MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 • illum Koppja, missier u iben, missier u bint, nanna u neputi ... kollha eletti Lil hinn min-numri u s-siġġijiet feġġew stejjer ħelwin ta' familji li ġew eletti flimkien jew separatament. F'Birżebbuġa u l-Iklin ġew eletti ġuvni u tfajla, Rohasia Zammit u Mario Fenech. Mifrudin minn distanza mhux ħażin, iż-żewġ kandidati Laburisti t-tnejn ġew eletti l-Erbgħa. Jitkellmu mal-midja mis-Sala tal-Għadd tal-Voti, il-koppja qalu li dejjem sabu f 'xulxin appoġġ, iżda issa jittamaw li jġibu bidla fil- lokalitajiet rispettivi tagħhom. F'Tas-Sliema u s-Swieqi wkoll hemm qraba eletti. Dan wara li fis-Swieqi, Jordan Galea Pace kiseb biżżejjed voti biex ikun Viċi Sindku, filwaqt li nanntu Vivienne ġabet biżżejjed voti biex tkun eletta fil-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema. It-tnejn li huma ħarġu mal-Partit Nazzjonalista, u filwaqt li l-verdett għal Vivienne inqata' l-Ħamis, Jordon kellu jibqa' jistenna fuq ix-xwiek sal-Ġimgħa biex isir jaf ir-riżultat. Kemm Tas-Sliema u anke s-Swieqi ntrebħu b'maġġoranza komda mill-Partit Nazzjonalista. Missier u iben jilħqu sindki ta' lokalitajiet differenti John Boxall, is-Sindku tal-Birgu, reġa' ġie elett għad-disa' darba bħala s-Sindku tal-lokalità. Dan huwa rekord li hu jaqsam ma' John Schembri, missier il-Ministru Silvio Schembri. L-istess bħal Boxall reġa' kien elett għad-disa darba bħala s-Sindku ta' Ħal Luqa. John Boxall u John Schembri ilhom sindki tal-lokalitajiet tagħhom mill-1994. Iżda l-kunjom Boxall tfaċċa wkoll fuq il-karta tal-vot tar-residenti Għaxqin. Mhux talli hekk, talli Karl Boxall sar is-Sindku ta' Ħal Għaxaq fl- età ta' 41 sena, bi 827 vot. Missier u bint eletti flimkien f 'Marsaskala Ninżlu aktar 'l isfel fil-mappa, u naqgħu f 'Marsaskala, fejn fl-istess Kunsill ġew eletti missier u bint. John Baptist Camilleri ilu jservi f 'dan il- Kunsill mill-1997, u din is-sena ġab biżżejjed voti biex jilħaq Kap tal-Minoranza f 'Marsaskala. Intant, din hija l-ewwel darba li f 'Marsaskala, il-Partit Nazzjonalista żied erba' siġġijiet, b'wieħed minnhom jingħata lil bint Baptist Camilleri. Celine Camilleri ġabet 820 vot, filwaqt li missierha John ġab 1,303. Fuq il-midja soċjali hija rringrazzjat lill- Iskalin tal-appoġġ u wiegħdet ħidma favur Marsaskala. Il-familja Zammit Lupi b'suċċess f 'Ħaż-Żebbuġ Steve Zammit Lupi ġie elett l-ewwel darba fl- 2019 fil-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ b'947 vot. Huwa ġab dan it-tragward b'mod indipendenti, b'rabta mal-ebda partit. F'ħames snin huwa ġġieled għall-ambjent, u introduċa fir-raħal numru ta' inizjattivi li minkejja sostenibbli ma kinux inkonvenjenti għaż-Żebbuġin. Ta' dan huma ppremjawh b'maġġoranza komda ta' voti, u mhux talli spara fil-lista tal- eletti, talli miegħu, permezz tal-wirt tal-voti, telgħet ukoll ommu Lillibeth. Jordan Galea Pace u nanntu Vivienne wara li ġiet eletta fil-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema l-Ħamis filgħaxija. (Ritratt: Facebook/Jordon Galea Pace) Karl Boxall jifraħ lil missieru wara r-rebħa tiegħu fil-Birgu. (Ritratt: Facebok/Karl Boxall) John Baptist Camilleri ma' bintu Celine fis-Sala tal-Għadd tal-Voti, wara li ġew eletti fil-Kunsill Lokali ta' Marsaskala. (Ritratt: Facebok/Celine Camilleri) Steve Zammit Lupi u ommu Lillibeth, eletti f'Ħaż-Żebbuġ. (Ritratt: Facebok/ Steve Zammit Lupi)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 June 2024