MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 May 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1520946

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 11

opinjoni 08 analiżi kultura IL-ĦADD 19 TA' MEJJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Jiem ta' films Taljani fi Spazju Kreattiv bil-vjaġġ umoristiku ta' Giovanni u Gustavo L-edizzjoni tal-2024 tal-Jiem ta' Films Taljani – b'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv u l-M.A. fl- istudji tal-films tal-Fakultà tal-Arti (l-Università ta' Malta) – waslet fl- aħħar! Numru ta' films Taljani se jkunu qed jintwerew għall-ewwel darba f 'Malta bil-wirjiet kollha jkunu b'sottotitli bl-Ingliż. Nibdew l-edizzjoni ta' din is-sena b'Il più bel secolo della mia vita, b'direzzjoni ta' Alessandro Bardani. Fl-Italja hemm liġi, għadha fis-seħħ u unika fl-Ewropa, li tipprojbixxi lit-tfal mhux rikonoxxuti mat-twelid, milli jsiru konxji tal-identità tal-ġenituri naturali tagħhom sakemm ma jkunux għalqu 100 sena. Il-kummiedja tirrakkonta l-istorja tal-laqgħa bejn Giovanni u Gustavo, ta' 34 u 99 sena rispettivament, u l-vjaġġ umoristiku tagħhom fit- tfittxija tal-oriġini tagħhom. Il-Qagħda tal-Mument se tesebixxi kontenut li qatt ma deher qabel mill-kollezzjoni personali ta' Frans Baldacchino l-Budaj. L-installazzjoni awdjoviżiva, ikkurata minn Sarah Chircop, qed issir b'kollaborazzjoni ma' Magna Żmien, u se tkun miuħa għall-pubbliku bejn id-19 u l-25 ta' Mejju fi Splendid il-Belt Valletta. Din il-wirja għandha l-għan tesplora l-Budaj, mhux biss billi ddaħħal oġġetti assoċjati mal-prattika tiegħu bħala wieħed mill-għannejja Maltin, iżda wkoll bħala artist, poeta u ħabib. Il-Budaj miet ħabta u sabta fl-2006, iżda kien jirrappreżenta mewġa ġdida għall-għana, li tipikament hija msejsa fuq il-forom, ir-ritmi u l-kadenzi tagħha. Din il-wirja hija parti minn Ritmu Roots Festival li hu ddedikat għaċ-ċelebrazzjoni tat-tradizzjonijiet mużikali. Ritmu Roots Festival se jibda mis-17 u jintemm fil-25 ta' Mejju li se jseħħ f 'diversi postijiet, fosthom żewġt iljieli fil- ġonna tal-Argotti fl-24 u l-25 ta' Mejju. Il-Budaj imfakkar b'wirja interattiva fi Splendid Frans Baldacchino l-Budaj

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 May 2024