MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528841

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 19

aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' NOVEMBRU 2024 • illum 04 B'digriet tat-3 ta' Ottubru, 2024, mogħti mill-Prim'Awla tal- Qorti Ċivili, din il-Qorti ordnat il- pubblikazzjoni talestratt li jidher hawn taħt biex iservi ta' notifiki skont l-artiklu 187 (5) tal-Kodiċi tal-Proċedura u Organizzazzjoni Ċivili (Kap. 12): B'digriet mogħti mill-Qorti Ċivili, Prim'Awla fl-14 ta' Mejju, 2024, fuq rikors ta' APS Bank plc (C 2192) ġie ffissat il- jum tat-Tlieta, 12 ta' Novembru, 2024, fil-ħdax ta' filgħodu (11.00 a.m.) għall-bejgħ bl-irkant, li għandu jsir f'Kamra Numru 78, Biswit l-Arkivju, Livell -1, Qrati talĠustizzja, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta, tal-fond hawn taħt deskritt: Blokk bini bla numru ufiċjali, bl-isem Alu C are Buildings, fi Triq il-Kappar qabel magħrufa bħala Triq Ġdida fi Triq in-Naġġar, Il-Mosta, eskluż il-penthouse li tinsab fit-tielet (3) sular, però inkluż is-sottoswol. Il-fond jinsab f'żona industrijali u jikkonsisti f'fabbrika li testendi fuq tliet sulari, wieħed minnhom kantina, inkluż użu anċillari bħal garaxx għall-vetturi u spazji għall-ħażna ta' materjal. Fl-ewwel sular hemm tliet (3) bibien jagħtu għattriq, bi dritt ta' passaġġ reċiproku mal-penthouse li tinstab mibnija fit-tielet (3) sular u jikkonfina mit-Tramuntana mat-Triq, mill- Punent ma' beni ta' Francis Sciberras jew is-suċċessuri tiegħu fit-titolu, u mil-Lvant ma' proprjetà ta' Maria Vella jew l-aventi kawża tagħha jew irjieħ verjuri, libera u franka, bid-drittijiet u pertinenzi tagħha kollha u stmata għal miljun, ħames mija u tnejn u tletin elf, mija uħamsa u sittin ewro (€1,532,165). L-imsemmi fond huwa proprjetà ta' Alu C are Holdings Ltd (C 30207). N.B. L- imsemmi fond jinbiegħ bħalma ġie deskritt fl-atti tas-subbasta 23/2020. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum it-Tnejn 14 ta' Ottubru, 2024 MARVIC FARRUGIA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali. AVVIŻ DWAR IRTIRAR TA' SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq javża li fid-dawl tal-iżviluppi fuq livell nazzjonali fil-qasam tal- politika tal-migrazzjoni, is-sejħa għall-proposti ta' proġetti taħt il-Prijorità 2 – It-Trawwim ta' Inklużjoni Attiva għal Kulħadd , Għan Speċifiku: 4.9 - Integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi kif maħruġa fl-1 ta' Settembru 2024 qed tiġi rtirata bis-saħħa ta' dan l-avviż. Is-sejħa se terġa' tinħareġ fil-futur. MINN PAĠNA 1 Ċifri fuq il-mejda tal-Katmra juru li 55,000 persuna f 'Malta għandhom aktar minn karozza waħda. Din l-informazzjoni ngħatat b'risposta għal mistoqsija parlamentari ta' Mark Anthony Sammut, kelliem tal-Partit Nazzjonalista għat-Trasport, diretta lill-Ministru għat- Trasport Chris Bonett. L-informazzjoni ma tinkludix vetturi bħal muturi u vetturi b'żewġ roti. Iċ-ċifri juru wkoll li 39,524 persuna għandhom żewġ karozzi, filwaqt li 10,188 għandhom tliet karozzi, u 1,111 għandhom erba' karozzi. Barra minn hekk, hemm 170,143 persuna f 'Malta li għandhom biss karozza waħda. Fost iċ-ċifri ppreżentati, l-iktar persuna li għandha vetturi tirreġistra rekord ta' 83 karozza. Minkejja dan kollu, Bonett insista li l-prijorità tal-Gvern bħalissa hija li jqassam it- traffiku tat-toroq Maltin u jifrixhom fis-sigħat kollha tal- ġurnata. Hu għalhekk li qed jipproponi li ċerti servizzi pubbliċi, inkluż ġbir taż-żibel, jew xogħol ta' landscaping, isiru matul il- lejl. L-istess jixtieq li jseħħ fis-settur privat, bil-ministru jissuġġerixxi li saħansitra lezzjonijiet tas-sewqan isiru fis-sigħat bikrin jew tard, biex ma jaħbtux mal-ħinijiet l-aktar bieżla. "L-idea hi li nifirxu l-użu tal- karozzi jew innaqqsu użu ta' karozzi f 'ċerti ħinijiet." "Jekk innaqqsu t-trasport tas-servizzi pubbliċi nagħmlu differenza wkoll … nixtieq li d-diskussjoni ma tiffukax biss fuq in-numru ta' karozzi," saħaq mal-ġurnalisti Bonett. Għaldaqstant, il-proposti mhux li tant jaraw xi diversifikazzjoni fit-trasport alternattiv, iżda jsemmu l-possibbiltà ta' inċentivi li jaraw sewwieqa ta' trasport tradizzjonali jagħtu lura l-liċenzja biex jibdew jużaw trasport alternattiv. 55,000 persuna f 'Malta għandha aktar minn karozza waħda Mark Anthony Sammut, kelliem tal-Partit Nazzjonalista għat- Trasport

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 November 2024