Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631
13 kultura IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Beethoven u Shostakovich mill-Orkestra Filarmonika L-Orkestra Filarmonika ta' Malta, taħt id- direzzjoni ta' Michael Laus, tippreżenta żewġ xogħlijiet magħrufin: Is-Sinfonija Nru. 5 ta' Beethoven u l-Kunċert Nru.1 fuq iċ-Cello ta' Shostakovich, bl-inklużjoni taċ-ċellist Konstantin Manaev. Il-Ħames Sinfonija ta' Beethoven hija s-sinfonija li rrivoluzzjonat lill-mużika għal dejjem. Beethoven isegwi b'mod ossessjonat l-erba' noti tal-uħ matul l-ewwel moviment kollu, kif ukoll f 'ħafna mit-tlieta l-oħra. L-essenza tal-ġenju ta' Beethoven kienet li kien jista' jaqbad l-elementi l-aktar sempliċi tal-istil klassiku u li jfassal xogħlijiet radikalment ġodda u monumentali. Fil-Concerto taċ-Cello Nru.1 ta' Dmitri Shostakovich insibu wkoll il-motif tal-erba' noti fejn jiaħ l-ewwel moviment (Allegretto). L-erba' noti jiġu mill-motif ta' DSCH, serje ta' pitches li jikkorrispondu mal-inizjali tal-kompożitur bl-użu tal-alfabett Ġermaniż li nistgħu narawhom fil-katalgu sħiħ ta' xogħlijiet tiegħu. Simili għall-erba' noti ta' Beethoven, dan il-motif b'saħħtu huwa ripetut b'persistenza ossessjonata. Dan il-kunċert jinkludi wkoll ix-xogħol orkestrali Cataclysmus tal-kompożitur Malti Kristian Schembri. Din il-produzzjoni hija parti mill-Malta International Arts Festival, organizzat minn Festivals Malta. Fil-foresti qarrieqa u mimlijin li jiffurmaw l-hekk imsejħa "green border" bejn il-Belarus u l-Polonja, refuġjati mil-Lvant Nofsani u l-Afrika li qed jippruvaw jaslu fl-Unjoni Ewropea jinsabu maqbudin fi kriżi ġeopolitika mfassla b'mod ċinika mid-dittatur tal-Belarus Alexander Lukashenko. F'tentattiv li jipprovoka lill-Ewropa, ir-refuġjati huma mħajrin jersqu lejn il-fruntiera permezz ta' propaganda li twiegħed passaġġ faċli lejn l-UE. Waqt li jsibu lilhom infushom pedini f 'din il- gwerra moħbija, il-ħajja ta' Julia, attivista li għadha kif ċediet il-ħajja komda tagħha, Jan, gwardjan żagħżugħa tal-fruntiera, u familja Sirjana jingħaqdu flimkien. Tletin sena wara, innominat għall-Oscar Europa Europa, Green Border, jiftħilna għajnejna hekk kif titkellem bil-qalb, u jisfida lit-telespettaturi biex jirriflettu fuq l-għażliet morali li jaqgħu f 'idejn in- nies komuni ta' kuljum. Dan il-film se jkun qed jintwera l-għada tal-Jum Dinji tar-Refuġjati. Refugee Week Malta' hi l-edizzjoni lokali li toħloq spazji għal nies minn kull qasam tal-ħajja biex jiċċelebraw id-diversità tagħhom u jkollhom esperjenza kondiviża li jkunu f 'komunità flimkien. Issa fit-tielet sena tiegħu, 'Refugee Week Malta' kiber f 'festival divers, żviluppa b'kollaborazzjoni ma' diversi artisti, organizzazzjonijiet, u entitajiet pubbliċi u li jinkludu Spark 15, Komunitajiet Sudaniżi, Eritreani u Libjani, Afro Deli, il-Kunsill Malti għar-Refuġjati, JRS Malta, MGRM, Moviment Graffitti, Friends of the Earth, El Hiblu 3 Coalition, Unfinished Arts Space, Spazju tal-Komunità tal-Qawra, FSWS u l-Pulizija tal-Komunità. Refugee Week Malta fi vjaġġ ta' empatija, diversità u perseveranza Green Border jisfida lit-telespettaturi biex jirriflettu fuq l-għażliet morali li jaqgħu f'idejn in-nies komuni ta' kuljum