Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1528841
IL-ĦADD 3 TA' NOVEMBRU 2024 • illum Pajjiż ta' Kwalità N A Ħ D M U L E J N b u d g e t .g ov. m t F R E E P H O N E 1 5 3 Matul l-2024, il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni kompla bl-impenn tiegħu li jtejjeb ir-riżorsi allokati għas-sistema tal-Ġustizzja filwaqt li jinvesti f'riformi indirizzati lejn it-titjib tal-kwalità, l-effiċjenza u l-effettività. Riforma tal-Qorti tal-Familja Twettqet analiżi dettaljata u ġew mħejjija numru ta' rakkomandazzjonijiet li tressqu għall-konsultazzjoni li se twassal għall-ewwel fażi tar-riforma. Dan jinkludu sensiela ta' inizjattivi li jindirizzaw bidliet leġiżlattivi, reviżjoni tal-iskadenzi, u t-twaqqif ta' servizzi ġodda bil-għan li kemm jista' jkun jonqos l-iskariġġ għal dawk li jsibu ruħhom f'sitwazzjonijiet relatati mal-Qorti tal-Familja. Diġitalizzazzjoni - Tnedija tal-implimentazzjoni tat-tender għall-mapping tal-proċessi ta' xogħol fl-entitajiet tal-ġustizzja. - Pubblikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni tal-informazzjoni għall-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qorti b'investiment ta' aktar minn €10 miljun. - Imnedija u bdiet tiffunzjona s-sistema ta' ġestjoni tal-kawżi tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali. - Ser jiġu implimentati sistemi simili fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat. It-tisħiħ tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u l-ħiliet Konklużi diversi ftehimiet kollettivi u fiż-żmien li ġej ser jitkompla l-proċess biex jingħalqu ftehimiet ġodda. Investiment bla preċedent fl-allokazzjoni tar-riżorsi umani - Professjonisti legali fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. - Ħaddiema tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati - Avukati li jipprovdu servizz ta' Court Attorneys u Judicial Assistants fil-Qorti. - Ħaddiema fil-BCA u l-OHSA b'mod speċjali fl-infurzar. Investiment fil-ġudikatura - Il-Korp tal-ġudikatura żdied għal 57 membru, l-akbar fl-istorja ta' pajjiżna. Il-korp tal-Ġudikatura se jkompli jissaħħaħ b'sejħa għal Imħallfin u Maġistrati addizzjonali. - Ġew allokati 4 Maġistrati ġodda għat-taqsima tal-inkjesti Maġisterjali u 2 imħallfin għall-Qorti Kummerċjali, li issa tinkludi kawżi marittimi. - Żdied ukoll il-baġit għall-iżvilupp professjonali tal-ġudikatura b'40%. Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti - Awla ġdida għall-ġurijiet. - Se jingħata l-bidu tal-kostruzzjoni għal binja aktar moderna b'awli għall-qasam tal-kriminal u uffiċċji ġodda. - Identifikat u allokat bini għall-Qorti Kummerċjali l-ġdida. Proġetti li għadhom għaddejjin Fl-2024, komplew il-proġetti għat-tisħiħ tal-kwalità fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u tal-Avukat tal-Istat skont pjan ta' azzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa. Proġett mal-OECD biex itejjeb l-aċċess għall-Ġustizzja b'approċċ li jiffoka fuq il-bżonnijiet tan-nies, inkluż l-aċċess għal persuni b'diżabbilità. Lejn kultura t'aktar rispett u responsabbiltà fis-settur tal-kostruzzjoni u l-proprjetà Ħidma fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-inkjesta Jean Paul Sofia. Bidliet notevoli fil-leġiżlazzjoni fosthom dawk relatata mal-bennejja u l-kuntratturi. Kemm il-BCA kif ukoll l-OHSA saħħew l-awtoritajiet tagħhom b'investiment fid-diġitalizzazzjoni tas-sistemi u wettqu spezzjonijiet konġunti fuq siti ta' kostruzzjoni. Helpline Ġdid 138 - Ġie mniedi helpline ġdid 138 li jipprovdi sistema ċentralizzata ta' 24/7 għall-ilmenti kollha relatati mal-kostruzzjoni, is-saħħa u s-sigurtà. - Servizz professjonali b'xejn ta' avukati u periti biex jgħinu lit-terzi affettwati mill-kostruzzjoni. It-tisħiħ tal-liġi u l-operat tal-OHSA - Ġie approvat b'mod unanimu fil-Parlament l-Att il-ġdid dwar is-Saħħa u s-Sigurtà. - Se jitwaqqaf reġistru uffiċjali tal-esperti fis-settur tas-Saħħa u s-Sigurtà. - Ċentru ġdid tal-OHSA f'Għawdex Inizjattivi mill-BCA - Allokazzjoni ta' €3,000,000 lill-BCA għal skemi bħal "Irrinova Darek" biex tgħin lill-familji jirrinovaw djarhom b'enerġija sostenibbli. - Riżorsi lit-Tribunal tal-Bini u l-Kostruzzjoni biex jissaħħaħ il-proċess tal-appell. - Kampanja t'għarfien dwar iċ-Ċertifikat tal-effiċjenza fl-enerġija. Titjib fl-effiċjenza u l-kwalità tas-sistema tal-Ġustizzja 30% 35% 40% 10% 20% 25% 0% 5% 10% 500% 600% 300% 400% 0% 100% 200% Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi: 17% Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat: 22% Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti: 9% Aġenzija għall-Għajnuna Legali: 38% Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni: 28% Ċentru tal-Medjazzjoni ta' Malta: 5% OHSA: 35% Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni: 19% Inizjattivi marbutin mal-Bini u l-Kostruzzjoni: 500% Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali: 10% ġustizzja