MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528581

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' OTTUBRU 2024 • illum 'Kulħadd jaf li din hija scam, inkluż il-Gvern', BirdLife tgħid li dak li qed jagħmel il-Gvern hu antidemokratiku u illegali MARIANNA CALLEJA BirdLife Malta din il-ġimgħa talbet lill-Kummissjoni Ewropea sabiex iżżomm lill-Gvern responsabbli għall-uħ ta' derogazzjoni oħra għall-insib tal-għasafar tal- għana taħt "il-maskra ta' riċerka xjentifika". Hemm bosta li jargumentaw li din hi azzjoni drastika, u fuq din in-nota, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Mark Sultana, CEO ta' BirdLife Malta. Huwa ma tilifx ħin milli jakkuża mal-ewwel lill-Gvern li qed "jerġa' jitgħawweġ kompletament" biex jiżgura li n-nassaba jkollhom mod kif jaqbdu l-għasafar. "Kulħadd jaf li din hija scam, inkluż il-Gvern u għalhekk l-intenzjonijiet tiegħu huma purament li jħalli dan l-abbuż li jwassal biex għexieren ta' eluf ta' għasafar tal-għana protetti jmutu," Sultana qal. Insista li l-Gvern lest jirriskja li jaffaċċja l-Qorti Ewropea tal- Ġustizzja għal darb'oħra, u juri li jimpurtah iktar minn dawk li jheddu bil-voti tagħhom, mill-bqija taċ- ċittadini. Sultana qal ukoll lil hinn mill- kwistjoni tar-reati ambjentali, din hija wkoll kwistjoni dwar l-istat tad- dritt "li qed jintrema." "Dan huwa antidemokratiku, illegali u mhux etiku," insista Sultana. Jitkellem dwar kif il-pubbliku rreaġixxa għas-sejħa ta' koperazzjoni, Sultana qal li dejjem kien koperattiv ħafna l-pubbliku, billi jirrapporta illegalitajiet li jara fil-kampanja. "Is-sejħa tagħna għall-azzjoni li se tissaħħaħ fil-jiem li ġejjin hija biex il-poplu jingħaqad magħna fil- ġlieda kontra din l-illegalità billi jkun għajnejna hemmhekk." "Irridu nispjegaw aħjar kif nidentifikaw l-illegalitajiet u l-abbuż biex kulħadd ikun jista' jiġbor l-evidenza u jgħaddilna biex naġixxu fuqha. Għandna wkoll l-appoġġ ta' Għaqdiet Ambjentali u se nesprimu din il-koalizzjoni fil-futur qarib." Mistoqsi dwar kif jippretendu li jinħoloq bilanċ bejn is-salvagwardja ta' "delizzju tradizzjonali," kif bosta jsejħulu, u l-impatt tal-insib," Sultana qal li mhux ġust li kompromess bħal dan jaqa' fuq BirdLife meta hu l-Gvern u l-lobby tal-kaċċatturi u n-nassaba li jibqgħu jabbużaw u jiksru l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea. Qal li BirdLife dejjem lesta li tisma' s-suġġerimenti dwar kif l-attivitajiet jistgħu jiġu miiehma fi ħdan l-ispirtu u d-direzzjoni tad-Direttiva tal-UE dwar l-Għasafar. "Wara l-ECJ, il-Gvern kellu kull opportunità u fil-fatt obbligu li jiaħ diskussjoni biex jara kif il-pajjiż se jimxi 'l quddiem wara s-sentenza tal- ECJ. Minflok, għażel li jkun arroganti u bulldoze quddiem," żied jgħid Sultana. Mistoqsi fl-aħħar dwar x'jaħseb li għandu jkun ir-riżultat mit-talba tal-BirdLife, Sultana qal li huma qegħdin f 'kuntatt kontinwu mal- Kummissjoni tal-UE minn dakinhar li s-sentenza tal-ECJ. Il-kuntatt però żdied wara "d-deċiżjoni assurda tal- gvern li jiaħ l-istaġun tal-insib." "Aħna nitolbu u nistennew li l-kummissjoni tal-UE tieħu azzjoni immedjata kontra Malta u dan kien ċar fl-ittra miuħa li bgħattna u laqgħa li kellna mal-Kummissjoni tal- UE it jiem ilu." "Il-kummissjoni għandha proċess xi ssegwi iżda huwa ċar li hija irritata mill-approċċ magħżul mill-Gvern biex ibaħħar 'il quddiem." Matul il-ġimgħa: Disponibbli fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha Tmiem il-ġimgħa: Disponibbli fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Floriana, Paola u Rabat (Għawdex) Ħin: Mis-1 sas-7 ta' wara nofsinhar Ipproteġi lilek innifsek kontra l-mard respiratorju Ħu t-tilqima tiegħek bla ħlas illum! It-tilqima Pnewmokokkali (PCV20) hija disponibbli għall-adulti ta' 65 sena jew aktar. It-tilqima tal-Influwenza u l-booster tal-Covid-19 huma wkoll disponibbli għal kull persuna minn 6 xhur 'il fuq. Mit-Tnejn 21 ta' Ottubru 2024 ADULTI (18-il sena 'l fuq) Matul il-ġimgħa: Disponibbli fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, Paola, Floriana, u Rabat (Għawdex) Servizz Nazzjonali tat-Tilqim Dati: Kull Sibt u Ħadd mis-Sibt 9 ta' Novembru sal-Ħadd 1 ta' Diċembru Ħin: Mit-8 ta' filgħodu sal-5 ta' wara nofsinhar Mis-Sibt 9 ta' Novembru 2024 TFAL U ADOLEXXENTI (6 xhur sa 17-il sena) Il-vaċċin se jkun disponibbli wkoll miċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Kunsilli Lokali. Għal aktar informazzjoni u biex taċċessa l-iskeda tat-tilqim, żur HPDP Malta fuq C M Y CM MY CY CMY K PCV-INFLU ADVERT 2024 MLT.pdf 4 24/10/2024 13:38:13 Mark Sultana

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 October 2024