MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti LUMINARIA: Ġieħ lill-wirt u lill-folklor Malti L-Orkestra Filarmonika ta' Malta se tippreżenta l-kunċert LUMINARIA nhar il-Ġimgħa 28 ta' Ġunju fit-Teatru Manoel, il-Belt Valletta. Immexxija minn Alan Chircop, l-Orkestra Filarmonika ta' Malta tippreżenta kunċert sublimi li jiċċelebra l-istorja, il-wirt u l-folklor Malti. Il-programm jinkludi xogħlijiet ta' kompożituri Maltin. Il-kunċert jibda b'ġieħ għall- mużika folklorista ta' Charles Camilleri li tiffoka fuq iż-żfin Malti. Idur imbagħad fuq il-poeżija sinfonika evokattiva ta' Ġgantija Suite tal-mużiċist John Galea. Jagħmel id-dehra tiegħu wkoll il- Concierto de Aranjuezta' Joaquin Rodrigo, bl-għajnuna tal-kitarrist Simon Schembri. Fl-aħħar, il-kunċert jittrasporta l-udjenza fid-dinja ta' Shakespeare, bil-melodija ta' Felix Mendelssohn, A Midsummer Night's Dream. Is-Soċjetà tal-Pastel ta' Malta qed torganizza s-Summer Pastel Exhibition 2024 bejn il-15 ta' Ġunju 2024 u t-23 ta' Ġunju 2024. Din se tkun wirja tal-arti, imtellgħa fis-Sala Dr Alfred Bonnici u fis-Sala Edward St George f 'Palazz Marija Assunta, Triq Rokku Buhagiar, il-Qrendi. Victoria Agius, Noel Ancilleri, Grace Cassar, Anthony Lucian Cauchi, Joanne Fenech Portelli, Martin Formosa, Adrian Hudson, Anthea Mayer, Joe Navarro, Vanni Pule u Joanna Wallbank, kollha se jkunu qegħdin jieħdu sehem. Il-wirja se tinkludi fiha madwar 32 xogħol ta' arti, imżewqa b'pajsaġġi, veduti tal-baħar, u oħrajn. Din il-wirja qed tittella' b'kollaborazzjoni mas-Soċjetà Mużikali Santa Marija, Qrendi, ir- Reġjun Punent u l-Kunsill Lokali tal-Qrendi. L-iskop ewlieni tal-Pastel Society of Malta huwa li jħeġġu u jkabbru l-użu tas-so p a s t e l b ħ a l a m e d i u m g ħ a l l - artisti u sabiex jikber l-għarfien u l-apprezzament min-naħa tal- pubbliku lejn dan l-istess medium. Il-ħinijiet tal-uħ huma mit- Tnejn sas-Sibt, mis-18.00 sad-21.00 u fil-Ħdud mill-10.00 sa 12.00 u mis-18.00 sad-21.00. Id-dħul huwa bla ħlas. Fjuri, ibħra, natura u iktar, f'wirja tal-pastel fil-Qrendi L-iskop ewlieni tal-Pastel Society of Malta huwa li jħeġġu u jkabbru l-użu tas-soft pastel bħala medium għall-artisti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 June 2024