MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528581

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' OTTUBRU 2024 • illum baġit Ħarsa lejn dak li pproponew MARIANNA CALLEJA Trick… or treat? Ottubru sinonimu ma' din il-frażi, iżda din is-sena tfisser aktar, għax mal-istess ġranet ta' qtajja jew sorpriżi tal-Halloween se jaħbat il-baġit. U filwaqt li d-diskors tal- Ministru Clyde Caruana hu biss x'jaf fih, il-proposti tal-unions u l-assoċjazzjonijiet nafu x'fihom diġà. Mela ejja flimkien nagħtu ħarsa lejn x'qed jistennew il- unions Maltin għall-Baġit 2025, u fuq kollox x'qiegħed iwiegħed il-Gvern fid-dokument tiegħu ta' qabel il-baġit. IL-KAMRA TAL-KUMMERĊ TWISSI LI Ż-ŻMIEN GĦADDA Il-Kamra tal-Kummerċ ħarġet b'dokument dettaljat bl-isem ta' "Time is Up" (iż-żmien għadda), u bih wissiet lill-Gvern li għandu jikkunsidrahom jekk irid "żvolta fl-istrateġija ekonomika u ta' governanza f 'Malta". It-12- il qasam li ffukat fuqhom il- Kamra tal-Kummerċ huma: kompetizzjoni, dixxiplina fiskali, utilitajiet, enerġiji rinnovabbli, traffiku, turiżmu sostenibbli, ippjanar u manutenzjoni ta' żoni pubbliċi, impjiegi b'valur miżjud, ċittadini ta' pajjiżi terzi, dawk bi dħul baxx u pensjonanti, akkwist pubbliku u l-infurzar xieraq tal- liġijiet u r-regolamenti. Fost il-proposti tal-Kamra nsibu l-għan għal spinta lill- kompetittività ta' Malta, billi jiġu stabbiliti konnessjonijiet mal- portijiet ewlenin tal-Mediterran. Għaldaqstant il-Kamra tal- Kummerċ appellat ukoll lill- awtoritajiet biex joqogħdu lura milli jippenalizzaw negozji leġittimi filwaqt li jrażżnu l-operaturi li jevadu jew jaħarbu mill-obbligi tagħhom. Il-proposti jagħmlu wkoll enfasi fuq l-introduzzjoni ta' 'Miżuri ta' faċilità ta' negozju', b'enfasi fuq id- diġitalizzazzjoni. Il-Kamra tal-Kummerċ talbet li jiġu mġedda sussidji tal-enerġija, u fejn hemm bżonn jiġu reveduti biex jiżdiedu sussidji lil dawk li jikkunsmaw inqas, u jinvestu f 'enerġiji rinnovabbli. Dwar il-konġestjoni tat- traffiku, il-Kamra tal-Kummerċ ħeġġet lill-Gvern joħloq inizjattivi li jimbuttaw lis-sewwieqa biex jużaw metodi ta' trasport tal- massa. L-inizjattivi proposti jinkludu parkeġġ imħallas f 'ċerti spazji, kif ukoll l-introduzzjoni ta' kartiera tal-mobilità elettronika bil-Gvern jalloka ammont annwali biex jintuża għal diversi għażliet ta' trasport ambjentalment sostenibbli. Fir-rigward ta' turiżmu, il- Kamra tal-Kummerċ ipproponiet moratorju fuq l-applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni turistika ġdida biex tiġi evitata provvista żejda. Id-dokument ta' qabel il-baġit tal-Kamra ħeġġeġ ukoll "pjan ċar għall-imwejjed u s-siġġijiet li jiżgura mingħajr xkiel passaġġ għal dawk li jkunu għaddejjin u persuni b'diżabilità." IL-GWU TIPPROPONI D-DĦUL AWTOMATIKU TA' KULL ĦADDIEM F'UNION TAL- GĦAŻLA TIEGĦU Il-proposti tal-General Workers' Union din is-sena jagħtu prijorità lill-kwalità tal-ħajja taċ- ċittadini u jkopru diversi aspetti li jikkonċernaw ix-xogħol u l-impjiegi, il-governanza, l-edukazzjoni, is- saħħa, l-ambjent, il-kwistjonijiet soċjali, l-infrastruttura, l-inklużjoni u l-ugwaljanza. Id-dħul awtomatiku tal- ħaddiema f 'union tal-għażla tagħhom hija l-proposta ewlenija. Il-GWU targumenta li din l-inizjattiva tgħin biex tiġġieled l-isfruttament fuq il-post tax- xogħol u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol, filwaqt li tkompli ssaħħaħ id-drittijiet tal-ħaddiema madwar il-pajjiż. Proposta oħra titlob illi l-infiq pubbliku jseħħ aktar responsabbli biex jiġi żgurat li l-ġid nazzjonali jilħaq l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli ta' Malta. Il-union din is-sena insistiet fuq l-importanza li jinżammu s-sussidji fuq il-prezzijiet tal- enerġija u l-fuel, kif ukoll li titkompla l-iskema ta' Stabbilità. Il-GWU pproponiet ukoll liġijiet tax-xogħol aġġornati biex jipproteġu aħjar lill-ħaddiema remoti u flessibbli u appellat għal paga doppja fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi. Is-saħħa mentali dehret ukoll fil-proposti tal-union, b'sejħa biex kull post tax-xogħol ikollu l-ewwel persuni mħarrġa għas-saħħa mentali. Rakkomandazzjonijiet oħra jinkludu t-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata permezz ta' żieda fil-paga tal-leave lill-ġenituri, żieda fil-pensjonijiet, By a decree given on the 4th October, 2024, by the Civil Court First Hall, the Court ordered that the extract hereunder mentioned be published for the purpose of service according to Article 187 (3) of the Code of Organization and Civil Procedure (Cap. 12): By decree given by the Civil Court, First Hall, on the 26th April, 2024, on the application of APS Bank plc (C2192), Tuesday, 12th November, 2024, at half past eleven in the morning (11.30 a.m.), has been fixed for the sale by auction, to be held in Room Number 78, Nearby the Courts Archives, Level -1, Courts of Justice, Triq ir-Repubblika, Valletta, of the following property: Penthouse together with its overlying airspace overlying the block of buildings 'Alucare Buildings' in Triq il-Kappar, Mosta, having access from a common stairwell abutting onto Triq il-Kappar, Mosta, bounded on the north by the said street granting access, on the west by property of Francis Sciberras or successors in title and on the east with property of Marija Vella or her successors in title and valued at four hundred thousand euro (€400,000). The said tenement is the property of Fenech Stephan (ID 309571M). N.B. The said tenement will be sold as described in the acts of judicial sales number 24/2020. Registry of the Superior Courts, this Monday, 14th October, 2024 MARVIC FARRUGIA For the Registrar, Civil Courts and Tribunals. Wara intoppi, sfidi, u diżgwid, wasal għal sena oħra il-baġit. Il- gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn il-proposti tal- unions għall- Baġit 2025, qabel ma l-qofol ta' kollox jintlaħaq għada t-Tnejn fis-seduta parlamentari.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 October 2024