Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528581
10 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' OTTUBRU 2024 • illum opinjoni Deputat Nazzjonalista fuq l-10 distrett u kelliem għall-familja u s-solidarjeta' soċjali ALBERT BUTTIGIEG Gvern Laburista seftur? K ull gvern demokratiku jiġi magħżul biex iservi l-ġid komuni. Il-ġid komuni jfisser li dak li jiġi deċiż huwa fl-interess tal-poplu kollu. Kull deċiżjoni politika trid tkun fl-interess tal-ħafna u mhux għall-it. Min-naħa l-oħra, kull għajnuna lill-'it' ma tridx tkun ta' ħsara għall-'ħafna'. Dan huwa l-qofol ta' demokrazija. B'dispjaċir nistqarr li l-Gvern Laburista wara kważi 28 sena fl-oppożizzjoni ħa deċiżjoni li biex jirbaħ il-poter kellu bżonn jidħol f 'patt ma' diversi gruppi ta' nies. Fehem li dawn il-gruppi ta' nies, kollha flimkien kienu se jagħtuh saħħa demokratika. U hekk fil-fatt ġara! Imma ħadd ma jagħmel xejn għal xejn. Dawn il-gruppi kienu lesti li jagħtu s-sapport lill-Partit Laburista bil-patt li meta huwa jkun fil-glorja, allura jaħseb fihom. Ħokkli dahri biex wara nħokklok tiegħek. Wieħed minn dawn il-gruppi kienu u għadhom numru żgħir ta' żviluppaturi/kuntratturi. M'għandi l-ebda problema nistqarr li dawn minn dejjem ippruvaw jinħabbu maż-żewġ partiti u matul l-amministrazzjonijiet Nazzjonalisti ħelbu l-baqra kemm setgħu sakemm din nixfet! Li ġara din id-darba huwa li l-Partit Laburista spiċċa donnu rikattat minn numru żgħir ta' żviluppaturi/kuntratturi li jħossu li Malta saret tagħhom. Donnu l-Partit Laburista ma jistax jew ma jafx jgħidilhom: "le, dan mhux fl-interess tal-ġid komuni". Dan in-numru żgħir ta' kuntratturi/żviluppaturi tant ingħata arja li wassal biex il- Partit Laburista tilef ruħu. Illum il-Partit Laburista m'għadux Laburista imma sar donnu partit tal-iżviluppaturi. Kulma dawn jixtiequ, jagħmlu. Kulma jridu, jagħtuhom. Kif jgħidu bl-Ingliż, "your wish is my command". Issa wasalna f 'punt li sabiex ikompli jaqdihom mill-koxxa qiegħed saħansitra jbiddel il-policies/deċiżjonijiet/regoli skont ma jixtiequ jew skont il- bżonnijiet tagħhom. Ir-regoli u l-permessi saru qishom chewing gum, jinġibdu skont il-bżonn. Dan kollu qed iwassal biex il-Gvern Laburista jkun gvern seur tagħhom. Dan mhux qiegħed ngħidu jiena biss imma saħansitra numru ta' diriġenti fil-Partit Laburista li jinsabu serjament dilużi. Wieħed jista' jsemmi diversi każijiet li kellna matul dawn il-ħdax-il sena fejn sfaċċatament ir-regolari u l-policies inbidlu biex jakkomodaw lill-it a skapitu tal-ħafna, ngħidu aħna l-każ ta' Villa Rosa ġewwa Paceville, San Ġiljan. Għal diversi snin, Robert Abela kien qalilna li l-pjani lokali ma jistgħux jinbidlu u jekk dawn jinbidlu se jinqalgħu diversi problemi serji. Fil-fatt, f 'intervista li kellu mal-gazzetta Times of Malta fl-2022 hu kien ikkonferma dan b'mod ċar ħafna. Issa f 'daqqa waħda sirna nafu, grazzi għal xi ħadd li kien għal-laqgħa tal-Kabinett li qal dan lill-gazzetta, li se jkun hemm reviżjoni ta' dawn il-pjani lokali f 'Paceville. L-iskantament huwa li dan mhux se jsir għal- lokalitajiet kollha imma biss għal fejn hemm l-applikazzjoni ta' Villa Rosa! Skont il-pjani lokali li hemm bħalissa, din l-applikazzjoni ma tistax issir! Mhux hekk biss. L-ERA qalet li jekk dan isir se jkun hemm impatt kbir mhux biss fuq l-ambjent u l-bajja imma anke għall-kwalità tal-ħajja tar-residenti li jgħixu Pembroke! Il-Prim Ministru jaf li b'dawn ir-regoli tal-ippjanar dan il- proġett ma jistax isir u biex jaqdi mill-koxxa lil dan l-applikant spiċċa biex jitlob li jkun hemm reviżjoni biss fejn qed jiġi propost dan l-iżvilupp! Hekk sew! Wieħed ma jistax jiskorja fil-lasta u allura biex ikun jista' jagħmel dan, iwessa' l-lasta ħalli b'hekk żgur jidħol il-ballun fix- xibka! Tajjeb ngħid li l-Gvern Laburista fl-2022 kien diġà aġevola lill-applikant meta ħareġ tender ta' bejgħ ta' biċċa art/ passaġġ li hemm bejn iż-żewġ binjiet li għandu l-applikant! B'hekk l-applikant seta' joħroġ bi proġett akbar! Skantament ieħor huwa li l-Awtorità tal- Artijiet stmat din l-art/passaġġ għal €134,000! Issa kulħadd jaf li kull toqba ġewwa Paceville/San Ġiljan tiswa l-eluf jekk mhux il-miljuni! B'€134,000 ġewwa Paceville/San Ġiljan, lanqas 1 bedroom apartment ma tixtri! Barra minn hekk, f 'dan it- tender kien hemm li wieħed jista' jibni f 'dan il-passaġġ sakemm iħalli 5.5 metri 'l fuq mill-art! Dan allura jfisser li dan it-tender tfassal eżatt kif xtaq l-applikant? Bħala deputat tal-lokalità, flimkien ma' oħrajn, qegħdin nitolbu lill-awditur biex jagħmel investigazzjoni kif din l-art ġiet stmata u mgħoddija fl-aħħar jumejn ta' qabel l-elezzjoni ġenerali. Robert Abela qalilna wkoll li dan l-iżvilupp se jġib il- ġid u jiġbed fostna turisti ta' kwalità. Filwaqt li tajjeb inħajru fostna turisti ta' kwalità, irridu nżommu f 'moħħna li huma jiġu f 'Malta, mhux biex jaraw Dubai jew New York fil-Mediterran, imma biex jesperjenzaw lil Malta fil-Mediterran! Barra minn hekk, filwaqt li kulħadd jieħu gost bil-ġid, wieħed irid jistaqsi imma fejn u għand min se jmur dan il- ġid? Dan biex ma nsemmix li diversi ħaddiema li se jkunu qegħdin jaħdmu fih sakemm jinbeda u jinfetaħ il-proġett se jkunu barranin. Dan ifisser li – filwaqt li m'għandi l-ebda diffikultà bihom – il-proġett se jkompli jħalli impatt serju fuq il-popolazzjoni tagħna? Naqbel perfettament ma' dak li qalet il-President Emeritu, Marie Louise Colerio Preca f 'attività politika tal-Partit Laburista. Hi enfasizzat li "l-ekonomija qiegħda biex isservi lin-nies u mhux in-nies iservu l-ekonomija". Il-Gvern Laburista għandu jieqaf ikun seur tal-it! "Kull gvern demokratiku jiġi magħżul biex iservi l-ġid komuni ... Il- Gvern Laburista għandu jieqaf ikun seftur tal- ftit"