MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 05 Il-mentalità tal-lemin estrem fl-Ewropa favur l-Iżrael tibda tinbidel mal-attakki fuq il-Libanu ANDRÉ FARRUGIA Meta wieħed jaħseb dwar il- kunflitt li għaddej bħalissa fil- Lvant Nofsani, jiġu f 'moħħ il- bosta s-76 sena ta' okkupazzjoni minn Iżrael tal-Palestina, u aktar riċenti, l-attakki tal- Ħamas fuq Iżrael bħal dan iż- żmien sena. Sfortunatament, dan mhux il- ħsieb ta' wħud mill-politiċi fil- Parlament Ewropew, bl-akbar ħtija ta' dan taqa' fuq żewġ figuri ewlenin: il-Prim Ministru tal- Italja Giorgia Meloni u Manfred Weber tal-European Popular Party (EPP). Matul l-attakki ta' wara s-7 ta' Ottubru, kemm Meloni kif ukoll Weber kienu fost l-ewwel li ddefendew il-pożizzjoni ta' Iżrael mingħajr ma rrikonoxxew it-tbatija tal-Palestinjani matul is-snin. Fil-fatt f 'okkażjoni minnhom, Meloni saħansitra rreferiet għall-Palestinjani bħala "aggressuri brutali". Dan l-aġir seħħ minkejja li l-poplu Taljan dejjem kellu opinjoni favur il-Palestinjani, b'simpatiji lejhom minħabba fatturi storiċi, kulturali u soċjali. Aktar minn hekk, kienu fost l-aktar vuċijiet fl-Ewropa favur għajnuna umanitarja u waqfien mill-ġlied. Jekk inħarsu lejn il-Ġermanja, naraw li l-pubbliku Ġermaniż għandu fehmiet pjuttost polarizzati fuq din il-kwistjoni. Fi bliet kbar bħall-Belt ta' Berlin, Dortmund, u Hamburg, kien hemm numru kbir ta' protesti favur il-Palestina. Madankollu, dawn kienu miżmuma taħt kontroll strett mill-gvern Ġermaniż, u f 'xi każijiet ġew projbiti minħabba "retorika anti-Semita". Numru ta' attivisti tax-xellug, inkluż dawk Lhud li jgħixu fil-Ġermanja, ikkritikaw il- metodi stretti u brutali tal- gvern Ġermaniż u akkużawh b'kompliċità. 'TMISSUX IS-SULDATI TAL JANI, DAWK MHUX MILITANTI TAL-HEZBOLLAH' Minn dan naraw mudell ċar li wħud mill-partiti tal-lemin fl- Ewropa qed jappoġġjaw lil Iżrael fil-konflitt. Dan beda jiċċaqlaq mil-lejl għan-nhar wara l-attakki ta' Iżrael fuq il-Libanu. Anzi wara li ntlaqtu ċerti Ewropej, il-partiti tal-lemin biddlu t-ton tagħhom. Eżempju ta' dan hija r-reazzjoni ta' Meloni wara l-attakki fuq il-Libanu, fejn immedjatament ikkundannat l-azzjonijiet ta' Iżrael. Hija enfasizzat b'mod speċifiku attakki fuq truppi ta' paċi tan- Nazzjonijiet Uniti fin-Nofsinhar tal-Libanu taħt il-programm UNIFIL. Bl-istess mod, l-EPP, wara sena ta' moħqrija u qtil tal-innoċenti, esprimew tħassib kbir dwar "il- vjolenza dejjem tiżdied fil-Lvant Nofsani". Dan seħħ propju wara l-attakk fil-Libanu, u filwaqt li tennew il-kundanna tagħhom għall-attakki tal-Hezbollah fuq it-territorju Iżraeljan, talbu li ż-żewġ naħat juru "moderazzjoni biex jimminimizzaw it-tbatija umana". Biex tkompli tenfasizza din il- bidla fil-ħsieb, il-Prim Ministru Meloni, il-Ġimgħa waranofsinhar marret ukoll iżżur Bejrut. Hija saret l-ewwel mexxejja barranija li żaret Bejrut minn meta l-forzi Iżraeljani invadew in-Nofsinhar tal-Libanu fit-30 ta' Settembru u l-ġlied mal- Hezbollah intensifika. Is-suldati Taljani, li jiffurmaw wieħed mill-kontinġenti prinċipali tal-missjoni tan- Nazzjonijiet Uniti b'madwar 1,200 persunal, ma nħelsux mill- aggressjoni u l-intimidazzjoni tal-armata Iżraeljana, minkejja li l-Italja kienet waħda mill-akbar appoġġjaturi tagħha. Waqt seduta parlamentari nhar it-Tlieta, Meloni ddeskriviet l-attitudni Iżraeljana bħala "inġustifikabbli", 48 siegħa wara konverżazzjoni intensa mal-Prim Ministru Iżraeljan Benyamin Netanyahu. Iż-żieda fit-tensjonijiet bejn l-Italja u Iżrael ġejja minkejja li l-eżekuttiv Taljan, dominat mil-lemin estrem ta' Meloni, ma ħalliex ċans jitlaq minn idejh biex mit-7 ta' Ottubru 2023 'l quddiem juri l-appoġġ tiegħu lejn Iżrael. Dan għalkemm ripetutament irrefera għas-soluzzjoni ta' "żewġ stati" u sejjaħ għall-waqfien mill- ġlied f 'Gaża mingħajr suċċess. Għall-aħħar sena, numru ta' politikanti mil-lemin estrem, inkluż dawk li ġejjin minn Spanja, Franza u l-Italja, ma tilfu l-ebda opportunità biex jitkellmu favur Iżrael u l-attakki bla ħniena fuq il-pajjiżi ġirien tagħhom. Dan kollu nbidel wara l-attakki fuq il-Libanu. Il-ġurnalist André Farrugia janalizza l-qalba f'din il-mentalità speċjalment f'Georgia Meloni, il- Prim Ministru Taljana li dejjem kienet iżżomm viċin tagħha lill-Prim Ministru Iżraeljan Benyamin Netanyahu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 October 2024