MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 • illum 04 Is-soluzzjoni tal-Italja għall-immigrazzjoni milqugħa bi kritika ħarxa u deskritta inumana inkluż mill-Qorti f'Ruma L-Italja trid tibgħat l-immigranti l-Albanija, kontroversjali u taf ma taħdimx AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Politika Agirkola Komuni 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: • Intervent 78.1.1: Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni: Appoġġ għal taħriġ vokazzjonali u akkwist ta' ħiliet • Intervent 78.2.1: Appoġġ għal servizzi ta' konsulenza (Business Plans) Is-sejħa se tagħlaq fid-16 ta' Diċembru 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni tista' titniżżel onlajn mis-sit https://fondi.eu/what-funding-is-available/ u tintbagħat fuq l-indirizz elettroniku fuq rdsubmissions.mees@gov.mt . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal-Linji Gwida tal-Miżuri biex jikkonfermaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament taħt dawn is-sejħiet. Aktar informazzjoni dwar dawn is-sejħiet, kif ukoll dwar il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar it-Tlieta 5 ta' Novembru 2024 –fil-11:00 għaż-żewġ interventi f'The Oaks Business Centre, Triq Farsons, Hamrun (uffiċċju tal-Awtorità ta' Ġestjoni). Irreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew iċempel lill-SEM fuq 2779 7300. AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Ewropew għall-Politika Agirkola Komuni 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: • Intervent 78.1.1: Skambju tal-għarfien u tixrid tal-informazzjoni: Appoġġ għal taħriġ vokazzjonali u akkwist ta' ħiliet • Intervent 78.2.1: Appoġġ għal servizzi ta' konsulenza (Business Plans) Is-sejħa se tagħlaq fid-16 ta' Diċembru 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni tista' titniżżel onlajn mis-sit https://fondi.eu/what-funding-is-available/ u tintbagħat fuq l-indirizz elettroniku fuq rdsubmissions.mees@gov.mt . Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal-Linji Gwida tal-Miżuri biex jikkonfermaw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għall-finanzjament taħt dawn is-sejħiet. Aktar informazzjoni dwar dawn is-sejħiet, kif ukoll dwar il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni nhar it-Tlieta 5 ta' Novembru 2024 –fil-11:00 għaż-żewġ interventi f'The Oaks Business Centre, Triq Farsons, Hamrun (uffiċċju tal-Awtorità ta' Ġestjoni). Irreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni billi taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew iċempel lill-SEM fuq 2779 7300. Il-Prim Ministru Taljan Giorgia Meloni ANDRÉ FARRUGIA Il-pjan ta' immigrazzjoni mfassal mill-Prim Ministru Taljana tal- lemin estrem Giorgia Meloni sab biss bibien magħluqa, b'mod partikolari mill-Qorti f 'Ruma. Kontroversjali mill-bidu, il-pjan kien jara "bidla kbira fl-istorja tal-immigrazzjoni fl-UE." Meloni ddeskriviet dan il-pjan bħala mod ta' salvataġġ għal immigranti li qed iffitxu ażil fl-Italja u pajjiżi ġirien. Skont il-pjan, immigrant dieħel fi stat membru tal-Unjoni Membru tal-Unjoni Ewropea jintbagħat f 'ċentri ta' proċessar imsejħa "Migrant Hubs" fl-Albanija. Mniedi l-Erbgħa li għadda, dan il-proċess diġà ntuża fuq 16-il immigrant mill-Eġittu u l-Bangladesh li ġew salvati fil-baħar. Huma kienu interċettati minn vapur Taljan u s'issa qed jinżammu fil-port ta' Shëngjin fl-Albanija. 'IL-GVERN MA JAFX X'INHU SIGUR' – IL-QORTI TALJANA Il-Qorti tal-Immigrazzjoni f 'Ruma qalet il-Ġimgħa filgħodu li l-ewwel grupp ta' migranti mibgħuta l-Albanija, se jkollhom jirritornaw l-Italja, bi tħassib fuq saħħithom. Fit-tweġiba tagħha l-Qorti qalet li l-pajjiżi oriġinali tal-immigranti inkwistjoni ġew ikklassifikati bħala "mhux sikuri" minħabba storja kontinwa ta' ksur tad-drittijiet tal- bniedem. Id-diskors aħrax tal-Qorti tqies bħala rebħa għall-partiti xellugin fl- Italja, li opponew il-pjan mill-bidu. Elly Schlein, il-mexxejja tal-Partit Demokratiku Taljan, li jitqiesu bħala s-soċjalisti fil-Parlament Ewropew, kienet minn ta' quddiem li kkritikat il-pjan. Hi argumentat li l-fondi li bħalissa qed jintużaw għal ċentri fl-Albanija, li qed jiswew lit- Taljani madwar 800 miljun ewro, huma "ħela ta' riżorsi" u li minflok jistgħu jintużaw għal kwistjonijiet domestiċi urġenti. Min-naħa l-oħra, f 'Beirut, Meloni ddefendiet il-pjan imma argumentat li l-ġudikatura għandha d-dritt li tiddefinixxi liema pajjiżi huma sikuri u liema mhumiex. "Nemmen li l-gvern għandu jispjega aħjar x'jiġifieri pajjiż sigur," qalet lill-midja s-Sibt filgħodu. Meloni, inkluż il-mexxejja tal- istati membri l-aktar affettwati mill-kriżi tal-immigrazzjoni, inkluż Robert Abela, Prim Ministru ta' Malta, ilhom snin jipprovaw isibu soluzzjoni. Fl-istess ħin, numru ta' pajjiżi oħra baqgħu lura milli jdeffsu idhom fil-borma, u saħansitra ma kkummentawx meta mistoqsija dwar is-suġġett. Dan jinkludi lill- Prim Ministru Franċiż Michel Barnier, li bl-aktar mod diplomatiku qal li ma jaħsibx li l-pjan Taljan jista' jkun effettiv fi Franza. Madankollu, huwa wiegħed li jsaħħaħ ir- relazzjonijiet mad-Deputat Prim Ministru Taljan, Antonio Tajani, biex jikkumbatti l-immigrazzjoni illegali. MALTA TAPPOĠĠJA L-ITALJA; ABELA JGĦID LI DIN 'SOLUZZJONI INNOVATTIVA' Li it kienu qegħdin jistennew huwa l-appoġġ li dan il-pjan irċieva b'mod ħolistiku mill-uffiċjali għolja tal-Unjoni Ewropea, inkluż il- Kummissarju tal-UE stess Ursula von der Leyen. Hija ddeskriviet din l-inizjattiva bħala waħda importanti filwaqt li rrikonoxxiet in-natura mhux ortodossa tagħha. Bl-istess mod, il-Prim Ministru Robert Abela, li fl-aħħar snin kien ikkritikat talli żamm l-immigranti bejn sema u ilma għal ġranet twal sakemm l-Unjoni Ewropea tatu widen, iddefenda b'saħħa l-inizjattiva. Huwa qal li se jappoġġja kwalunkwe soluzzjoni effettiva mill- kamp Ewropew għax "soluzzjonijiet tradizzjonali ma ħadmux." Minkejja kawt, Abela qal lill- midja li hu jara dan il-pjan bħala sforz kbir minn pajjiżi Ewropej bħall-Albanija.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 October 2024