MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 July 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524590

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' LULJU 2024 • illum LEO (ID-DURBIES) MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 T 'AWWISSU Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo, għalik, l-istess Leo huwa waqt li tkattar lilek f 'din il-fażi tiegħek, fejn f 'dawn it-tliet ġimgħat li baqa' trid tkompli tagħraf x'inhu l-aħjar għalik. Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mit-Topaz. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo, għalik, Virgo se tkun ġimgħa li tkompli tippjana. Issa trid tkompli tagħraf aħjar il-pjanijiet kollha ta' madwarek sabiex wara tiffoka fuq wieħed partikolari. Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Sapphire. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo, għalik, f 'Capricorn trid tagħraf aħjar il-ħbiberija li għandek mal-kollegi tiegħek. Grazzi għal din il- ħbiberija tista' tkompli tavvanza 'l quddiem. Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Amethyst. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo, għalik, Pisces se tkun ġimgħa fejn trid tevita ċerta pressjoni żejda li taf li qed tesperjenza. Għalhekk, agħraf aħjar il-ħajja sabiex tkun kapaċi tqassam aħjar. Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja mir-Rose Quartz. Namaste. ARIES (IL-KIBX), MILL-21 TA' MARZU SAD-19 TA' APRIL Fit-tieni ġimgħa taż-żodjaku ta' Leo, għalik, Aries se tkun ġimgħa fejn trid tagħraf biss kif se ssib ħin għalik. Taf li ma baqax dak l-ispazju għal ħin ta' rilassament. Għalhekk issa agħraf wettaq dan. Il-kristalla li tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Ruby. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju fit-tieni ġimgħa taż- żodjaku ta' Leo (Id-Durbies) MILL-ĦADD 28 TA' LULJU SAS-SIBT 3 TA' AWWISSU Din ir-referenza qed issir għall- artiklu taħt it-titlu "il-Pulizija qed tistenna ordni mill-Qorti biex tkellem lil Roger Agius", ippubblikat nhar il-21 ta' Lulju 2024, fuq il-gazzetta ILLUM. Il-Korp tal-Pulizija jixtieq jikkjarifika li, kuntrarju għal dak indikat fl-artiklu hawn fuq indikat li għamel referenza għal intervista mxandra fuq RTK103 nhar is-Sibt 20 ta' Lulju 2024, il-Kummissarju tal-Pulizija fl- ebda ħin ma qal li l-Pulizija 'qed tistenna ordni mill-Qorti biex tkellem lil Roger Agius.' Kliem il-Kummissarju kien: 'Din hija pubblika. Kien l-uffiċjal prosekutur stess li talab direzzjoni lill-Qorti biex tkellem lill-persuna li qed tagħmel aċċenn għalih u għandna bżonn dik id-direzzjoni tal-Qorti għaliex il-persuna huwa akkużat mela int ma tistax terġa' tkellmu jekk mhux bl-awtorità tal-Qorti u dan ġara fl-aħħar jiem u jekk Alla jrid issa il-każ kontrih huwa wieħed pubbliku u tara x'ġara fuq dik id-direzzjoni.' Dritt għal risposta Ir-restawr tal-kampnar u l-portiku tal-knisja ta' Kristu Re ta' Raħal Ġdid jidher li se jkompli wara li l-Gvern wiegħed €400,000 għall-proġett. Aktar kmieni din is-sena, il- media rrapportat li kienet tressqet applikazzjoni ta' ppjanar għal restorant fuq nett tal-Bażilika, u dan kien qajjem kontroversja. Heritage Malta ressqet ukoll oġġezzjoni għall-pjanijiet ix- xahar li għadda. Fi stqarrija maħruġa mill- Arċidjoċesi dalgħodu tħabbar li l-proġett seta' jkompli grazzi għal injezzjoni sostanzjali ta' flus kontanti mill-Gvern. Madankollu l-kafetterija se titmexxa isfel. Fr Marc André Camilleri, il- Kappillan tal-parroċċa, qal li wara laqgħat mal-Ministri Byron Camilleri u Owen Bonnici, ġie miiehem li l-Gvern jimpenja €400,000 għall-proġett. Il-kappillan qal li peress li ġew assigurati l-fondi, il- knisja parrokkjali se tkun qed tuża l-portiku bħala post għal avvenimenti u attivitajiet oħra ta' ġbir ta' fondi. "Dan il-ehim huwa win- win. Il-parroċċa tassigura l-għan tagħha li tirrestawra l-portiku filwaqt li l-viżitaturi se jgawdu l-veduta spettakolari mis-saqaf. Filwaqt li l-kafetterija se tkun fil-livell tal-art, ksibna l-għan ġenerali tagħna li nagħmlu l-manutenzjoni tal-knisja aktar sostenibbli," qal Camilleri. Il-parroċċa diġà bdiet xogħlijiet ta' restawr u beħsiebha tlesti l-proġett is-sena d-dieħla. Ir-restawr tal-bażilika ta' Kristu Re jikseb għotja tal-Gvern ta' €400,000 "Il-parroċċa tassigura l-għan tagħha li tirrestawra l-portiku filwaqt li l-viżitaturi se jgawdu l-veduta spettakolari mis- saqaf."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 July 2024