MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527557

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 sondaġġ IL-ĦADD 6 TA' OTTUBRU 2024 • illum LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra, għalik, l-istess Libra se tkun ġimgħa li tnaqqas it mill-ħidma tiegħek u tieħu it ħin għal xi eżerċizzju din il-pawża ghandha sservik għal aktar motivazzjoni. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Leo. Namaste. CAPRICORN (IL-WOTT), MIT-22 TA' DIĊEMBRU SAD-19 TA' JANNAR F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra, għalik, Capricorn se tkun ġimgħa li tmexxi lilek aħjar fir-relazzjoni ta' mħabba tiegħek. Wettaq dik il- motivazzjoni sabiex l-imħabba li għandek tkompli titkattar u tissaħħaħ. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste. PISCES (IL-ĦUT), MID-19 TA' FRAR SAL-20 TA' MARZU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra, għalik, Pisces se tkun ġimgħa sabiex tibbilanċja l-ħin fil-karriera tiegħek. Int trid tagħraf li trid tara kif iżżomm bilanċ bejn il-karriera u dawk ta' madwarek. B'hekk tevita konsegwenzi. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Libra. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra, għalik, Taurus se tkun ġimgħa ta' għarfien aħjar ta' dak li int tixtieq twettaq. Issa int se tagħraf aħjar dak kollu li għandek madwarek. Irrifletti. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra, għalik, Cancer se tkun ġimgħa ta' riflessjoni. Issa wasal il-mument li tagħraf timxi lejn dawk l-opportunitajiet li resqin lejk. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Taurus. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju waqt iż-żodjaku ta' LIBRA (Il-Miżien) Mill-Ħadd 6 ta' Ottubru sas-Sibt 12 ta' Ottubru Il-Laburisti inkwetati bit- traffiku, in-Nazzjonalisti bil- korruzzjoni imma l-barranin qed iħassbu lil kulħadd L-ammont ta' ħaddiema barranin fil-pajjiż hu l-ikbar problema fil-pajjiż bħalissa għal 22% tal-Maltin, waqt li 21% jaħsbuli t-traffiku hu l-ikbar problema, segwit mill- korruzzjoni, b'14% tal-Maltin jaħsbu li hi l-ikbar problema fil- pajjiżbħalissa. Madankollu, l-istħarriġ juri xejriet differenti meta wieħed janalizza l-lista ta' problemi msemmija minn votanti differenti. Għall-votanti Nazzjonalisti, l-ikbar problema fil-pajjiż bħalissa hija l-korruzzjoni (27%), segwita mill-ammont ta' ħaddiema barranin (17%), mit-traffiku (14.5%), u l-inflazzjoni (12%). Imma huma biss 3% tal- votanti Laburisti li għalihom il- korruzzjoni hi l-ikbar problema. Fost dawn, l-ikbar problema hi t-traffiku (28%), segwita mill- ħaddiema barranin (25%), mill- inflazzjoni (11%), u mill-bini żejjed (9%). Iżda fost dawk li mhux se jivvutaw, l-ikbar problemi fil- pajjiż bħalissa huma l-ħaddiema barranin (26.5%), it-traffiku (21.4%) u l-bini żejjed u l-kostruzzjoni (14%). Il- korruzzjoni hija msemmija bħala l-ikbar problema minn 10% ta' dawk li mhux beħsiebhom jivvutaw. L-inflazzjoni hi msemmija minn 7% biss ta' dawn il-votanti. Dan jindika li fost din il- kategorija strateġika li tista' trebbaħ l-elezzjoni li jmiss lil wieħed miż-żewġ partiti l-kbar, l-ikbar inkwiet huwa dwar il-konsegwenzi tal-mudell ekonomiku mħaddan mill-gvern preżenti li rriżulta f 'influss qawwi ta' ħaddiema barranin u pressjoni qawwija fuq l-ibliet u l-irħula minn proġetti ta' kostruzzjoni. Madankollu huma it li jsemmu problemi relatati ma' flus fil-but. Huma biss 3% ta' dawk li mhux se jivvutaw u 1% tal-votanti kollha li jsemmu l-pagi baxxi bħala l-ikbar problema fil-pajjiż. Dan jindika, jew li ħafna Maltin sejrin tajjeb, jew li dawk li qed ibatu qed iwaħħlu fil-barranin għall-problemi li qed jaffaċċjaw. L-istħarriġ juri wkoll li l-inkwiet fuq l-għoli tal-ħajja naqas drastikament minn Frar li għadda meta l-inflazzjoni kienet meqjusa bħala l-ikbar problema tal-pajjiż minn 29% tal-Maltin. Dan jirrifletti tnaqqis fir-rata tal-inflazzjoni, kif ukoll miżuri meħuda mill-Gvern tul l-aħħar xhur biex jindirizzaw din il- problema. Interessanti li għall-ewwel darba fl-istħarriġ, perċentwal sinifikanti (8%) semmew iż-żieda fil-popolazzjoni bħala l-ikbar problema mingħajr ma rreferew għall-ħaddiema barranin. Dan jindika li hawn kategorija dejjem tikber li jħossu li l-infrastruttura tal-pajjiż ma tiflaħx għall-ammont ta' barranin li qed jiġu impurtati. Fuq bażi reġjonali, l-istħarriġ jindika li l-inkwiet dwar il- ħaddiema barranin hu l-ikbar fir-reġjun ta' Nofsinhar tal-Port il-Kbir li jinkludi l-Kottonera, b'31% jsemmu l-ħaddiema barranin bħala l-ikbar problema. Interessanti wkoll hu l-fatt li l-inkwiet fuq il-bini żejjed hu l-ikbar fir-reġjun tax-Xlokk (15%), reġjun ieħor li jxaqleb lejn il-PL. Min-naħa l-oħra l-inkwiet fuq il-korruzzjoni hu l-iktar b'saħħtu f 'Għawdex (26%), reġjun fejn il-PN għamel progress sinifikanti fl-istess stħarriġ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 October 2024