MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 6 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1527557

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 6 TA' OTTUBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Il-musical 'Ċetta from Valletta' se jittella' din il-ġimgħa Esperjenza unika ta' Flamenco fit-Teatru Salesjan Din il-ġimgħa, l-udjenzi Maltin se jkollhom l-opportunità li jerġgħu jiskopru l-karattru ikoniku ta' Ċetta, fil-musical ġdid u oriġinali "Ċetta from Valletta". Din il-produzzjoni, ispirata mill-kanzunetta popolari ta' Paul Arnaud, tagħti ħajja ġdida lil Ċetta u l-personaġġi madwarha. L-istorja tibda fil-bidu tas- snin ħamsin u ssegwi lil Ċetta, tfajla ferħana, imrobbija minn zijitha, il-mara ta' qalb kbira Karmena u ħuha Duminku, li għażlu li ma jiżżewġux biex jieħdu ħsieb lil Ċetta. Fil-qalba tal-Mandraġġ, Ċetta ssir ħabiba ta' kulħadd, minn baħrin sa ġirien. Imma l-ġrajjiet tagħha ma jiqfux hemm. Mal-ħabiba tagħha Rita, tinqabad f 'taqbida romantika ma' żewġt irġiel mill- Belt Valletta, Ċensu u Pawlu, li jaħdmu flimkien ma' Rita fil- Caffé Premier, fi Pjazza Reġina. Ċetta hija wkoll kantanta b'talent li taspira li timxi mill- palk ta' Strada Stretta biex tkanta fil-Premier – pass li jibda avventura ġdida għal kulħadd. F'dan il-musical, niltaqgħu wkoll ma' karattri bħan- Notarju Antonio u l-qaddej tiegħu Ugolin, ħbieb tal- Baruni Nobbli Carlo u l-familja tiegħu li jgħixu Tas-Sliema. Fl- istess waqt, l-udjenzi jiakru l-frażijiet famużi bħal "Penny for the pigeons" u l-mużika ta' Oscar Lucas u l-banda tiegħu. Mill-Mandraġġ sa Tas- Sliema nisimgħu l-ħolm, ix- xewqat u l-imħabba ta' Ċetta. Dan il-musical żgur se jqanqal nostalġija u emozzjonijiet qawwija waqt li jieħu lill- udjenzi fi vjaġġ maġiku fil- passat tal-belt kapitali. Titlifx din l-opportunità unika biex tara lil Ċetta tirritorna fuq il- palk. It-Teatru Salesjan se jospita lejla straordinarja ta' Flamenco, fejn it-tradizzjoni se tingħaqad b'mod armonjuż ma' stil kontemporanju f 'wirja li żgur se tolqot u tispira lill-udjenza. Din l-attività speċjali tħaddan il-kollaborazzjoni dinamika bejn Puerto Flamenco, id-duo rinomat immexxi miż-żeffiena ta' fama Francesca Grima 'La Chica' u l-perkussjonist Andrej Vujicic, flimkien ma' wħud mill-aktar artisti żgħażagħ talentużi fl-isfera tat- tablao. Għal din il-lejla, il-Teatru Salesjan se jinbidel għal ambjent aktar intimu, bil-post parzjalment organizzat b'siġġijiet u mwejjed biex jinħoloq stil ta' tablao. Dan l-istil immersiv se jdaħħal lill-udjenza f 'livell ieħor, fejn jistgħu jesperjenzaw mill-qrib l-enerġija vibranti u r-reżonanza emozzjonali profonda li jiddistingwu l-Flamenco. Isegwi wara l-ispettaklu, se jkun hemm aer-party u saħansitra se jitqassmu tapas u nbid Spanjol ta' kwalità – il-festa tkompli sa tard billejl. Din l-attività qed issir bl-appoġġ tal-Arts Council Malta u l-Ambaxxata Spanjola f 'Malta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 6 October 2024