Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520946
12 intervista IL-ĦADD 19 TA' MEJJU 2024 • illum "Dħalt fl-arena politika għax naf li hemm min iħossu mhux rappreżentat politikament" MARIANNA CALLEJA Matthias Iannis Portelli hu wiċċ ġdid għall-pubbliku. Dan minkejja li ż-żgħażagħ u l-attivisti frekwentement jiltaqgħu miegħu fi protesti għad-drittijiet umani, ambjentali u anke demokratiċi. Mhux kulħadd jaf l-istorja wara l-unika kandidat tal- VOLT għall-elezzjonijiet Ewropew u għalhekk li l-ILLUM poġġiet ma' Portelli għal intervista qasira. X'ġiegħlek toħroġ għall- politika? Minn dejjem kienet tinteressani l-politika. Minn dejjem kelli x-xewqa li nġib il- bidla, iżda fil-verità qatt ma kien hemm partit li jirrappreżentani. Dħat ma' VOLT biex nagħmel dik il-bidla. Dħalt fl-arena politika però għax naf li hemm ħafna mhux iħossuhom rappreżentati politikament, bħalma kont jiena. Nemmen li għandi dmir li nħeġġeġ għal futur aħjar, għal Malta u Ewropa aktar b'saħħithom. Qed nintroduċi wkoll ruħi mal-pubbliku, bħala wieħed mill-kandidati ta' VOLT fl- Ewropa, li kollha għandhom il-valuri tagħna. Bħala VOLT hemm madwar mitt kandidat, mifruxa f '10/12-il stat. Essenzjalment nixtieq li min iħares lejn il-kandidatura tiegħi, jara sejħa għal azzjoni minn dawk li jfittxu politika alternattiva, waħda mingħajr politika ta' diviżjoni, maħmuġa u partiġġjana. Għaliex VOLT, u mhux ma' partit mill-kbar? L-għazla kienet ovvja għalija, għax hu l-unika partit li jirrikonoxxi l-isfidi interkonessi tagħna, bħala Malta u Ewropa, b'soluzzjonijiet progressivi. Għandna viżjoni lil hinn minn aħmar u blu, b'aċċenn fuq viżjoni progressiva għal valuri kollettivi tagħna. Apparti li VOLT hu l-unika partit pan-Ewropew, progressiv, pragmatiku. Żagħżugħ, attivist u ħaddiem. X'ħadt mill-irwoli tiegħek fis-soċjetà bħala esperjenza li taħseb li tista' tuża fl-irwol potenzjal tiegħek ta' MEP? Bħala attivist żagħżugħ b'passjoni lejn id-demokrazija, il-libertà, u ċittadinanza attiva, jiena impenjat biex intejjeb il- konnettività ta' komunikazzjoni bejn l-istituzzjonijiet Maltin u Ewropej. Irrid politika eqreb bejn iċ-ċittadin u l-politikant. Għalhekk li nħeġġeġ għal inizjattivi bħall-assemblea taċ- ċittadini, jew laqgħat bi stil bħal town hall meetings. Pjattaformi bħal dawn jippermettu l-politikanti, il- persuni li jagħmlu l-politika jitħaddtu maċ-ċittadin. Bħala żagħżugħ, taqbel li ż-żgħażagħ ma jridux ikunu jafu bil-politika? Le, naħseb li timpurtahom, imma ma jħossuhomx rappreżentati. Naħseb li tinteressah politika differenti minn tal-ġenituri tagħhom imma trabbew b'mentalità li vot għat-tielet partit hu vot mitluf. Li mhux minnu. Dan iwassal biex jipprotestaw is-sistema b'mod li jitilfu l-vot għax ma jivvutawx. Rajt diskors tiegħek dwar "orfni tal-politika Maltija". Xi tfisser għalik din? Min huma l-orfni? Taħseb li huma frott tat- tribaliżmu fil-politika Maltija? Li tkun politikament orfni tfisser li tkun nieqes minn individwu jew partit li jirrappreżentak. Meta ngħid li tkun politikament orfni, tfisser li tkun qed taqa' f 'din il-mentalità ta' disperazzjoni, fejn tinduna li m'hemmx triq 'il quddiem. Is-sistema politika tribali hi parti minnha l-problema, imma lanqas tgħin li l-partiti l-kbar huma prattikament l-istess imma b'isem differenti. Ma tgħinx lanqas li qed jieħdu rwol maniġerjali, minflok imexxu qed jimmaniġġjaw. Dan filwaqt li waqfu jispiraw. Nemmen li għandna ninkludu kultura li ma trawwimx il-ħsieb kritiku, u hi nieqsa anke mill- edukazzjoni anke tat-tfal ta' etajiet żgħar. Fid-dawl ta' sondaġġi li juru turnout baxx, iżda fiduċja akbar f 'partiti żgħar, tqawwilek qalbek? Iva, u le. Nippreferi nara aktar nies jivvotaw, b'appoġġ lil partiti terzi. Fl-aħħar mill-aħħar dan hu l-għan tiegħi; li nuri lin-nies li isma' hemm triq oħra, hemm politika allternattiva, bit-tama li tinteressahom u forsi jivvutaw. Meta tħares lejn il-politika tal-VOLT, lejk bħala kandidat, tinnota li għandkom valuri politiċi pjuttost simili tal- ADPD? Ma taħsibx li kienet tkun aħjar li VOLT u adpd jingħaqdu, simili bħalma ġara diġà bejn l-AD u l-PD? Fil-qasir, le. Ma naqbilx ħafna ma' dan, imma nixtieq nelabora. Għandna xi similaritajiet vera, iżda d-differenzi huma kbar wisq biex jiġu injorati. Issa, bħal Volt pereżempju, ma naħsbux li stat wieħed jista' jsolvi dawn l-isfidi kollha waħdu. U l-viżjoni tagħna għall-futur ma tiqafx biss fix- xtut Maltin. Irridu wkoll li Malta jkollha rwol aktar attiv internazzjonalment. Huwa għalhekk li l-VOLT huwa stabbilit madwar l-UE, f '31 pajjiż Ewropej, kollha bi programm u viżjoni waħda. Amalgamazzjoni bejn l-ADPD u l-VOLT tkun tfisser li nillimitaw lilna nfusna fuq il-politiki, pereżempju aħna nadvokaw mhux biss id- dekriminalizzazzjoni iżda wkoll il-legalizzazzjoni tal-abort. Ukoll, irrid ngħid, nemmnu fir-riforma ta' UE aktar estensiva. Jekk it-tnejn niġu eletti, x'aktarx naħdmu flimkien, iżda għandna viżjoni kompletament separata u diviża, speċjalment għall-irwol ta' Malta fl-UE. Il-kandidat tal-VOLT għall-elezzjonijiet Ewropej Matthias Iannis Portelli jemmen li ż-żgħażagħ mhux jixbgħu mill-politika, iżda qed iħossuhom orfni ta' żewġ partiti kbar li mhux joffrulhom politika alternattiva, progressiva u proattiva. Matthias Iannis Portelli