MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 20 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528158

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

intervista illum • IL-ĦADD 20 TA' OTTUBRU 2024 07 'Inxtrat mill-istat għax kienet " id-dar tar-Regina" ... hemm esperjenza usa' x'tingħata lill-vizitatur li jżurha' X'INHU S-SINIFIKAT WARA R-RESTAWR TA' VILLA GWARDWAMANĠA? Villa Gwardamanġa għandha valur storiku mhux biss għax kienet tgħix fiha l-Prinċipessa Eliżabetta. Il-villa għandha valur arkitettoniku u anki għax serviet bħala residenzi għal persunaġġi oħra Maltin li taw sehem fl-iżvilupp tal-pajjiż. X'KIEN IL-PJAN TAL-GVERN WARA LI AKKWISTA L-PROPRJETÀ FL-2019? Fl-2018 il-Kabinett tal-Ministri kien iddeċieda li l-pajjiż jakkwista Villa Gwardamanġa u li din tmur dritt bhala propjetà ta' Heritage Malta. Il-mużewijiet u s-siti li tieħu ħsieb din l-aġenzija mhumiex propjetà tagħha imma tagħmel minnhom l-Awtorità tal-Artijiet. Dan fih innifsu diġà jfisser ħafna. Inxtrat mill-istat għax kienet "id-dar tar- Regina" u għax hija l-uniku residenza 'il barra mir-Renju Unit li ntużat mill-irjali Ingliżi. Il-fatt li l-Kabinett iddeċieda wkoll li l-propjetà tmur dirett għand Heritage Malta jfisser li allura l-aġenzija kienet mistennija tirriċerka, tirrestawra u toħroġ minnha l-esperjenza li jkun jixraq wara r-riċerka. Illum nistgħu ngħidu anki mir-riċerka li saret u għadha qed issir li, minkejja li ġiet akkwistata għax hi d-"dar tar-Reġina" hemm esperjenza usa' x'tingħata lill-viżitatur li jżurha. Wieħed irid jieħu f 'kunsiderazzjoni wkoll Villa Frere li tinsab it 'il bogħod minn Villa Gwardamanġa. Din ukoll ġiet mgħoddija lil Heritage Malta fl-istess perjodu għal raġunijiet differenti imma ż-żewġ propjetajiet jirrelataw mal-perjodu Ingliż f 'Malta li b'mod tanġibbli l-wirt tiegħu huma fortizzi iktar milli residenzi. QATT KIEN HEMM ATTENTAT BIEX TINXTARA L-VILLA QABEL? Sa fejn hu magħruf minni ma naf bl-ebda awtorità oħra li riedet tixtri l-Villa. Kien ingħad lilna li kien hemm xi ħaddieħor privat li kien interessat jixtriha imma dan kien fl-2015 meta r-residenza kienet għadha okkupata. Fil-perjodu li ġiet akkwistata Villa Gwardamanġa minn Heritage Malta ma nafx li kien hemm xi awtorità oħra li riedet tixtri Villa Gwardamanġa. FL-2022, SKONT RAPPORTI FIL- MIDJA, L-INGILTERRA RRIFJUTAT FONDI LIL HERITAGE MALTA GĦALL- VILLA. TAĦSEB LI R-RAĠUNI KIENET POLITIKA JEW FINANZJARJA? LA L-INGLIŻI MA KELLHOMX INTERESS, GĦALIEX GĦANDU JKOLLNA INTERESS AĦNA? Heritage Malta qatt ma rriutat u qatt ma kien hemm offerta soda u tanġibbli li l-aġenzija tingħata l-flus biex tixtri jew tmantni Villa Gwardamanġa. L-unika darba li l-aġenzija applikat għall-fondi għal Villa Gwardamanġa kien mill-UE u ngħatat. Heritage Malta, li tikkonċerna ruħha billi tikkura siti u oġġetti ta' patrimonju Malti, tagħmel dan biex tikkontribwixxi fl-għarfien ta' dik li hi l-identità Maltija matul l-istorja tagħna. Allura primarjament tara li tikkura l-patrimonju l-ewwel u qabel kollox għall- Maltin u Għawdxin stess biex aħna stess nagħrfu lilna nfusna. Dan ma jfissirx li l-preżentazzjoni tal-prodott għall-barranin li jżuruna huwa traskurat – anzi! Imma l-ewwel kunsiderazzjoni dejjem hija aħna nfusna. Villa Gwardamanġa, magħrufa wkoll bħala Casa Medina, hija residenza storika fil-qalba ta' Gwardamanġa. Din il-villa hija sinonima mal-preżenza tar- Reġina Eliżabetta II f 'Malta, meta għexet hemm bejn l-1949 u l-1951 flimkien ma' żewġha, il-Prinċep Philip, waqt li kien stazzjonat hawnhekk bħala uffiċjal tal-Flotta Rjali. Mibnija madwar il-bidu tas-seklu 18, din il-propjetà kienet f 'idejn diversi familji prominenti Maltin, fosthom il- familja Sant Fournier, Bartolo u Schembri. Fis-sena 1900, Sir Augusto Bartolo żied mal- istruttura eżistenti, u l-villa bdiet tieħu l-forma li għandha llum. Fost il-karatteristiċi uniku tagħha, hemm 18-il kamra, stalli għall-annimali, ġnien kbir, kif ukoll xelter tal-gwerra. Fl-1946, il-Prinċipessa Eliżabetta u Philip Mountbatten għażlu Villa Gwardamanġa bħala d-dar tagħhom għal żjarat f 'Malta, u fl-1949 għexu hemm għal perjodu twil. Eliżabetta, dak iż-żmien Dukessa ta' Edinburgh, kienet taħdem mal-SSAFA (Soldiers, Sailors, Airmen Families Association) fil-Berġa ta' Kastilja, filwaqt li Philip kien jaqdi dmirijietu fil- Flotta Rjali. Il-villa għandha rwol speċjali fil-ħajja personali tar-Reġina Eliżabetta II. Kien f 'dan il- perjodu meta l-koppja setgħet tgawdi mill-intimità ta' ħajja relattivament normali, mingħajr il-piżijiet tar-responsabbiltajiet li kellhom aktar tard. Kien hawnhekk ukoll fejn, skont xi sorsi, nissel ir-Re Karlu III. Għalkemm il-villa għandha storja rikka, illum tinsab fi stat dilapitanti. Għall-kuntrarju tal-glorja li darba kienet turi, illum qed tingħata l-attenzjoni li jixirqilha permezz ta' proġett estensiv ta' restawr immexxi minn Heritage Malta. Din il- propjetà, li hija meqjusa bħala monument tal-Kategorija 2, issa se tkun aċċessibbli għall-pubbliku meta jlestu x-xogħlijiet, u hija mistennija ssir attrazzjoni turistika ewlenija għal dawk li għandhom interess fl-istorja tar-Reġina u r-relazzjoni tagħha ma' Malta. Minn att ieħor, Villa Gwardamanġa hija eżempju straordinarju tal-arkitettura Maltija tal-perjodu. L-użu tal- ġebla lokali u d-disinn spazjuż jagħmluha xhieda tal-ħajja aristokratika Maltija tas-seklu 19 u 20. Filwaqt li l-ġonna tagħha huma mqassmin b'terrazzi twal, hija f 'dawn l-ispazji fejn ħadet forma l-ħajja soċjali tal-koppja irjali. F'diversi ritratti storiċi, naraw lill-Prinċep Philip u lir- Reġina jieħdu ħin fil-ġonna, jew fuq it-terrazzin ta' fuq tal-villa, jaraw lejn il-port ta' Marsamxett. Il-ħidma biex Villa Gwardamanġa tiġi rrestawrata hija pass importanti biex din il- binja tkun tista' tiġi apprezzata mill-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Mhux biss bħala tislima lill- ħajja rjali tar-Reġina Eliżabetta II f 'Malta, iżda wkoll bħala monument storiku li jirrakkonta kapitlu mtenni tal-istorja Maltija. L-istorja u l-wirt irjali wara Villa Gwardamanġa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 20 October 2024