MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt 1. Ibda bl-għażla tal-kandidati ... kien hemm problema serja bl-għażla tal-kandidati. Ma kienx hemm ħsieb u attentat biex ikun hemm taħlita sew, b'personalitajiet magħrufa jew inkella b'nies li kellhom xi forma ta' gravitas, bħalma kienu l-għażliet ta' Louis Grech u Edward Scicluna f 'listi preċedenti. 2. Kien hemm attentat ċar biex Joseph Muscat, illum personalità li jbeżża' l-vot moderat u dik li taħseb b'moħħha, isib il- protezzjoni fil-Partit Laburista wara deċiżjoni diffiċli u konxja fl-2020 biex dan jiġi mwarrab mill-Partit. Miegħu reġgħu faqqsu wkoll nies bħal Manuel Cuschieri u Jason Micallef – popolari mal-hard core imma antipatki mal-kumplament. 3. Kellek inkompetenza u għażż tremend fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista li spikkat ma' nies bħall-Perit Daniel Micallef li kien aktar interessat fix-xogħol professjonali tiegħu u Randolph Debattista li kien medjokri, mhux biss għax ma kienx brillanti f 'xogħlu, iżda wkoll għax kien jikkritika l-Partit tiegħu stess meta Kap Eżekuttiv ikun mistenni li jkun il-wiċċ tal-Partit. Apparti l-fatt li l-Prim Ministru naqas li jkun aktar preżenti fil-Partit. 4. Kellek ukoll kampanja li kienet intiża biex tiddefendi l-indefensibbli bħal każ ċelebri tal-Ministru Roderick Galdes fis-Siġġiewi u l-każ Muscat u l-inkonsistenza fuq ir-riżenji (jirriżenja Fearne imma mhux Scicluna) u l-attakki pwerili tal-PL fuq Peter Agius u Roberta Metsola. 5. Kellek l-istrateġija jew l-istil ta' Robert Abela li jbiddel fehmtu fuq numru ta' affarijiet: Jean Paul Sofia u Rosianne Cutajar huma ż-żewġ eżempji. Hemm aktar. 6. Kellek il-fatt li Robert Abela għandu bżonn nies ta' stoffa li jtuh pariri siewja. 7. L-impressjoni li fil-Gvern ħafna ministeri huma fuq auto-pilot u jibżgħu jieħdu inizjattiva. 8. In-nuqqas kbir li jingħata u l-impressjoni li m'hemmx pjan u viżjoni ħlief li jitgħajru l-oppożizzjoni li m'hemmx pjan u viżjoni. 9. In-nuqqas ta' engagement man- nies mill-Prim Ministru f 'kull settur, mill-media, partitarji, u soċjetà ċivili. 10. Il-problema li ħafna inizjattivi jingħataw il-ġenb u jintesew. 11. Il-kriżi ambjentali u tat-traffiku u l-messaġġ politiċi li m'hemmx soluzzjoni. 12. It-tema tal-popolazzjoni u l-barranin. 13. In-nuqqas ta' għarfien li l-oppożizzjoni tista' tirbaħ l-elezzjoni li ġejja. 14. L-arroganza. X'mar ħażin fil-Labour ... kważi kollox

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 June 2024