MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528581

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

09 baġit IL-ĦADD 27 TA' OTTUBRU 2024 • illum pproponew il-Unions għall-Baġit 2025 u l-espansjoni tal-appoġġ għall- persuni b'diżabilità u dawk neqsin mid-dawl. Fuq att ambjentali, il- GWU proponiet standards ta' emissjonijiet aktar stretti, sussidji għall-vetturi elettriċi, u l-ħolqien ta' aktar spazji ħodor. L-investiment fl-infrastruttura, b'mod partikolari f 'Għawdex, ġie enfasizzat ukoll, bil-union tappella għal pjanar imtejjeb ta' xogħlijiet fit-toroq, faċilitajiet ta' parkeġġ, u aktar żvilupp f 'infrastruttura essenzjali madwar il-gżira. IL-UĦM TIPPROPONI STUDJU BIEX IKUN STABBILIT KEMM GĦANDHA TKUN IL- POPOLAZZJONI TA' MALTA BL-INFRASTRUTTURA PREŻENTI Min-naħa tagħhom, il-Union Ħaddiema Magħqudin għamlu dokument li jinkludi iktar minn 15-il kategorija, fosthom l-ekonomija, l-ambjent, is- saħħa mentali, l-edukazzjoni, u l-enerġija. Il-prijorità tagħhom jidher li hi fl-ekonomija, bil-union saħansitra titlob għal studju biex ikun stabbilit kemm għandha tkun il-popolazzjoni ta' Malta bl- infrastruttura preżenti (f 'termini ta' enerġija, servizzi essenzjali bħall-ilma, dranaġġ, trasport, saħħa pubblika u edukazzjoni). Fil-każ tal-ħaddiema barranin, il-UĦM ipproponiet li jieħdu kors fil-Malti u/jew Ingliż, iżda dawk li jaħdmu f 'servizzi essenzjali jridu jkunu jafu jikkomunikaw b'Malti bażiku bil-fors. Fuq l-investiment pubbliku, il-union ħeġġet lill-Gvern biex jinsisti mal-Kummissjoni Ewropea dwar il-golden rule li permezz tagħha jkun possibbli li dan l-investiment pubbliku biss u xejn aktar, ma jiżdiedx mad-dejn nazzjonali. Ġiet proposta wkoll strateġija biex it-turiżmu f 'Malta ma jibqax ibbażat fuq il-kwantità imma jkun hemm sforz għal turiżmu ta' kwalità. Fil-kategorija marbuta mat- tnaqqis tal-piż tat-taxxi, il-UĦM ipproponiet li t-tax bands jiżdiedu. Semmew ukoll kif is-ceiling ta' min jaħdem part-time għall- ewwel €10,000 (taxxa ta' 10%) għandu jiżdied għal €15,000. Din il-miżura skont il-UĦM għandha tapplika wkoll jekk isir part-time mal-istess employer. Bit-tama ta' bilanċ aħjar bejn il-ħajja u x-xogħol, il-UĦM ipproponiet li jitfassal pjan soċjali għas-snin li ġejjin. Dan ikollu l-iskop li jelenka prijoritajiet u miri biex il-poplu jkun jista' jaspira għal kwalità ta' ħajja aħjar speċjalment għaż-żgħażagħ li kulma jmur qed iħarsu 'l barra mill-pajjiż biex jibnu l-futur tagħhom. Fid-dawl "tal-popolazzjoni tal- Maltin li qed tonqos", il-UĦM ipproponiet li titfassal policy bl- iskop li koppji żgħażagħ jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jibdew familja. Dan ikun akkumpanjat ma' programm ta' parenting skills u family planning għall-koppji u ġenituri żgħażagħ bl-iskop li jissaħħaħ dan in-nukleu tas- soċjetà. Interessanti kif il-UĦM inkludiet ukoll mal-ambjent l-iskema tal-BCRS. Hawn il- union ipproponiet illi l-iskema tkun riformata b'tali mod li l-kontenituri jibqgħu jinġabru xorta waħda imma b'inqas inkonvenjent għall-pubbliku. Dan billi r-rifużjoni tingħata skont il-piż tal-kontenituri li jkunu nġabru. B'hekk ma jkunx hemm bżonn li l-kontenituri jingħaddu wieħed wieħed, u jkunu jistgħu jitgħaffġu biex jieħdu inqas spazju. L-ASSOĊJAZZJONI TA' MIN IĦADDEM TRID APPROĊĊ EKONOMIKU LI JIPPRIJORITIZZA L-KWALITÀ U L-INNOVAZZJONI Għall-Baġit 2025, l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem (MEA) ipproponiet li ssir tranżizzjoni minn approċċ ekonomiku attwali għal wieħed li jipprijoritizza l-kwalità u l-innovazzjoni. Waħda mill- proposti prinċipali tal-MEA f 'dan ir-rigward hi l-inċentiva lill- kumpaniji biex jagħtu prijorità lill-kwalità fuq il-kwantità, u titnaqqas id-dipendenza fuq il- kostruzzjoni, waqt li tinkoraġġixxi l-investiment f 'setturi ta' teknoloġija avvanzata u terġa' titqajjem il-manifattura. L-MEA tipproponi wkoll l-immaniġġjar bir-reqqa tat- tnaqqis tat-taxxa biex ma tkunx aggravata l-inflazzjoni u tikkunsidra l-implikazzjonijiet għad-dħul tal-Gvern u l-obbligi tal-UE ta' Malta. Fir-rigward tal-ottimizzazzjoni tal-forza tax-xogħol, l-MEA ipproponiet li tittejjeb il- produttività permezz tal- Intelliġenza Artifiċjali u l-awtomazzjoni. Talbet ukoll trasparenza sħiħa fuq kuntratti tal-gvern, żvelar pubbliku ta' pożizzjonijiet ta' fiduċja, u governanza mtejba. Fil-każ tat-turiżmu, l-assoċjazzjoni talbet lill-Gvern jaqleb l-attenzjoni minn volum għal turiżmu sostenibbli li jallinja mal-kapaċità li tiflaħ Malta u tikkunsidra li tnaqqas il- VAT fuq il-catering biex ittejjeb l-istandards tal-industrija. Fil-qasam agrikolu u marittimu, l-MEA talbet lill-Gvern jistabbilixxi mill-ġdid l-Awtorità Marittima Nazzjonali u jiżviluppa Strateġija Nazzjonali tat-Trasport Marittimu. Dan filwaqt li jipprijoritizza s-sigurtà tal-ikel billi tissaħħaħ il-produzzjoni agrikola u tiġi protetta l-art agrikola minn żvilupp żejjed. Il-Kamra tal-Kummerċ twissi li "ż-żmien għadda," permezz ta' sett ta' proposti, li skontha, għandhom ikunu punt ta' żvolta fl-istrateġija ekonomika u ta' governanza Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja (xellug) u l-President Victor Carachi (lemin) iniedu l-proposti tal-GWU Is-CEO tal-UĦM Josef Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 October 2024