MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527557

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 6 TA' OTTUBRU 2024 • illum aħbarijiet Mil-Lvant Nofsani: L-Ambaxxatur Aquilina jinqabad fl-attakki tal-Iran fuq Iżrael Il-biża', id-dubju, it-tħassib; Franklin Aquilina jiftaħ aktar dwar l-emozzjonijiet li qed iħoss ' il bogħod minn xtutna. L-Ambaxxatur Malti għall-Palestina, jemmen li wieħed għandu jibqa' jaqdi dmirijietu fil-pajjiż li jintbagħat fih sakemm jista', b'rispett lejn ir-relazzjonijiet bilaterali. Il- gazzetta ILLUM tkellmet ma' Aquilina, wara li nqabad fl-attakki tal-Iran fuq Iżrael. QED NARAW PAJJIŻI OĦRA ISSA INVOLUTI FIL-KUNFLITT. KIF TISTA' TISPJEGA L-AĦĦAR ŻVILUPPI? Sfortunatament qed nassistu għal dak li ħafna pajjiżi, inkluż Malta fuq quddiem nett, ilhom iwissu li se jasal. Il-kunflitt fil- Lvant Nofsani, li ilu għaddej għal għexieren ta' snin, ħa żvolta għall- agħar wara l-attakk terroristiku mill-Ħamas u gruppi oħra, fuq Iżrael fis-7 t'Ottubru tas-sena l-oħra. Il-gwerra qalila fuq Gaża li segwiet kellha mill-ewwel potenzjal li tinfirex mar-reġjun, partikolarment bl-involviment ta' gruppi militanti oħra, kif ukoll tal-Iran. MALTA KIF TIPPERĊEPIXXI L-IMPLIKAZZJONIJIET USA' TAL-KUNFLITT BEJN IŻRAEL U L-PALESTINA FUQ L-ISTABBILTÀ REĠJONALI FIL-LVANT NOFSANI, SPEĊJALMENT FIR-RIGWARD TA' ATTURI EWLENIN OĦRA BĦALL- EĠITTU, IL-ĠORDAN, U L-LIBANU? L-interessi ta' Malta dejjem kienu konsistenti fuq l-importanza tal-Paċi fil-Lvant Nofsani, reġjun ġar tagħna. Dejjem insistejna b'konvinzjoni fuq soluzzjoni paċifika ta' żewġ stati, fejn Iżrael u l-Palestina jgħixu bħala żewġ stati, fis- sigurtà li jixirqilhom, u skont ir-Reżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Nimu wkoll l-importanza ta' pajjiżi oħra fir-reġjun u napprezzaw l-impenn tagħhom għall-istabbiltà. Kemm il-Ġordan u anke l-Eġittu għandhom trattati ta' paċi ma' Iżrael, u tali trattati jgħinu sabiex il-kunflitt ma jinxteridx kemm jista' jkun. KIF QED TEVOLVI L-POŻIZZJONI TA' MALTA FID-DAWL TAL- ESKALAZZJONIJIET RIĊENTI? Kif spjegajt, l-interessi ta' Malta dejjem kienu konsistenti fuq l-importanza tal-Paċi fil- Lvant Nofsani. Ma jistax jonqos għalhekk li ninsabu mħassbin ħafna kif qiegħda tkompli teskala s-sitwazzjoni. Imħassbin, mhux biss fuq l-eskalazzjoni fil-Libanu, f 'Iżrael innifsu, mal-Iran u l-gwerra f 'Gaża, izda wkoll dwar dak li għaddej fix-Xatt tal-Punent u Ġerusalemm tal-Lvant. Ninsabu preokkupati dwar is-sitwazzjoni umanitarja f 'dawn il-postijiet, partikolarment f 'Gaża, fejn inqatlu aktar minn 41 elf Palestinjan. Ma rridux ninsew ukoll li għad hemm fuq mitt Iżraeljan maqbud ostaġġ mill-Ħamas u gruppi oħra f 'Gaża waqt li r-rockets sparati lejn Iżrael ma waqfux, partikolarment fit- Tramuntana tal-pajjiż. Allura, il-pożizzjoni ta' Malta evolviet, mhux biss fl-appelli konsistenti tagħha għall-waqfien mill-ġlied immedjat u għar-rispett lejn il-Ligi Internazzjonali, iżda wkoll favur żieda bla preċedent f 'għajnuna umanitarja li tant jeħtiġuha eluf kbar ta' nies fir-reġjun. INTI STESS KELLEK ISSIB IL-KENN TA' XELTER SAKEMM IMXEJT LEJN POSTIJIET AKTAR SIGURI, SPEĊJALMENT META BDEW JIĠU SPARATI MISSILI LEJN IŻRAEL MILL-IRAN. X'ĦASSEJT DAK IL-ĦIN? Naturalment, it-tensjoni ilha tinħass allura wieħed ikun lest għal dawn l-eventwalitajiet. Fost l-oħrajn hemm kamra msejħa bħala safe room jew xelter li tkun mgħammra għal dawn is- sitwazzjonijiet. Minkejja dan, is- sentiment ta' biża' ma jonqosx. Mhux biss il-biża' ta' dak il-ħin, sakemm jispiċċa l-attakk, iżda wkoll dubju dwar x'inhu ġej, dwar x'se tkun ir-ritaljazzjoni li ovvjament tista' tkabbar iċ-ċiklu ta' vjolenza. KIEN HEMM MUMENTI FL- AĦĦAR XHUR LI ĦASSEJTEK BEŻGĦAN GĦAL ĦAJTEK, JEW ANZJUŻ, TANT LI RIDT TIRRITORNA LURA MALTA U TKOMPLI XOGĦLOK MINN HAWN? ĠEJT OFFRUT LI TKOMPLI XOGĦLOK MINN MALTA MILL-GVERN? Il-kuntantti tiegħi mal- awtoritajiet fil-Ministeru għall- Affarijiet Barranin, kif ukoll mal- kollegi f 'Tel Aviv, huwa ta' spiss, prattikament kuljum. Anki fi ġranet bħal dawn. U hawn nixtieq nuri apprezzament għas-sapport kontinwu tal-Ministeru f 'dawn iċ- ċirkustanzi fejn spiss jiġu diskussi għażliet differenti. Inħoss li s-sens ta' servizz u ta' dover, kif ukoll is-sigurtà personali, għandhom jinżammu quddiem moħħna u jintlaħaq bilanċ tajjeb sabiex wieħed jibqa' jaqdi dmirijietu fil- pajjiż li jintbagħat fih kemm jista' jkun possibbli, anki b'rispett lejn ir-relazzjonijiet bilaterali. TAF B'MALTIN OĦRA LI GĦADHOM FIL-PALESTINA? Sakemm qiegħed ngħaddi dawn il-kummenti m'aħniex infurmati li hemm Maltin fit-Territorju okkupat Palestinjan. BIS-SITWAZZJONI UMANITARJA DEJJEM TMUR GĦALL-AGĦAR, LIEMA PASSI QED TIEĦU MALTA BIEX TAPPOĠĠJA LILL- PALESTINJANI MILQUTA MILL-KUNFLITT? HEMM XI KORDINAZZJONI MA' NGOS JEW ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI GĦALL- GĦAJNUNA? L-ewwel nett Malta kienet, għadha u se tibqa' tagħti sehem sħiħ fil-Ġnus Magħquda, u f 'fora oħra reġjonali u internazzjonali permezz ta' dikjarazzjonijiet, voti u inizjattivi sabiex, mhux biss ikun hemm waqfien mill- ġlied, iżda jkun hemm soluzzjoni paċifika għall-kunflitt. Dawn huma pożizzjonijiet li Malta mhux se tabdika minnhom. Bħala membru tal-Unjoni Ewropea Malta tikkontribwixxi wkoll b'miljuni ta' ewro li l-UE tagħti lill-Awtorità Palestinjana, indipendentament mill-Gwerra f 'Gaża, kif ukoll f 'għajnuna umanitarja oħra li l-Unjoni qiegħda toffri. Fl-aħħar sena, però, Malta żiedet, anzi rduppjat, id-donazzjonijiet tagħna lejn L-UNRWA, l-Aġenzija tal-Ġnus Magħquda li tħares il-bżonnijiet tar-Refuġjati Palestinjani, u li ntlaqtet ħażin ħafna f 'Gaża. Malta wkoll ikkontribwiet finanzjarjament lill- Organizzazzjani World Central Kitchen u organizzazzjonijiet oħra. Ma ninsewx ukoll li Malta ospitat numru ta' tfal Palestinjani għall-kura meħtieġa. Malta tibqa' timpenja ruħha f 'għajnuna umanitarja li tista' toffri. Fejn tidħol Malta, dan il- kunflitt wera, għal darb'oħra, kemm għandha x'toffri bil-politika barranija tagħna. Kontribut li, nassigurak, huwa apprezzat minn ħafna, anki f 'dan ir-reġjun. Aktar minn 200 missila ġew sparati lejn l-Iżrael mill-Iran nhar it-Tlieta bil-lejl. Il-forzi militari Iżraeljani qalu li l-maġġoranza tal- missili ġew interċettati, iżda ftit minnhom laħqu ċ-ċentru u n-nofsinhar ta' Iżrael. L-unika persuna rrappurtata li tilfet ħajjitha kienet raġel Palestinjan fil-Ġordan, Il-Forzi ta' Difiża Iżraeljana (IDF) qalu li l-attakk kien jinvolvi aktar minn 180 missil, waqt li l-midja tal-Iran irrappurtat li ġew sparati madwar 200 missil. Fl-istess waqt il-midja Ingliża spjegat li dan l-attakk kien wieħed mil-agħar. Matul l-attakk, sireni taw indikazzjoni sabiex il-popolazzjoni ta' 10 miljuni kollha tidħol fil-bunkers. Filmati fuq il-midja soċjali wrew missili jtiru fuq Tel Aviv u anke Ġerusalemm. L-istrutturi ta' difisa tal-arja interċettaw ħafna mill-missili, iżda ħsara saret f'ħafna żoni, speċjalment fi ħdan l-inħawi ta' Tel Nof u l-bażi tal-ajru Nevatim. Nhar l-Erbgħa, l-IDF qalet li diversi bażijiet tal-forza tal-ajru soffrew ħsara fl-attakk tal-missili, iżda l-inġenji tal-ajru ma kellhom l-ebda ħsara. Li nafu sa issa dwar l-attaki mill-Iran

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 October 2024