MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527557

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' OTTUBRU 2024 • illum 04 Fid-Dipartiment tal-Kummerċ: Impjegati imbeżża, id-direttur jinsisti li kollox taħt kontroll MARIANNA CALLEJA Impjegati fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ qed jaħdmu "f 'infern ta' bini bi struttura non-eżistenti u perikolużi." Skont informazzjoni miksuba minn ILLUM minn ħaddiem li qed jaħdem hemm b'mod anonimu, din is-sitwazzjoni ilha għaddejja għal snin twal, b'uffiċjali jaħdmu f 'kundizzjonijiet li saħansitra jistgħu jkunu perikolużi għas-saħħa tagħhom. "Il-kundizzjonijiet li qegħdin fihom huma redikoli, qed nistennew traġedja tiġri," qal il-ħaddiem. It-telefonata mal-ħaddiema tat stampa ta' struttura f 'sitwazzjoni diżastruża, bi soqfa li qed iċedu, ħitan mkissra, u kurituri i li jheddu s-sigurtà tal-ħaddiema u dawk li jpassu minn barra. Il-ħaddiem qal lill-ILLUM li huwa "redikolu" li għadhom sa issa b'tiolets imkissra, u soqfa li qatt ma raw dawra manutenzjoni, filwaqt li l-ilma jidħol minn kullimkien meta tagħmel ix-xita." Huwa semma kif tkellmu kemm il-darba u saħansittra ġew mitkellma mill-Uffiċju tal-Prim Ministru stess dwar dan kollu. Għaldaqstant, il-ħaddiem qal li meta l-OPM tkellmu mad-direttur tagħhom, dan pinġa stampa ta "kollox taħt kontroll," filwaqt li wara ma ġara xejn. Mistoqsi xi jridu li jseħħ, il-ħaddiem qal li jippretendu li jkunu sikuri fil-post tax-xogħol tagħhom. "Mhux nitolbu li nmorru naħdmu portomaso, imma li jaghmluh post uman u idonju," huwa dlonk wieġeb. Fil-binja hemm bejn wieħed u ieħor 60 ruħ, bl- impjegati jaħdmu ġieli mid-dar, u ġieli mill-uffiċju. GODWIN WARR JIDDEFENDI RUĦU, JGĦID LI MANUTENZJONI QED ISEĦĦ B'MOD REGOLARI Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mad-direttur tad- dipertiment, Godwin Warr. Lil Warr il-ħaddiema akkużawh illi ġie mitlub jitkellem mal-OPM dwar is- sitwazzjoni, u ħalla kollox għaddej kif inhu. Mal-gazzetta Warr iddefenda lilu nnifsu billi nnota illi l-bini huwa wieħed storiku u allura antik. Qal li minħabba f 'hekk "manutenzjoni regolari u kontinwa hija essenzjali" Warr qal li "hemm tliet proġetti ta' rinovar" għaddejjin. Barra minn hekk, huwa saħaq li l-Kummissjoni għall- Ippjanar (PA) qed tistenna l-permessi għall-binja u s-salvataġġ tal-kuritur estern. "Barra minn hekk, id-Dipartiment tal-Kummerċ qed jistenna l-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) għal xogħol propost fuq kuritur estern. Sadanittant, id- Dipartiment tal-Manutenzjoni u Tindif huwa impenjat f 'ristrutturar ġenerali," żied jgħid. Rigward l-akkuża tal-ħaddiema illi l-OPM talbet lil Warr jitkellem magħha, id-Direttur semma li d-Diviżjoni tal-Poplu u l-Istandards fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ġiet infurmata bix-xogħlijiet meħtieġa, u rappreżentant mid-direttorat żar il-post. Huwa ammetta wkoll li l-Ministeru għall-Ekonomija ma ġietx infurmata bil-manutenzjoni li qed isir, peress li d-dipartiment b'mod indipendenti beda' dawn ix- xogħlijiet waħdu. Il-Gazzetta ILLUM ikkonfermat daw kollu mal- Ministru għall-Ekonomija, fejn hu stess ikkonferma li ma kienx informat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 October 2024