Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528841
aħbarijiet illum • IL-ĦADD 3 TA' NOVEMBRU 2024 05 AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Pjan Strategiku tal-Politika Agirkola Komuni 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej jixtieq iħabbar li qed tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġetti kif indikat hawn taħt: Intervent I73.5.1: Skema għall-Investimenti Produttivi (għal proġetti bi spiża ta' aktar minn €30,000) Is-sejħa se tagħlaq Il-Ġimgħa 31 ta' Jannar 2025, f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni ta' proposti għal proġetti u dokumentazzjoni relevanti huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is-available/ . Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser jiġu organizzati sessjonijiet ta' informazzjoni nhar: • It-Tnejn 11 ta' Novembru 2024 • L-Erbgħa 13 ta' Novembru 2024 • Il-Ġimgħa 15 ta' Novembru 2024 • Il-Ġimgħa 22 ta' Novembru 2024 Għal aktar dettalji dwar is-sessjonijiet ta' informazzjoni u biex tirreġistra tistà taċċessa l-QR Code t'hawn taħt jew iċempel fuq 2779 7300. MARIANNA CALLEJA Il-Gvern ħabbar numru ta' proposti ġodda mmirati lejn it-tnaqqis tat-traffiku, b'enfasi fuq miżuri li jnaqqsu l-użu tal- vetturi fl-aqwa ħinijiet. Il-Ministru għat-Trasport, Chris Bonett, ta ħarsa dettaljata lejn dawn il-proposti waqt konferenza stampa twila nhar is-Sibt, fejn esprima li dawn il- miżuri se jkunu mibnija fuq sitt pilastri: ekonomija ta' 24 siegħa, inċentivi biex jitnaqqas l-użu tal-karozzi, faċilitajiet għall- parkeġġ, trasport pubbliku, koordinazzjoni ta' xogħlijiet fit- toroq, u mobilità sostenibbli. Bonett saħaq li m'għadux jagħmel sens li ċerti servizzi jsiru kollha fl-istess ħin, u għalhekk, il-Gvern se jkun eżempju billi jikkonsidra li servizzi bħal ġbir ta' skart, tindif, landscaping u lezzjonijiet ta' sewqan ma jsirux fl-aqwa ħinijiet tat- traffiku. Bl-istess mod, innotat li l-privat jista' jieħu l-istess pass, b'diskussjonijiet li se jkunu qed isiru biex il-kumpaniji jagħmlu t-twassil tagħhom barra l-ħinijiet bieżla. Proposta oħra tinkludi l-istudju dwar il-fattibbiltà ta' servizz ta' trasport tal-merkanzija lejn Għawdex minn postijiet bħal Freeport, Kordin u l-Belt Valletta biex jitnaqqas it-traffiku lejn iċ- Ċirkewwa. Għall-ewwel darba, Bonett ħabbar ukoll il-ħsieb li jiġu introdotti inċentivi biex iċ- ċittadini jagħtu l-liċenzja tas- sewqan tagħhom u biex iż- żgħażagħ ma jibdewx it-tagħlim tas-sewqan. Għalkemm ma daħalx fid-dettalji dwar dawn l-inċentivi, huwa kkonferma li diġà ġew allokati €5 miljun għal dan l-iskop fil-baġit. Rigward il-problemi ta' parkeġġ, Bonett ħabbar il-ħolqien ta' aktar faċilitajiet ta' park-and- ride barra ċerti lokalitajiet fejn it-traffiku u n-nuqqas ta' parkeġġ huma problema persistenti. Barra minn hekk, proposti biex spazji pubbliċi bħall-iskejjel jintużaw bħala parkeġġ filgħaxija huma wkoll parti mill-pjan, miżura li diġà bdiet tintuża f 'postijiet bħal Buġibba u Marsaskala. Il-Ministru għat-Trasport ħabbar ukoll reviżjoni tar-rotot tal-linja eżistenti, b'tibdil medju u fit-tul li jirrifletti l-bidliet fil- popolazzjoni u fl-infrastruttura ta' Malta mill-2014 'l hawn. Fost il-proposti għal żmien qasir hemm rotot speċjali għal żoni industrijali, rotot ċirkulari fi bliet kbar, u rotot ġodda b'inqas waqfiet. Sabiex titjieb il-kordinazzjoni tax-xogħlijiet fit-toroq, Bonett ħabbar li se jkun qed joħloq kummissjoni ġdida b'entitajiet governattivi responsabbli, bil- kompitu li jistabbilixxu standards u proċeduri għall-proġetti tat- toroq. Huwa appella wkoll lill- kuntratturi biex jirrispettaw lir-residenti waqt ix-xogħlijiet fit-toroq. Il-proposti mistennija jiġu implimentati matul numru ta' snin, b'għan li t-tlestija ssir sal-aħħar kwart tal-2026. Madankollu, Bonett assigura li l-miżuri li jistgħu jiġu implimentati aktar malajr se jiġu mnedija kemm jista' jkun malajr. Il-Gvern se jkun qed jispiċċa l-konsultazzjoni tiegħu ma' dawk involuti sal-aħħar tas-sena, biex jiddeċiedi dwar il-miżuri li se jimbotta 'l quddiem sal-ewwel kwart tal-2025. Permezz ta' dan il-pjan, il- Gvern għandu l-għan li jnaqqas it-traffiku billi jiffoka fuq bidla fil-komportament tal-utenti tal- vetturi aktar milli joħloq multi jew restrizzjonijiet. Bonett żied jgħid li se tkun maħluqa task force biex teżamina l-fattibbiltà ta' sistema ta' Bus Rapid Transit, fejn in-network tal-linji jkollu toroq dedikati u infrastruttura adegwata. Madankollu, il-Ministru saħaq li din l-idea għadha fi stadju bikri u li jeħtieġ tkun ippjanata sewwa. Huwa ma semmiex il-pjan għall-metro li l-Gvern kien ħabbar fl-2021 u li minn dak iż- żmien 'l hawn ma ġiex diskuss aktar. Meta kien mistoqsi minn ġurnalisti, huwa saħaq li l-pjan għall-metro ma kienx gimmick politiku, iżda li dak iż-żmien kienet ħolma li fiċ-ċirkostanzi attwali kienet ta' piż finanzjarju kbir. Il-Ministru temm billi saħaq li dan huwa mument importanti għall-pajjiż biex jaħseb dwar it- tnaqqis tat-traffiku u li l-pubbliku għandu s-saħħa li jgħin fil- formazzjoni tal-pjanijiet li se jaffettwaw l-operat tat-trasport f 'Malta għall-futur qarib. Inċentivi jekk tieqaf issuq, u lezzjonijiet tas-sewqan billejl ... il-Gvern bi proposti ġodda għat-traffiku Chris Bonett waqt laqgħa dwar il-proposti ġodda tal-gvern biex jindirizza l-isfida tat-traffiku