MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 3 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528841

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 19

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' NOVEMBRU 2024 • illum SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, l-istess Scorpio se tkun fażi li ma tridx bħal tkun f 'salib it-toroq. B'dak li tixtieq twettaq se tagħraf biss il-vera po-tenzjal f 'deċiżjoni mixtieqa. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa hu-wa Pisces. Namaste. SAGITTARIUS (IL-QAWS), MIT-22 TA' NOVEMBRU SAL-21 TA' DIĊEMBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Sagittarius se tkun fażi li fiha tagħraf imħabbtek fejn vera trid tasal. Għalkemm l-esperjenzi tiegħek kienu ibsin, din id-darba hemm dak li vera tixtieq. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Taurus. Namaste. GEMINI (IT-TEWMIN), MILL-21 TA' MEJJU SAL-20 TA' ĠUNJU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Gemini se tkun fażi fejn trid tagħraf dik id-direzzjoni li tagħmlek aktar stabbli. Int għandek diversi direzzjoni-jiet u għalhekk issa agħraf biss dik id-direzzjoni ideali. Analizza. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Aquarius. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Cancer se tkun fażi ta' eżami għalik u grazzi għall-ideat li għandek, issa trid twettaq deċiżjoni. Issa int qed tħoss li jista' jkun hemm bidla iebsa iżda din se tkun ta' sodifazzjon. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Virgo se tkun fażi li trid tinqata' it żmien minn maċ-ċirku li għandek sabiex tirrifletti min vera huma dawk il-persuni ġenwini li għandek tafda. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius. Namaste. . SEBA' VOUCHERS TA' 7€ GĦALIK L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-Oroskopju waqt iż-żodjaku ta' Scorpio (l-Għaqreb) Mill-Ħadd 3 ta' Novembru sas-Sibt 9 ta' Novembru Il-Qorti tiddeċiedi favur familja f 'każ ta' inċident tat-traffiku fatali tal-2019 Żagħżugħa ssofri ġrieħi gravi f ' inċident fis-Siġġiewi F'sentenza importanti mill- Qorti Ċivili, ippreseduta mill- Imħallef Toni Abela, il-Qorti ddeċidiet favur il-familja Degiorgio, u tat kumpens wara inċident tat-traffiku fatali fl- 2019. Dan l-inċident, li seħħ fl-14 ta' April 2019 fit-8:30 ta' filgħaxija fi Triq l-Imġarr, kien ħalla żewġ persuni mejta, Graziella Mallia u Fallon Mallia, u diversi oħra midruba, inklużi Polina Degiorgio u bintha Keira. Il-ħabta kienet tinvolvi vettura Maruti, misjuqa minn Graziella Mallia, li qabżet fil-karreġġjata opposta u laqtet Audi misjuqa minn Polina Degiorgio. Il-Pulizija kkonfermaw li Mallia kienet responsabbli biss għall-inċident minħabba negliġenza u nuqqas ta' osservanza tar-regolamenti tat-traffiku. Polina Degiorgio u bintha Keira sofrew ġrieħi serji. Polina Degiorgio u żewġha, Daniel Degiorgio, ressqu kawża ċivili kontra George Mallia, l-eredi ta' Graziella Mallia, u Argus Insurance Company (Europe) Limited. Huma talbu għad-danni għall-ġrieħi fiżiċi, għat-trawma emozzjonali, u għad-diżabilità permanenti li ġarrbu minħabba l-ħabta. Il- Qorti eżaminat rapporti mediċi li kkonfermaw il-gravità tal- ġrieħi u tad-diżabilità. L-Imħallef Abela ddikjara li Mallia kienet kompletament responsabbli għall-inċident u ffoka fuq l-assessjar tad-danni u l-għoti tal-kumpens. Il-kumpens għal Polina Degiorgio kien ikkalkolat abbażi tad-dħul stmat għal tul ħajjitha, b'korrezzjonijiet għall-perċentwal tad-diżabilità permanenti tagħha. Il-Qorti tat somma totali ta' €178,644 lil Polina Degiorgio, €6,107 lil bintha Keira, u €15,653 lil Daniel Degiorgio għal servizzi ta' nanny li kienu meħtieġa wara l-inkapaċità ta' martu biex tieħu ħsieb lit- tarbija tagħhom. L-Imħallef Abela ordna li l-kumpens allokat għat-tifla minuri, Keira, jiġi ddepożitat f 'kont sigur sakemm tasal għall-età legali. Żagħżugħa sofriet ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi. Il-Pulizija qalet fi stqarrija li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00am fi Triq l-Iskola. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li karozza misjuqa minn żagħżugħa ta' 31 sena residenti Birkirkara, ħabtet ma' vann misjuq minn żagħżugħ ta' 25 sena residenti Birkirkara stess. It-tfajla ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b'ambulanza, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi. Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 3 November 2024