin sittin Peckinpah akkwista fama, ammirazzjoni kbira u anki reputazzjoni sovverżiva għal xi films vjolenti tiegħu u mwiet bis- slow motion, mhux biss Westerns, li baqgħet tidwi anki fis-snin sebgħin. Bħalma għamel fis-snin ħamsin, Audie Murphy kompla għaddej b'ritmu qawwi bħala l-protagonist ta' diversi Westerns f 'dan id- diċennju sakemm, sfortunatament, miet bi kraxx ta' ajruplan fl-1971. Rory Calhoun ukoll deher f 'diversi Westerns iżda b'inqas intensità. F'dak li jirrigwardja l-films tal- cowboys, is-snin sittin ma setax ikollhom bidu aktar spettakolari u sodisfaċenti mill-film e Magnificent Seven (1960) li l-iskript tiegħu hu bbażat minn fuq ix-xogħol kolossali u klassiku Ġappuniż, e Seven Samourai. Is- suċċess tiegħu welled tliet sequels – Return of the Seven (1966), Guns of the Magnificent Seven (1969) u e Magnificent Seven Ride (1972). Matul is-sittinijiet attur li baqa' popolari u jirrenja fil-Westerns għal kważi ħamsin sena (inkluż nofs is- snin sebgħin) kien John Wayne, issa bl-età tiegħu toqrob is-sittin sena. 14 films IL-ĦADD 21 TA' APRIL 2024 • illum Carmel Bonnici Il-Westerns tas-sittin u dawk klassiċi (L-ewwel parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp tit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp tit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA (Mix-xellug għal-lemin) Lee Marvin, John Wayne u James Steward fil-film 'The Man Who Shot Liberty Valance' Il-film oriġinali 'Magnificent Seven' tal-1960

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 April 2024