Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1524835
opinjoni 12 analiżi kotba IL-ĦADD 4 TA' AWWISSU 2024 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Daniel Cossai jixħet lenti fuq il-maġija tal-kitba għall-adolexxenti billi jaqra żewġ rumanzi rebbieħa tal-Konkors ta' Letteratura għaż- Żgħażagħ: Il-Kulur tal-Lellux ta' Rita Saliba u 360° ta' Josianne Block Ħbiberiji Interġenerazzjonali Kellem lil xi ħadd li jħobb il-qari fuq l-egħżeż kotba għalih u żgur li, fost il-ħafna kotba li ħallew impatt fuqu, isemmilek imqar wieħed jew tnejn li kien iħobb jaqra meta kien żgħir. Il-kotba li naqraw fit-tfulija u l-adolexxenza għandhom xi ħaġa speċjali; qisu naqraw kemm naqraw, uħud minnhom ma ninsewhom qatt. Bla ma kważi nintebħu, jibdew jiftħulna twieqi fuq aspetti tad-dinja, u normalment ikunu huma li jrawmu mħabba għall-qari li eventwalment twassal għal-letteratura "itqal" (ħa nsejħulha hekk) tal-kbar. Il-kotba ta' dan it-tip bil-Malti ngħataw spinta tajba bis-saħħa tal-Konkors ta' Letteratura għaż-Żgħażagħ, imtella' mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li mill-ewwel darba li ġie organizzat fl-2011 'l hawn sar appuntament fiss fil-kalendarju letterarju lokali annwali. Il-konkors għandu l-għan li jħeġġeġ kitba ġdida mmirata lejn adolexxenti ta' bejn it-13 u t-18-il sena, minn awturi ġodda jew stabbiliti, u mhux biss jippremja l-manuskritt rebbieħ iżda wkoll jgħin lill-awtur jippubblika dak il- manuskritt permezz ta' għotja ta' fondi lill-pubblikatur magħżul mill-awtur. Fi kliem ieħor, jirbaħ kulħadd: l-awtur, il- pubblikatur, u xejn inqas, il-qarrejja. Imma sewwasew x'inhi l-letteratura għaż-żgħażagħ? Għalkemm kemm id- dinja kummerċjali, kif ukoll id-dinja akkademika jħobbu jikkategorizzaw il- kotba f 'dawk għat-tfal, għaż-żgħażagħ, jew għall-adulti, l-ebda definizzjoni mhi perfetta għax dawn mhumiex udjenzi esklussivi. Żgħażagħ li jaqraw kotba klassiċi kumplessi "tal-kbar" hawn, bħalma hawn ukoll ħafna adulti li jaqraw il-kotba "taż-żgħar". Il-kotba għaż-żgħażagħ, fil-fatt, huma varjati daqskemm huma varjati dawk tal-adulti. Insibu kotba tal-fantasija, tal-imħabba, tad-detectives, tal-fantaxjenza, realistiċi … minn kollox. Hija iżjed kwistjoni ta' mira u enfasi: il-kotba għaż-żgħażagħ jinkitbu b'mod li jkollhom xi ħaġa fihom li tiġbed l-attenzjoni taż-żgħażagħ iktar minn kotba oħra, għalkemm b'daqshekk ma jfissirx li l-istess ktieb ma jistax ipaxxi wkoll lill-adulti. Huwa għalhekk li, minkejja l-varjetà, fil-letteratura għaż-żgħażagħ spiss insibu numru ta' elementi rikorrenti. Il-protagonisti normalment ikunu huma stess tal-istess età tal-udjenza fil- mira. B'xi mod jew ieħor spiss jittrattaw l-aspetti sinonimi mal-adolexxenza: il- bidla, l-iskoperta ta' min aħna, l-ewwel drabi, sens li ħadd ma jista' jwaqqafna u li d-dinja ma tafx x'inhu ġej għaliha … Għalkemm mhux dejjem, l-istejjer ħafna drabi jkunu ambjentati f 'postijiet familjari. L-iskola, b'mod partikolari, spiss tkun ċentrali. U kif tista' le, meta għal disa' xhur fis-sena t-tfal iqattgħu iżjed ħin imqajmin fl-iskola milli fi kwalunkwe post ieħor? Id-dar ukoll tispikka f 'dawn l-istejjer: daqqa ordinarja, daqqa b'xi sens maġiku miżjud. Kull ġenerazzjoni tistmerr lil dik ta' qabilha u lil dik ta' warajha. Għalhekk dawn huma kotba li jinbidlu malajr ħafna, bl-istess ritmu tal-ħajja vera. Biex il-qarrejja żgħażagħ jidentifikaw mal- protagonisti żgħażagħ, irid ikollhom lingwaġġ, esperjenzi, teknoloġiji, u drawwiet simili. Biżżejjed wieħed iħares lejn it-titli ta' wħud mir-rebbieħa passati tal-Konkors ta' Letteratura għaż- Żgħażagħ biex jara kemm huma ta' żmienhom: insibu, pereżempju, X'Aħna Smart ta' Stephen Lughermo, Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw ta' Roberta Bajada, u Stessi ta' Matthew Schembri. U għax kull ġenerazzjoni tistmerr lil ta' warajha u l-kotba jinbidlu malajr, ir-riskju li jaffaċċjaw il-kotba għaż- żgħażagħ hu li jeqdiemu malajr. Kien b'dan il-ħsieb li ddeċidejt li naqra — fil-każ tiegħi għall-ewwel darba — żewġ rebbieħa passati tal-Konkors, biex nara għadhomx relevanti issa li għaddew numru ta' snin minn fuqhom. Ħa naqtgħalkom il-kurżità mill-ewwel: it-tnejn iżjed qishom inbid milli ħalib. Iż-żmien kien ħanin magħhom. Tpaxxejt naqrahom u għożżejthom. Immens. Il-Kulur tal-Lellux (BDL, 2016) ta' Rita Saliba huwa dwar Amber, li għaddejja minn żmien xejn sabiħ f 'ħajjitha. Tgħix weħidha ma' ommha, li tbati minn problemi ta' saħħa mentali. Meta Amber kienet iżgħar, kienu jilagħbu logħba fejn meta kienu jkunu għaddejjin minn xi esperjenza iebsa, kienu jistħajlu ruħhom fi triq mimlija lellux. Tul ir-rumanz din il- logħba tikseb status kważi mitiku, minn banda bħala metafora għall-ħila tagħna li nirreżistu u nsibu l-kuntentizza meta nħossu d-dinja ta' madwarna tingħafas fuqna minn kull naħa, iżda wkoll, ħassejt, f 'sens kważi maġiku. Il-qawwa ta' dan l-istħajjil hija tant li l-protagonista, fis-siltiet fejn tiddeskrivih, inħossuha kważi verament ġiet ittrasportata f 'post ieħor. Wara kollox l-immaġinazzjoni, nistħajjilha trid tgħidilna Saliba, mhix forma ta' maġija? Li kelli nikklassifika r-rumanz, fil-fatt, inpoġġih fil-ġeneru msejjaħ realiżmu maġiku. L-azzjoni tittratta ġrajjiet fil- biċċa l-kbira realistiċi u talterna bejn numru ta' postijiet ordinarji: il-blokka appartamenti fejn Amber kienet tgħix m'ommha u fejn tgħix ukoll Rose, l-anzjana eks għalliema tal-mamà li ma Sewwasew x'inhi l-letteratura għaż- żgħażagħ? Għalkemm kemm id-dinja kummerċjali, kif ukoll id-dinja akkademika jħobbu jikkategorizzaw il-kotba f'dawk għat- tfal, għaż-żgħażagħ, jew għall-adulti, l-ebda definizzjoni mhi perfetta għax dawn mhumiex udjenzi esklussivi