MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527557

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 6 TA' OTTUBRU 2024 07 BĦALA XI ĦADD B'PASSAT B'SAĦĦTU FIL-ĦIDMA SOĊJALI U TMEXXIJA F'DIVERSI ENTITAJIET PUBBLIĊI, KIF TAĦSEB LI TUŻA DAWN L-ESPERJENZI BIEX ISSAWWAR IL-FUTUR TAL-PARTIT LABURISTA? L-istudji tiegħi fil-qasam soċjali kif ukoll l-esperjenzi differenti li ġabuni f 'kuntatt ma' bosta tipi ta' realtajiet soċjali u setturi vulnerabbli se jiggwidawni sabiex inkun nista' ngħin lill-Partit Laburista jkun verament il-partit li jilqa' lil kulħadd u jaħseb għal kulħadd. Kien ta' privileġġ kbir għalija li ta' 33 sena ġejt fdat fit-tmexxija tal-Caritas Malta, fejn iltqajt ma' diversi sitwazzjonijiet ta' vulnerabbiltà li sfortunatament mhux dejjem huma magħrufa u apprezzati sew. Proġett siewi li nedejt waqt din l-esperjenza kien ir-riċerka dwar kemm twassal fil- but il-paga minima u l-benefiċċji soċjali meta mqabbel ma' kemm tiġi tiswa xirja ta' prodotti bażiċi u essenzjali għall-familji Maltin. Wara din l-esperjenza, kelli l-opportunità li nara l-istess realtajiet soċjali mil-lenti tat- tmexxija tal-Gvern bħala CEO tal-Awtorità tad-Djar. F'dan ir-rwol stajt napprezza iżjed mill-qrib kemm il-policies tal-Gvern jistgħu jkunu strumentali sabiex itaffu l-faqar u fil-fatt mexxejt 'il quddiem bosta riformi f 'oqsma differenti. Insistejt fuq il-ħtieġa li jkollna provvista ġdida ta' binjiet għall- akkomodazzjoni soċjali sabiex ngħinu iżjed familji. Barra minn hekk, ħdimna sabiex l-Awtorità tad-Djar wettqet il-ħidma meħtieġa biex nimplimentaw riformi fis-suq tal-kera – li kien kompletament deregolat, kif ukoll ħdimna biex nirriformaw ukoll il- kirjiet antiki fejn kellek sitwazzjoni li kemm l-inkwilini, ħafna minnhom anzjani, kif ukoll is-sidien setgħu jispiċċaw barra fit- triq. Matul is-snin kelli wkoll l-opportunità nistudja oqsma soċjali bħall-faqar, sfruttament fil-qasam tax-xogħol (labour market exploitation) u d-dipendenza fuq il- benefiċċji soċjali. Dawn l-esperjenzi kollha flimkien mat- tfulija f 'familja tal-ħaddiema jagħtuni ċertu vantaġġ sabiex inkun nista' niem aħjar il-polz tas-soċjetà u se jkunu qed jagħġnu l-ħidma tiegħi fi ħdan l-istrutturi, l-għeruq u l-fergħat tal-PL. Dawn l-elementi se jkunu wkoll il-boxxla soċjali tiegħi sabiex nara li verament nippromovu l-valuri soċjali, il- ġustizzja soċjali, l-indipendenza finanzjarja u l-mobiltà soċjali. IL-MANDAT TIEGĦEK FL-AWTORITÀ GĦALL-UŻU RESPONSABBLI TAL- KANNABIS (ARUC) AFFAĊĊJA KRITIKA DWAR KWISTJONIJIET REGOLATORJI. X'LEZZJONIJIET ĦADT MINN DAK IR-RWOL, U KIF SE JINFLUWENZAW L-APPROĊĊ TIEGĦEK BĦALA CEO TAL-PL? Meta kont immexxi l-ARUC, kont u għadni nemmen fl-importanza li jkun hemm intervent regolatorju li jippromovi s-saħħa pubblika iżda illi jitbiegħed minn mudelli regolatorji oħra li jħarsu lejn il- kannabis bħala komodità. Jekk hemm tagħlima ġenerali li ħadt minn din l-esperjenza u fl-entitajiet l-oħra li kont immexxi hija l-importanza li ma nħallux lis-suq isuq waħdu. M'hemm l-ebda riċetta ekonomika li taħdem waħidha u tippromovi l-ġustizzja soċjali mingħajr l-intervent tal- Gvern. Huwa tajjeb li nippromovu t-tkabbir ekonomiku, iżda tajjeb ukoll nimu li l-Gvern għandu jżomm rwol attiv f 'oqsma li huma essenzjali għall-kwalità tal-ħajja tal- persuna. Din l-esperjenza li ksibt matul is- snin se nużaha biex nara li l-Partit Laburista jkompli jkun tarka għan-nies, bħala l-partit tal-ħaddiema. MINĦABBA L-INVOLVIMENT TIEGĦEK FIR-RIFORMI TAD-DJAR SOĊJALI U T-TMEXXIJA TAL- CARITAS, KIF QED TIPPJANA LI TINTEGRA KWISTJONIJIET TA' ĠUSTIZZJA SOĊJALI FL-ISTRATEĠIJA TAL-PL? Il-ġustizzja soċjali nwettquha billi noqogħdu attenti li ma nħallu lil ħadd jibqa' lura. Daqskemm huwa importanti li nagħtu prijorità għan-nefqa fuq is-servizzi soċjali – xi ħaġa li se nkun minn ta' quddiem sabiex niġġieled għaliha – huwa daqstant ieħor importanti li naraw li din in-nefqa tilħaq lil kull min jeħtieġha. Is-servizzi soċjali li bena l-Partit Laburista matul is-snin, jagħtuna bażi soda sabiex nibnu fuqha. Issa wasal iż-żmien li nwettqu miżuri iżjed speċifiċi intiżi għal ċirkustanzi partikolari jew gruppi żgħar ta' persuni vulnerabbli. Eżempju ta' dawn il-gruppi huma persuni li, għalkemm jaħdmu u għandhom introjtu medju, ma jistgħux jieħdu loan sabiex jixtru darhom. Meta kont immexxi l-Awtorità tad-Djar, tnediet skema sabiex dawn il- persuni jkunu jistgħu jixtru darhom xorta waħda. Irrid nara li nadottaw iżjed miżuri simili kemm matul din il-leġiżlatura, kif ukoll ninkludu oħrajn ġodda fil-programm elettorali għall-elezzjoni li jmiss. Se nkun qiegħed inżomm kuntatt kontinwu man- nies sabiex nara li dawn il-ħtiġijiet jiġu indirizzati. Il-miżuri meħtieġa jistgħu jinvolvu kemm għajnuna finanzjarja mmirata, kif ukoll għodod legali biex tipproteġi ċerti setturi vulnerabbli. Huma miżuri kumplessi li jinvolvi ħafna ħsieb u xogħol preparatorju sabiex jiġi żgurat li jkunu mmirati b'mod preċiż għas-settur milqut. Għalhekk huwa importanti li f 'kull deċiżjoni li nieħdu jkun hemm konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders kollha involuti. Pereżempju, settur li nixtieq nara li jingħata iżjed protezzjoni huwa dak tal- anzjani li minħabba nuqqas ta' saħħa jew mobiltà jkollhom jirrikorru għal li jagħtu prokura lil qrabathom sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-ħtiġijiet neċessarji. Sfortunatament, uħud minn dawn l-anzjani qed jispiċċaw abbużati mill-istess qraba tal-fiduċja tagħhom. Nemmen li għandna nagħmlu iżjed sforz sabiex nimplimentaw miżuri li jagħtu iktar serħan il-moħħ lil dawn l-anzjani. KRITIĊI TAL-PL QALU LI INTI KONT QED TINTUŻA BĦALA "FIXER", MINĦABBA LI TPOĠĠEJT CEO JEW MEXXEJ TA' BOSTA ENTITAJIET REGOLATORJI, WAĦDA WARA L-OĦRA, FI ŻMIEN QASIR. X'TIKKUMMENTA DWAR DAN? Qed nieħu dan it-titlu bħala kumpliment. Ninsab sodisfatt bir-riżultati li ksibt f 'kull entità li mexxejt. Bl-istess enerġija u valuri, se nara li flimkien mal-kumplament tal- amministrazzjoni u tmexxija nkomplu nimbottaw politika awtentika li tpoġġi lill- familji u n-negozji fiċ-ċentru. Jien, sa mill- bidu nett, stqarrejt li l-irwol tiegħi bħala Kap Eżekuttiv mhux se jkun biss dak li jħares biss il-ħidma amministrattiva u finanzjarja. Għalkemm dak hu rwol importanti, daqstant importanti li nara li l-istrutturi kollha jorqmu ħsieb politiku skont il-ħtiġijiet soċjali u ekonomiċi tal-lum. IL-LABOUR GĦADDEJ MINN RISTRUTTURAR SINIFIKANTI. KIF QED TIPPJANA LI TIŻGURA STABBILTÀ U KONTINWITÀ FI ĦDAN IL-PARTIT MATUL DIN IT- TRANŻIZZJONI? It-tiġdid huwa għodda li llum il-ġurnata saret kontinwa. Mill-konferenza Ġenerali lil hawn smajna ħafna fuq tiġdid fi ħdan il-Partit Laburista. Qatt ma ddejjaqt mill- bidla, għaliex kull bidla hija opportunità. Il-ħila fit-tiġdid mhux li tkisser dak li jkunu bnew ta' qablek u twarrab lil dawk li ħadmu sabiex l-entità tasal fejn waslet iżda li wieħed jagħraf it-tajjeb li sar u jibni fuqu. Kif diġà għedt bosta drabi, it-tmexxija ta' qabel ħalliet il-marka tagħha f 'oqsma varji. Tiġdid mhux proċess ta' bidla ta' wċuħ. Kulħadd għandu x'joffri għall-futur tal- Partit u ta' pajjiżna. Se nkun qed nippromovi u noħloq spazju għall-kritika kostruttiva u diskussjonijiet sinċiera u awtentiċi. Ejjew inkomplu ninbidlu u niġġeddu sabiex flimkien nieħdu deċiżjonijiet kuraġġużi u nilqgħu għall-isfidi li ġejjin. X'INHUMA L-PRIJORITAJIET TIEGĦEK GĦALL-KULTURA INTERNA TAL- PL, SPEĊJALMENT FID-DAWL TA' KONTROVERSJI, KAWŻI L-QORTI B'EKS UFFIĊJALI LABURISTI PROMINENTI U BIDLIET FIT- TMEXXIJA RIĊENTI? L-onestà u l-integrità huma prinċipji li dejjem iggwidaw it-tmexxija tiegħi. Tmexxija onesta tgħin sabiex ta' madwarek iħossuhom komdi jaħdmu miegħek. Kull min ħadem miegħi jaf li din hija kultura li mhux biss bżonjuża għaliex hekk huwa ġust u xieraq iżda hija wkoll kultura li tagħti l-frott u tgħin sabiex l-istrutturi jagħtu l-aħjar tagħhom. Filwaqt li nkompli nisħaq li l-PL għandu jagħti spazju lil kull min jixtieq jagħti kontribut, fl-istess ħin se nkun qed nara li jkun hemm mekkaniżmi ta' skrutinju iżjed rett sabiex jiġi żgurat li l-kontribut mogħti jkun ġenwin u fl-interess tal-Partit u tal-pajjiż. KIF QED TIPPJANA LI SSAĦĦAĦ L-ATTIVIŻMU TAL-GRASSROOTS TAL- PL U ŻŻOMM RABTIET SODI MAL- VOTANTI ĠODDA JEW ŻGĦAR? L-attiviżmu jinbet meta wieħed iħoss li b'għemilu jista' jħalli impatt pożittiv fuqu, fuq ta' madwaru, u fuq is-soċjetà. Se nkun qed nara li l-kontribut ta' kull wieħed u waħda minna jingħata importanza xierqa. Il-kliem "Ħadd mhu għar-rimi" m'għandux ikun biss slogan fieragħ iżda l-missjoni prinċipali tal-ħidma tagħna. Il-PL huwa l-partit tan-nies. Naturalment, sabiex wieħed ikun jista' jikkontribwixxi jrid ikollna strutturi li jiffaċilitaw l-attiviżmu, kemm b'mezzi tradizzjonali intiżi għall-grassroots, kif ukoll permezz ta' teknoloġiji li jattiraw votanti żgħażagħ. L-attiviżmu fil-każini huwa importanti daqskemm huma importanti l-messaġġi mwassla permezz tal-pjattaformi soċjali. Irridu nisimgħu l-ħsibijiet ta' kull min jixtieq jagħti sehmu bi kwalunkwe mezz għad-dispożizzjoni tagħna. Il-bieb tal-PL se jkun miuħ dejjem u f 'kull ħin, mhux biss waqt il-kampanja elettorali. Flimkien mat-tmexxija l-ġdida qed naħdmu biex il-Partit ikollu l-istrutturi kollha neċessarji li jkompli jżomm kuntatt dirett mal-qalba u mal-votanti tradizzjonali iżda wkoll ma' votanti moderati, u dawk li se jkunu qed jivvotaw għall-ewwel darba. Aspett ieħor li rrid nara li jissaħħaħ huwa li nżommu kuntatt ma' dawk li tbiegħdu mill- Partit li għalih taw kontribut siewi matul is-snin. Irridu nimu lil dawn il-persuni u naċċettaw li fi wħud miċ-ċirkostanzi, il- Partit jew il-Gvern kien żbaljat u għalhekk għandna naraw li titwettaq ġustizzja magħhom. Għandna xorta waħda nuru rispett lejn l-opinjoni u l-kontribut li ngħata fil-passat minn dawn l-individwi. BL-ELEZZJONIJIET LI ĠEJJIN F'MOĦĦOK, LIEMA STRATEĠIJI SE TIMPLIMENTA BIEX TIŻGURA LI L-LABOUR JIBQA' KOMPETITTIV U JIBQA' VIĊIN TAL-POPOLAZZJONI MALTIJA? L-ewwel strateġija li se nadotta hija dik li nużaw ir-riżorsi kollha tagħna, speċjalment il-kontribut prezzjuż tal-attivisti, id-delegati u l-ħassieba li għandu l-Partit. Dawn kapaċi jagħtuna bosta ideat u jqarrbuna ma' kull settur tal-popolazzjoni. Ma rridx li l-Partit Laburista jitmexxa minn fuq biss, iżda għandna nilħqu kunsens wiesgħa fid-deċiżjonijiet, speċjalment fit-tfassil tal- programm elettorali. Se nkunu qed naħdmu qatigħ biex immorru għand l-elettorat sabiex jerġa' jafdana b'ħames snin ħidma fit- tmun tal-pajjiż. Ir-rwol tiegħi u ta' sħabi fit- tmexxija għandu jkun biss li nkunu l-boxxla tal-Partit sabiex nagħtu sens ta' direzzjoni fl-iżvilupp tad-diskussjonijiet u t-teħid tad- deċiżjonijiet. Aspett ieħor li se nisħaq fuqu huwa li jkollna taħlita tajba ta' kandidati li jirriflettu l-faxex differenti tas-soċjetà. Irridu nimu li għalkemm il-Partit huwa vuċi waħda soda, l-elettorat iħossu iżjed komdu jidentifika ruħu ma' persuni li ġejjin minn background simili għal tagħhom għax ikunu jistgħu jimuhom iktar. Il- missjoni tagħna hija magħrufa – ngħinu lill-familji, lin-nies vulnerabbli, lill- ħaddiema u lin-negozji. B'hekk biss nistgħu nibqgħu relevanti, kompetittivi u viċin il- popolazzjoni Maltija. 'Ma rridx li l-Partit Laburista jitmexxa minn fuq biss'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 October 2024