MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 October 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528581

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' OTTUBRU 2024 • illum 04 Residenti, kunsilliera u NGOs jinġabru fil-Bajja San Ġorġ, San Ġiljan, bi protesta kontra proġett fiż-żona. Attivisti jinsistu li l-politikanti qed jaħdmu minn wara daharhom biex jaqdu lil Anton Camilleri 'Tal-Franċiż'. 'Iġġakbinawna, din sostenibbiltà?' – Residenti, kunsilliera u NGOs joħonqu Bajja San Ġorġ bi protesta kontra l-proġett ta' Villa Rosa MARIANNA CALLEJA Il-Gvern ħadem minn wara daharna sabiex jaqdi lill-imħuħ wara l-proġett ta' Villa Rosa, li se jara biss aktar tniġġis, traffiku u qerda. Dan hu l-messaġġ li ħareġ minn protesta li seħħet propju f 'Bajja San Ġorġ f 'San Ġiljan, kontra l-iżvilupp li se jara l-bini ta' tliet torrijiet fiż-żona. "Iġġakbinawna! Din sostenibbiltà? Qed tissagrifikaw ħajjet ir-residenti biex tħallu l-iżviluppaturi jikkontrollaw lill- pajjiż," qalet Astrid Vella minn Flimkien għal Ambjent Aħjar. B'folla nies miġbura warajha, Astrid Vella, waħda mill-persuni li indirizzaw il-midja s-Sibt filgħodu, qalet li Malta "ma baqgħetx tagħna lkoll, anzi saret tal-iżviluppaturi biss." Telenka l-impatt li se jkollu l-proġett fuq San Ġiljan, Vella semmiet kif it-torrijiet se jdallmu ż-żona, bil-bajja u r-residenti biswit il-proġett ikunu l-aktar affettwati. Fakkret ukoll li l-proġett innifsu tant hu kbir li se jħalli tniġġis kbir warajh. "1,200 vettura tal-bini se jgħaddu qalb ir-residenti kull ġimgħa, u wara li jitlesta 16,000 vettura se jkunu ġġenerati fuq toroq limitati; f 'toroq li anke ambulanza tbati biex tgħaddi minnhom bħalissa." Semmiet ukoll Villa Rosa nnifisha, struttura protetta bl- ewwel grad. Tikkwota l-liġi, Vella qalet li strutturi bħal din huma taħt protezzjoni totali, u kulħadd hu obbligat li jippreservahom fit- total kollha tagħhom. Hija kienet qed tibni fuq id-diskors ta' Patrick Calleja, President Eżekuttiv ta' Din l-Art Ħelwa. Itenni d-diskors li għamel fuq il-programm Xtra t-Tnejn filgħodu, Calleja akkuża lill-Awtorità tal-Ippjanar li qabdet kelma b'kelma l-objettivi tal-iżviluppatur u daħlithom fid-dokument tar-reviżjoni tal- pjanijiet lokali. "Il-pjan lokali kien sar biex jipproteġi dik il-Villa, li nbniet fil- bidu tas-seklu 20, imma wkoll il- bajja. Il-proġett mhu se jirrispetta xejn minnhom," Calleja qal b'dispjaċir. "Fl-opinjoni tagħna … dan se jħassar kompletament l-ambjent." 'IL-GVERN QED JAĦBI MINNA' Preżenti wkoll kien hemm is- Sindku tas-Swieqi Noel Muscat, u l-Viċi Sindku ta' San Ġiljan, Sean Gauci. Min-naħa tiegħu Muscat qal li dan il-proġett se jwassal biex is-Swieqi tkun estenzjoni ta' Paceville, bl-effetti tiegħu jaffettwaw il-ħajja tar-residenti fis-Swieqi. Irrimarka wkoll li jekk issa "qed ingergru bit-traffiku, aħseb u ara kemm ħa nlaħħqu mat-traffiku wara l-proġett." Jibni fuq dan l-argument, il- Viċi Sindku qal li hemm segretezza totali madwar il-proġett, u kulħadd qed jitħalla fid-dlam. "Ma nafux x'se jsir eżatt, u ma nafux it-tibdiliet li se jsiru fil- pjanijiet lokali stess … Il-gvern qed jaħbi minna, u ma naħsibx li qed jagħmel tibdil lejn it-tajjeb, għax kieku kien jagħmel konferenza stampa żgur," qal Gauci. 'QADDEJJA U SERVITURI TAL-IŻVILUPPATURI' Fi kliem aħrax, André Callus minn Moviment Graffitti, ċanfar lill-politikanti talli "ħlew sentejn fuq riformi tal-appelli … imma mbagħad meta kellimhom 'Tal- Franċiż', irsistew biex ibiddlu l-pjan lokali kollu." Callus fakkar kif għall-aħħar sentejn, l-attivisti kienu qed jitolbu riformi li jaraw twaqqif ta' proġetti li jkollhom appelli kontrihom fil- Qorti jew fil-bords tal-Awtorità tal-Ippjanar. Spjega kif bħalissa, minkejja appelli, żviluppatur jista' jibqa' "jfarrak u jkisser", bil-proġett ikun kważi lest meta l-Qorti taqta' s-sentenza. Semma kif anke meta l-Qorti ssib illegalitajiet, "il-Gvern ma jagħmel xejn biex ineħħihom." "Is-sitwazzjoni hija ħażina ħafna … sirtu qaddejja u servituri tal-iżviluppaturi. Saltna tal- iżviluppaturi, u intom qegħdin fil- but ta' dawn in-nies," temm jgħid Callus.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 October 2024