MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 4 August 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524835

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 4 TA' AWWISSU 2024 • illum Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar it-tnedija ta' skema ġdida, is- Screen Support Scheme, li se tkun immaniġġjata mill- Kunsill Malti għall-Arti. Din l-iskema, b'investiment totali ta' €1 miljun, se toffri appoġġ lill-industrija indiġena tal-films u tnediet wara li sar proċess ta' konsultazzjoni mal- partijiet interessati. Il-Ministru Owen Bonnici saħaq dwar l-importanza li Malta tkompli bil-ħidma tagħha biex jissaħħu s-setturi kulturali u kreattivi. "Dawn is-setturi, inkluż dak tal-films indiġeni, isawru aspetti importanti u intrinsiċi li jagħmluna Maltin. Għaldaqstant huwa essenzjali li nkomplu nisimgħu lil dawk li jaħdmu fis-setturi tal-films u naħdmu id f 'id biex inkomplu nsaħħuhom," qal Bonnici. Il-Ministru faħħar il-proċess ta' konsultazzjoni li sar mal- partijiet ewlenin li serva biex l-iskema tkun waħda li tibda twieġeb għall-bżonnijiet tas- settur. Huwa temm jgħid li se jissokta l-impenn biex din l-iskema tkompli tikber fis-snin li ġejjin. Iċ-Chairman Eżekuttiv tal- Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall qal li l-Kunsill qed iniedi din l-iskema ta' appoġġ finanzjarju favur il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-film indiġenu Malti. Huwa qal li l-Kunsill huwa impenjat li jkompli jsaħħaħ dan il-fond għas-settur tal-films indiġeni. Id-Direttur għall-Fondi u Strateġija fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, Mary Ann Cauchi, ipprovdiet aktar dettalji dwar din l-iskema u qalet li se tkun maqsuma f 'ħames fergħat: il-Kitba tal-iskripts; l-Iżvilupp; Films qosra; Produzzjoni ta' films twal; u Programmi kulturali. L-applikanti jridu jkunu entitajiet awdjoviżwali indipendenti. Din l-iskema se tkun miftuħa wkoll għall- applikanti li huma ġodda għall-industrija, u saħansitra se jiġi offrut appoġġ f 'forma ta' mentorship. L-applikanti għandhom sa nofsinhar tal-24 ta' Settembru sabiex japplikaw għal kwalunkwe minn dawn il-fergħat, bir- riżultati jkunu mħabbra fil- 21 u fit-22 ta' Novembru. Għal aktar informazzjoni żur artscouncilmalta.gov.mt. Il-festa tal-arti artiġjanali lura f ' Ta' Qali Artisan Village! Ibbażata fuq is-suċċess tal- edizzjonijiet preċedenti u b'aktar attivitajiet, Festa Lwien se terġa' turi x-xogħol passjonat ta' ħafna artiġjani bbażati f 'Malta. Żuru l-villaġġ nhar is-Sibt 24 ta' Awwissu bejn is-6:30pm u l-11pm u siru parti miċ-ċelebrazzjoni tal- ikel Malti. Se jkun hemm mużika minn Tikka Banda u Kantera fuq il-palk, kif ukoll prodotti artiġjanali magħmulin lokalment. Dekorazzjonijiet tradizzjonali se jżejnu xi toroq, filwaqt li se jiġu organizzati varjetà ta' logħob, kemm għat-tfal, kif ukoll għall- adulti. Id-dħul huwa b'xejn. Ingħaqdu magħna għal lejla mimlija kultura u divertiment f 'Festa Lwien. Imnedija għall-ewwel darba s-Screen Support Scheme mill-Kunsill Malti għall-Arti Festa Lwien: Il-festa tal-artiġjanat f'Ta' Qali Artisan Village "Dawn is-setturi, inkluż dak tal-films indiġeni, isawru aspetti importanti u intrinsiċi li jagħmluna Maltin. Għaldaqstant huwa essenzjali li nkomplu nisimgħu lil dawk li jaħdmu fis- setturi tal-films u naħdmu id f'id biex inkomplu nsaħħuhom."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 4 August 2024