MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 June 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1522631

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 16 TA' ĠUNJU 2024 • NRU 922 We are on the lookout for promising candidates who are ready to dream big and take the leap. M a k e t h e m o v e . JOIN JOIN TEAM TEAMFRANK FRANK Find out more at franksalt.com.mt/befrank Intervista ma' Thomas Bajada, l-iżgħar MPE Malti fl-istorja PAĠNI 6 - 7 Fuq naħa tisma' "Kastillja ma' tidħlux," waqt li n-naħa l-oħra tisma' "ġej it-tsunami." Tibda' tħossok qisek qiegħed f 'nofs partita derby taħraq, u jekk tgħid nofs ta' kelma ħażina xi ħadd se jilwilek għonqok. Fl-istess waqt, daqqa t'għajn lejn il-mappa ta' Malta issa, ikkumparat mal-2019, tinduna li maż-żieda tal-blu, hemm uħud mill-akbar lokalitajiet Maltin, bla kulur... indipendenti. Għaldaqstant, meta tisma' l-mexxeja, tispiċċa tistaqsi lilek innifsek; "possibbli kulħadd ħareġ rebbieħ?" Il-Partit Nazzjonalista naqqas id-distakk tal-voti fl-elezzjoni tal- kunsilli lokali b'madwar 27,000 vot. L-għadd tal-voti għall-elezzjonijiet tal-kunsilli spiċċa l-Ġimgħa, bil- PN jieħu lura is-Siġġiewi, il-Mosta, u ż-Żebbuġ, Għawdex, filwaqt li l-Labour jżomm il-Gżira. Il-Furjana ingħaqdet ma' Birkirkara u Mellieħa u ma kellhiex maġġoranza, wara li kemm il- Labour kif ukoll il-PN kellhom l-istess ammont ta' kunsilliera kull wieħed, AQRA L-ANALIŻI F'PAĠNI 4 U 5 Hekk kif deher ċar mir-riżultat li l-Partit Laburista ħa daqqa ta' ħarta kbira ħafna, diriġenti tal- PL bdew jilmentaw li l-problema l-ewwel trid tissolva mill-Prim Ministru Robert Abela, kemm bl- aġir, kif ukoll bl-għażla tal-kliem. Wara ġimgħa orribbli, il-messaġġi li ħarġu minn Robert Abela ma għenu xejn biex jittaffa l-uġigħ. L-iktar il-kummenti dwar iċ-ċivil li sfaw kritikati, kemm mill-Union Voice of the Workers (UĦM), kif ukoll mill-GWU li hija union viċin il-Gvern. Kien hemm ukoll 'il-problema' tad-Deputat Mexxej tal-PL Daniel Micallef u l-Kap Eżekuttiv tal- PL Randolph Debattista. Ħafna diriġenti kienu qed jistennew li l-Prim Ministru jieħu l-inizjattiva u jitlobhom jitilqu. Minflok, Micallef u Debattista kkapparraw il-mezzi tax- xandir u ħadu l-inizjattiva huma bi kliemhom fejn qishom riedu jieħdu raġun meta kulħadd jaf kemm ma għamlu xejn. Fuq kollox, bosta diriġenti qed jgħidu li jekk Robert Abela ma jbiddilx id-direzzjoni, il- PL huwa destinat li jitlef l-elezzjoni ġenerali li ġej u jiġi umiljat. Ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali bagħat xokkijiet kbar fil-Partit Laburista, u dwejjaq kbar hekk kif id- diriġenti bdew anke jwaħħlu f 'xulxin. L-iktar kanuni evidenti kien għall- fatt li l-PL kellu amministrazzjoni ineffettiva, dgħajfa u bla viżjoni. IKOMPLI F'PAĠNA 2 Il-Laburisti jistennew l-ewwel sinjali konkreti minn Abela Elezzjonijiet tal- Kunsilli Lokali: Għandhom biex jifirħu? Abela jrid jibgħat sinjal ċar bil-fatti u mhux bil-kliem

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 June 2024