MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti 'Teatinos': Dramm oriġinali mtella' mill- Għaqda tal-Mużika San Gejtanu Ħamrun Żewġ buffi jesploraw temi ta' demokrazija u politika fi produzzjoni mtellgħa minn TOI TOI Bejn id-9 u l-10 ta' Novembru li ġej, l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 tal-Ħamrun, se tkun qed ittella' rappreżentazzjoni teatrali bl-isem ta' 'Teatinos – Tweġiba għal Sejħa' fit-teatru tal-Liċeo, il-Ħamrun fi Triq Wenzu Mallia. Dan id-dramm, b'kitba oriġinali ta' Brian Bonnici u direzzjoni ta' Tanya Agius Borg, jittratta t-twaqqif tal-ordni tal-Kjeriċi Regolari, jew kif inhuma magħrufa aħjar, it-Teatini, mill-Patrun tal-Għaqda tagħna u tal-Ħamrun, San Gejtanu, li propju kien wieħed minn erba' fundaturi. Dan id-dramm se jkun qed jagħlaq it aktar minn sena ċelebrazzjonijiet li fakkru l-ħames ċentinarju mit-twaqqif ta' din l-ordni mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu. Filwaqt li għadha fuq fomm kulħadd il-mawra storika tal-vara ta' San Gejtanu f 'Ruma u l-Vatikan ħassejna li permezz ta' dan id-dramm, se nkunu qed infissru aktar il-kuntest, il-ħtieġa u x-xogħol li wettqet din l-ordni fost ħafna nies. Dan huwa t-tieni dramm oriġinali li se jittella' fi spażju ta' it snin mill-Għaqda, wara li l-ewwel dramm kien jittratta l-ħajja ta' San Gejtanu u li kien iġib l-isem ta' 'Providentia, Gejtanu li emmen u ħabb'. Id-dramm 'Teatinos' għandu kast b'numru ta' atturi stabbiliti, fosthom John Vassallo li se jkun qed jinterpreta l-parti ta' San Gejtanu, u atturi oħra bħal: Klinsmann Spiteri, Rita Camilleri, Kimberly Ancilleri, Shawn Ciantar, Kurt Harmsworth, Victor Vella, Jeffrey Scicluna, Damian Aquilina, omas Grixti, omas Agius, Hilary Desira, Anthony Cini, Francine Borg u Gilbert Rene Scerri Gill fost oħrajn. Biljetti għal dan id-dramm jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit ticketline.com.mt jew inkella billi wieħed iċempel fuq 99662178 jew 99394431. Dan id-dramm, bi produzzjoni tal-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu flimkien ma' SEVEN8 Creative Troupe, huwa appoġġjat mill-Kunsill Malti għall-Arti, mill-Kunsill Lokali Ħamrun, u mill- Community Development & Innovation Fund. Inħeġġu lil kulħadd jattendi. Mill-24 sas-27 ta' Ottubru, Teatru Manoel u TOI TOI Next Gen jippreżentaw 'Project Dictator, Or: why democracy is overrated and I don't miss it at all'. Rappreżentazzjoni li tuża l-buffi biex tesplora temi ta' demokrazija, politika u totalitarjaniżmu, maħluqa minn kumpanija fir-Renju Unit li rebħet għadd ta' unuri, Rhum + Clay. 'Project Dictator' hija kollaborazzjoni mill-isbaħ, u forsi kemxejn mhux tas- soltu, bejn Rhum + Clay u d-Direttur Hamish MacDougall, fi produzzjoni komika u oskura li tuża l-clowning biex tesplora l-qawma tal-popoliżmu, il- kompliċità jew il-ġlieda kontra l-awtoritarjaniżmu, u l-irwol tal- arti u d-divertiment taħt reġimi oppressivi. Ir-rappreżentazzjoni tagħmel parti mill-programm 'TOI TOI's Next Gen', programm li fih għażla ta' produzzjonijiet teatrali msejħa fringe, jiġifieri produzzjonijiet li jittrattaw temi li ma tantx huma komuni u li ma jittellgħux f 'teatri ewlenin, imma f 'teatri iżgħar. Fil-fatt din il- produzzjoni se tittella' fl-iStudio eatre intimu tat-Teatru Manoel. Rhum + Clay hija kumpanija bbażata fir-Renju Unit taħt id- direzzjoni tad-Diretturi Artistiċi Julian Spooner u Matthew Wells u nħolqot fl-2010 fl-iskola rinomata École Jacques Lecoq. Ix-xogħlijiet tagħhom huma maħluqa permezz ta' proċess kollaborattiv, u dejjem jinvolvu ensemble kreattiv differenti. 'Project Dictator' hija rappreżentazzjoni li tindirizza s-suġġett delikat tat- totalitarjaniżmu billi tuża l-ġeneru daqstant eċċentriku tal-clowning. Il-proċess beda billi saru konverżazzjonijiet estensivi ma' artisti mis-Sirja, mill-Veneżwela, mill-Brażil, mill-Ungerija, mit- Tajlandja, mit-Turkija u mill- Ażerbajġan, li kollha kemm huma esperjenzaw il-ħolqien tal-arti taħt reġim oppressiv f 'pajjiżhom. Bis-saħħa ta' dawn il-konverżazzjonijiet issawru l-viżjonijiet u l-ambizzjonijiet ta' dan ix-xogħol sabiex tkun tista' tinħoloq produzzjoni li titkellem dwar il-klima politika kurrenti. Rhum + Clay u TOI TOI se jtellgħu wkoll workshop għall-atturi fuq il-clowning flimkien maż-żewġ diretturi artistiċi tal-kumpanija. Dawn huma għalliema esperjenzati u li ħolqu rappreżentazzjonijiet, workshops għat-tfassil ta' produzzjoni u teknika għal għadd ta' universitajiet u istituzzjonijiet professjonali tat-taħriġ. Il-parteċipanti se jitgħallmu l-'istat' ta' buffu u jiżviluppaw ukoll l-identità tagħhom bħala buffi. 'Project Dictator' se tittella' mill- 24 sas-27 ta' Ottubru għal dawk li għandhom 'il fuq minn 16-il sena. Għal iktar informazzjoni u biex tibbukkja l-biljetti, żur https:// teatrumanoel.mt/event/toi-toi- next-gen-16-project-dictator/ jew ċempel lill-Box Office fuq (+356) 21246389. L-informazzjoni fuq il-workshop ta' Rhum + Clay – li wieħed irid jibbukkja għalih – tista' tinstab fuq https:// teatrumanoel.mt/event/toi-toi- work shop - age s - 1 6 - cl ow n i ng - with-rhumclay/.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 October 2024