Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528581
02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' OTTUBRU 2024 • illum SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, l-istess Scorpio se jkun il-mument li tanalizza l-finanzi tiegħek. Issa huwa l-waqt li tagħraf aħjar fejn hi eżatt il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek. Wettaq dan b'għaqal. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Pisces. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Aquarius se jkun il-mument li tagħraf liema direzzjoni ta' mħabba hi l-aħjar għalik. Wasal il-mument li tagħraf aħjar xi trid eżatt mill-imħabba. Tibqax bħal qisek qiegħed f 'salib it-toroq. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' MEJJU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Taurus se jkun il-mument li ma tgħaġġilx aktar meta tiġi biex tagħżel dik l-għażla li tkun tant tixtieq, iżda se tibda tagħraf tirrifletti aktar u b'hekk tieħu deċiżjonijiet aktar profondi. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il- ġimgħa huwa Scorpio. Namaste. LEO (ID-DURBIES), MIT-23 TA' LUL JU SAT-22 TA' AWWISSU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Leo se jkun il- mument li tanalizza l-qagħda ta' saħħtek. Tajjeb tagħraf aħjar tqassam ħinek għal xi eżerċizzju sabiex tkompli ttejjeb il-kundizzjoni fiżika tiegħek. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Gemini. Namaste. LIBRA (IL-MIŻIEN), MIT-23 TA' SETTEMBRU SAT-22 TA' OTTUBRU F'dan il-Qamar Ġdid taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Libra se jkun il- mument li tagħmel riflessjoni profonda ta' dak li esperjenzajt waqt dawn l-aħħar ġimgħat. Issa għandek stampa aktar ċara ta' kif tista' taddatta lilek innifsek lejn ix-xhur li ġejjin. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius. Namaste. SEBA' VOUCHERS TA' 7€ GĦALIK L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju waqt il-Qamar Ġdid (New Moon) taż-żodjaku ta' Scorpio (l-Għaqreb) Mill-Ħadd 27 ta' Ottubru sas-Sibt 2 ta' Novembru Il-Gvern jirrapporta żieda ta' €55,200,000 fil-fond konsolidat fl-ewwel nofs tal-2024 Fl-ewwel nofs tas-sena, il- Gvern irrapporta żieda ta' €55.2 miljuni fil-fond konsolidat, skont ċifri ġodda ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Id-dħul tal-Gvern żdied b'€233.7 miljuni, u allura aktar minn 13% meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. L-ikbar kontribuzzjoni għal din iż-żieda fid-dħul ġiet mit- taxxi fuwq id-dħul u t-taxxi fuq il-ġid. Madanakollu, in-nefqa tal- Gvern żdiedet ukoll b'9.1%, b'nefqa totali li telgħet b'€161 miljun bejn Jannar u Ġunju. Sa tmiem Ġunju, id-dejn tal-Gvern Ċentrali qabeż l-€10 biljuni, li jammonta għal madwar 47% tal-Prodott Gross Domestiku, żieda ta' €912-il miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tas- sena li għaddiet. Sa Ġunju 2024, id-dejn iggarantit mill-Gvern ammonta għal ftit iktar minn €1.046 biljun, tnaqqis ta' aktar minn €118-il miljun meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2023. ŻIEDA FIS-SURPLUS SAL- AĦĦAR TA' SET TEMBRU Fl-aħħar ta' Settembru 2024, il-fond konsolidat tal-Gvern irrapporta surplus ta' €142.3 miljuni. Din l-iżvilupp inxteħet għal żieda fid-dħul rikorrenti u l-infiq totali ta' €747.8 miljuni u €557.7 miljuni rispettivament meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Id-dħul mit-Taxxa tad-Dħul irreġistra l-ikbar żieda (€381.2 miljuni), filwaqt li l-infiq fuq Programmi u Inizjattivi raw żieda kbira ta' €322.6 miljuni. Fit-tmiem ta' Settembru 2024, id-dejn tal-Gvern Ċentrali kien jammonta għal €10,012.6 miljuni, żieda ta' €653.8 miljuni meta mqabbel ma' Settembru 2023. Din iż-żieda kienet prinċipalment minħabba żieda fil-Malta Government Stocks u self barrani. NEFQA K APITALI Mill-bidu ta' Jannar sal-aħħar ta' Settembru 2024, l-infiq kapitali tal-Gvern tela' għal €510.4 miljuni, żieda ta' €28.4 miljuni fuq l-istess perjodu fl- 2023. L-aktar nefqa li żdiedet kienet fuq l-iskemi għal vetturi elettriċi, u fuq il-kostruzzjoni tat-toroq. Tnaqqis partikolari fin-nefqa kien irreġistrat fuq l-għajnuna għar-riġenerazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru. L-ikbar kontribuzzjoni għal din iż-żieda fid-dħul ġiet mit-taxxi fuq id-dħul u t-taxxi fuq il-ġid