MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 November 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529457

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 oroskopju / aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' NOVEMBRU 2024 • illum SCORPIO (L-GĦAQREB), MIT-23 TA' OTTUBRU SAL-21 TA' NOVEMBRU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, l-istess Scorpio se tkun ġimgħa ta' għarfien lejn dik il-kunfidenza fik innifsek fejn s'issa għandek ċans takkwista dak li vera tixtieq. Wettaq riflessjoni. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Gemini. Namaste. AQUARIUS (IŻ-ŻIR), MILL-20 TA' JANNAR SAT-18 TA' FRAR F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Aquarius se tkun ġimgħa ta' aktar għarfien lejn il-kapaċitajiet tiegħek. Din għandha tkun dik il-ġimgħa partikolari għalik. Analizza. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Cancer. Namaste. TAURUS (IT-TAWR), MILL-20 TA' APRIL SAL-20 TA' ME JJU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Taurus se tkun ġimgħa ta' aktar għarfien, kemm dwar il-pożizzjoni tiegħek, kif ukoll lejn liema direzzjoni trid tmur. Issa għandek twettaq riflessjoni profonda. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Scorpio. Namaste. CANCER (IL-QABRU), MILL-21 TA' ĠUNJU SAT-22 TA' LUL JU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Cancer se tkun ġimgħa li tieqaf it sabiex grazzi għal din il-pawsa int tkun tista' tirrifletti, tagħraf u taħseb sew kif se taddatta lilek innifsek minn issa 'l quddiem. Analizza. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Taurus. VIRGO (L-GĦODRA), MIT-23 TA' AWWISSU SAT-22 TA' SETTEMBRU F'din l-aħħar ġimgħa taż-żodjaku ta' Scorpio, għalik, Virgo se tkun ġimgħa li trid tagħraf aħjar minn issa dak li vera tixtieq u dak li tħoss ġewwa fik. Issa huwa l-waqt għal direzzjonijiet ġodda. L-aktar żodjaku ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa Sagittarius. Namaste. Seba' vouchers ta' 7€ għalik L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 7949 5804 se jingħataw voucher ta' €7 li jissarraf f 'kotba ppubblikati minn PaulJon. L-ewwel seba' qarrejja li jibagħtu SMS fuq 9901 3600 se jinatgħaw voucher ta' €7 li jissarraf f 'Fitness Class ma' Graziella Miruzzi. Grazzi tal-appoġġ tiegħek għal din il-paġna. L-oroskopju mwassal mill-astrologu u awtur PaulJon L-aħħar ġimgħa għat-tmien żodjaku ta' Scorpio (l-Għaqreb) Mill-Ħadd 17 ta' Novembru sas-Sibt 23 ta' Novembru Waqt COP29 Malta tappella għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni Konġunta fuq Kultura u Azzjoni Klimatika Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici appella għall-adozzjoni ta' Deċiżjoni Konġunta fuq Kultura u Azzjoni Klimatika waqt il- konferenza COP29, pass kruċjali li jwassal għal rispons kulturali aktar strutturat matul l-edizzjonijiet li jmiss tal-COP. Il-Konferenza tan- Nazzjonijiet Uniti dwar it- Tibdil fil-Klima tal-2024, il- COP29, hija d-29 konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li din is- sena qed issir fl-Ażerbajġan. It-tieni Laqgħa Ministerjali ġabet flimkien grupp t'azzjoni internazzjonali magħruf bħala "Group of Friends of Culture- based Climate Action" li Malta hi stat fundatur tiegħu. Il-Ministru Bonnici appella għal sostenn għat-talba għal Workshop Kulturali waqt COP29, li huwa meqjus bħala pass importanti biex tiġi stabbilita Deċiżjoni Konġunta fuq Kultura u Azzjoni Klimatika. Din l-inizjattiva hija kruċjali biex tibni pilastru kulturali għar- rispons klimatiku, li għandu jiġi kkonsolidat fl-adozzjoni ta' COP31. Huwa qal li Malta temmen bis-sħiħ li dan huwa pass indispensabbli biex nassiguraw li l-kultura u l-arti jkunu ċentru tal-isforzi globali kontra t-tibdil fil-klima. Huwa saħaq li kull pajjiż għandu jingħata l-libertà li jaġixxi skont il-ħtiġijiet u r-riżorsi tiegħu, filwaqt li jikkollabora b'mod internazzjonali biex tiġi indirizzata l-kriżi klimatika. "One-size-fits-all approach ma jagħmel ebda ġid għax kull pajjiż għandu l-karatteristiċi uniċi tiegħu," tenna l-Ministru Bonnici. Il-Ministru enfasizza r-rwol uniku tal-kultura u l-arti fil- ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u spjega kif dawn għandhom il- qawwa li jispiraw lin-nies. Huwa semma wkoll kif artisti madwar id-dinja qed jużaw il-kreattività tagħhom biex iqajmu kuxjenza u jippromovu bidliet sostenibbli. Bonnici fakkar ukoll li l-Ġnus Magħquda stess tgħid li ħafna siti storiċi, speċjalment dawk qrib il-kosta, jinsabu f 'riskju ta' dannu minħabba t-tibdil fil-klima. "It-tibdil fil-klima huwa responsabbiltà kollettiva u urġenti. Irridu nibnu futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri," temm jgħid. "One-size-fits- all approach ma jagħmel ebda ġid għax kull pajjiż għandu l-karatteristiċi uniċi tiegħu" Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici jindirizza l-konferenza COP29

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 November 2024