Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158
www.illum.com.mt NRU 937 €1.25 IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 INTERVISTA MA' MARIO CUTAJAR, CHAIRMAN TA' HERITAGE MALTA PAĠNI 6 - 7 L-ITALJA TRID TIBGĦAT L-IMMIGRANTI L-ALBANIJA: KONTROVERSJALI U TAF MA TAĦDIMX IL-PROPOSTA GĦAL VILLA ROSA TWASSAL GĦAL GARR MINN KULĦADD INKLUŻ MIN QED JIŻVILUPPA PAĠNA 4 L-atmosfera fil-kabinett tat-Tlieta kienet deskritta bħala stressanti u tqila. Il-Prim Ministru Robert Abela deher skomdu u konċernat u wera dispjaċir ma' min kien qed jitkellem mal-istampa. Kien hemm kliem ieħor dwar min qed jitkellem dwar ħwejjeġ li m'għandhomx joħorġu fl-apert. Imma mhux id-dwejjaq fost il-Ministri tal-kabinett kien hemm biss, żviluppaturi esprimew tħassib ma' din il- gazzetta li din id-deċiżjoni singulari biex jinbidel il-Pjan Lokali ta' Villa Rosa ma tgħin xejn u tkompli tgerfex l-irjus. Kien hemm żviluppatur partikolari li kkummenta: "Mela aħna nonfqu l-belli liri biex nagħmlu l-affarijiet skont il-policy, imbagħad nisimgħu b'din. Mhux biżżejjed li għandna l-media kontrina." Ieħor qal; "Dan preċedent ikrah." Il-ġimgħa l-oħra, il-gazzetta ILLUM tkellmet fuq ix-xokk fil-kabinett għal proposti fil-bidla tal-Pjanijiet Lokali fil-każ ta' Villa Rosa. Kien hemm min stagħġeb li fid-dawl ta' tant tħassib dwar l-impatt fuq l-ambjent u l-inkonvenjenza tal-kostruzzjoni l-Gvern joħroġ b'din. Sadanittant l-iżviluppatur Anton Camilleri kellu laqgħat mal-Prim Ministru u l-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech, kif ukoll ma' politiċi oħra u diriġenti oħra tal-partit. F'dawn il-laqgħat Camilleri spjega li kien irnexxielu jġib lukanda ta' kwalità għolja u li joffri disinn aħjar. Camilleri huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-iktar żviluppaturi cash u asset rich fil-pajjiż. Jingħad li huwa l-iktar wieħed b'saħħtu u apparti ż-żona ta' Villa Rosa, il-kumpanija tiegħu hija l-akbar azzjonist ta' Manoel Island fejn hemmhekk ukoll hemm proġett kontroversjali. Intant is-Sibt, wara ġranet ta' dikjarazzjonijiet nebulużi minn Bernard Grech dwar Villa Rosa, il-PN ħareġ jitkellem jikkritika d-deċiżjoni dwar it-tibdil fil-Pjan Lokali għal Villa Rosa. Fil-bidu tas-sajf, negozjant magħruf Għawdxi li jaħdem viċin negozjant ieħor magħruf Joe Portelli safa' vittma ta' sparatura. Il-persuna li ġie identifikat mill- gazzetta ILLUM huwa magħruf sew f 'Għawdex fil-qasam tal- kostruzzjoni u huwa ħabib ta' Joe Portelli. Fil-bidu tas-sajf fl-inħawi tal- Imġarr il-karozza tiegħu sfat fil- mira ta' tiri. Dan waqt li l-persuna kienet qed tiekol. Il-pulizija qatt ma ġew infurmati bil-każ, u l-karozza ġiet mogħtija għal xi żmien. Il-gazzetta ILLUM hija infurmata wkoll li din il-persuna kienet ġiet aggredita minn xi barranin waqt li kien iżur xi sit ta' kostruzzjoni. Il-gazzetta ILLUM hija infurmata li l-inċidenti seħħew minħabba kwistjonijiet marbuta ma' flus. Il-Pulizija kkonfermaw li huma qatt ma rċevew rapport jew rapporti marbutin ma' dawn il-każijiet. Għawdex: Sparati tiri kontra negozjant kbir u ħadd ma jaf xejn Villa Rosa tidher li se tqajjem bosta problemi għall- amministrazzjoni ta' Robert Abela L-IŻVILUPPATUR ANTON CAMILLERI F'LAQGĦAT MA' ROBERT ABELA U BERNARD GRECH