Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1529777
aħbarijiet IL-ĦADD 24 TA' NOVEMBRU 2024 • illum 04 Bluesky: Il-pjattaforma soċjali ġdida li qed tattira l-utenti ta' X (Twitter) PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Soċjali Ewropew + 2021-2027 Is-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej, jixtieq javża li dalwaqt se jiġu mnedija sejħiet għall-proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt il-Prijorità u l-Għanijiet Speċifiċi (ESO) imniżżlin hawn taħt. Priorità 2: It-Trawwim tal-Inklużjoni Attiva għal Kulħadd Għan Speċifiku: 4.8. Inklużjoni attiva u impjegabbiltà. Nota: Din is-sejħa għandha tkun miftuħa għall-imsieħba soċjali, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u organizzazzjonijiet volontarji. Għan Speċifiku: 4.11. Aċċess ugwali għal servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa ta' kwalità. Nota: Din is-sejħa għandha tkun miftuħa għall-imsieħba soċjali, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u organizzazzjonijiet volontarji. It-tnedija tas-sejħiet, flimkien mal-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni supplimentari, se jiġu ppubblikati f'Jannar 2025 u is-sejħiet mistennija jagħlqu f'April 2025. L-applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Programm ESF+ disponibbli fuq https://fondi.eu/programme/european-social-fund-plus/. Id-dettalji dwar is-sessjonijiet ta' informazzjoni li se jsiru b'rabta ma' dawn is-sejħiet se jingħataw meta titħabbar is-sejħa. PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Fond Soċjali Ewropew + 2021-2027 Is-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej, jixtieq javża li dalwaqt se jiġu mnedija sejħiet għall-proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt il-Prijorità u l-Għanijiet Speċifiċi (ESO) imniżżlin hawn taħt. Priorità 2: It-Trawwim tal-Inklużjoni Attiva għal Kulħadd Għan Speċifiku: 4.8. Inklużjoni attiva u impjegabbiltà. Nota: Din is-sejħa għandha tkun miftuħa għall-imsieħba soċjali, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u organizzazzjonijiet volontarji. Għan Speċifiku: 4.11. Aċċess ugwali għal servizzi soċjali u ta' kura tas-saħħa ta' kwalità. Nota: Din is-sejħa għandha tkun miftuħa għall-imsieħba soċjali, Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi u organizzazzjonijiet volontarji. It-tnedija tas-sejħiet, flimkien mal-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumentazzjoni supplimentari, se jiġu ppubblikati f'Jannar 2025 u is-sejħiet mistennija jagħlqu f'April 2025. L-applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Programm ESF+ disponibbli fuq https://fondi.eu/programme/european-social-fund-plus/. Id-dettalji dwar is-sessjonijiet ta' informazzjoni li se jsiru b'rabta ma' dawn is-sejħiet se jingħataw meta titħabbar is-sejħa. knisja.mt OFFERTA GĦALL-PROVVISTA, KONSENJA, INSTALLAZZJONI, ITTESTJAR, KUMMISSJUNAR U MANUTENZJONI TA' SISTEMA ĠDIDA TA' DAWL FUQ BARRA GĦALL-BAŻILIKA TA' SANT'ELENA F'BIRKIRKARA Is‑Segretarju Amministrattiv tal‑Arċidjoċesi ta' Malta jilqa' proposti biex isir id‑dawl minn barra tal‑Bażilika ta' Sant'Elena f'Birkirkara. Dawk interessati jistgħu jiksbu iżjed tagħrif bil‑miktub permezz ta' birkirkara.se.tender@maltadiocese.org sa mhux aktar tard mis‑6 ta' Diċembru 2024 fil‑11am. Is‑sottomissjonijiet għandhom jiġu ppreżentati personalment fil‑Kurja tal‑Arċisqof, Pjazza San Kalċedonju, il‑Furjana, Malta, mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa bejn it‑8am u l‑5pm, permezz ta' envelowp issiġillat u mmarkat ċar "Birkirkara Tender" sa mhux aktar tard mill‑Ħamis 12 ta' Diċembru 2024, fil‑11am. Se tiġi pprovduta kaxxa apposta għal dan il‑għan. Il‑proposti milqugħa f'din il‑kaxxa BISS se jiġu kkunsidrati. Eventwalment l‑offerenti jiġu infurmati bil‑miktub jekk il‑proposta tagħhom intgħażlitx jew le. Jinżamm id‑dritt li tiġi rifjutata kwalunkwe proposta, anke l‑aktar waħda vantaġġjuża. Sottomissjonijiet li jaslu tard ma jiġux ikkunsidrati. Bluesky hi l-pjattaforma soċjali ġdida li qed tattira miljuni ta' utenti. Għaliex in-nies qed jemigraw minn fuq X għal Bluesky? X'qed jagħmel Bluesky aktar sigura? L-ILLUM tanalizza. MARIANNA CALLEJA Bluesky, pjattaforma soċjali ġdida, qed tattira miljuni ta' utenti, wara li tippreżenta lilha nnifsiha bħala alternattiva aktar pożittiva għal X, magħrufa qabel bħala Twitter. Din il-pjattaforma qed tiġbed b'mod speċjali dawk li jridu jaħarbu minn tibdiliet kontroversjali u t-tossiċità li żdiedet fuq X taħt il-mexxej Elon Musk. Bluesky ġiet imwaqqfa minn Jack Dorsey, Eks Kap Eżekuttiv ta' Twitter, iżda issa hija mmexxija minn Jay Graber. Għalkemm kienet biss għal mistiedna esklussivi sal- bidu ta' din is-sena, issa hija miuħa għal kulħadd. Il-pjattaforma toffri esperjenza simili ħafna għal dik ta' Twitter, bl- istess feature bħal Twitter, inkluż direct messages, feed kronoloġiku, u starter packs li jgħinu lill-utenti jsibu kontenut u nies interessanti biex isegwu. Karatteristika unika ta' Bluesky hija l-abbilità li tippermetti interazzjoni bejn pjattaformi differenti fil-futur, ħolma li tista' tfixkel il-mudelli ta' negozju tal-kumpaniji Big Tech. Fl-aħħar xhur, Bluesky ra żieda qawwija fl-utenti tiegħu, u laħaq 15- il miljun sal-aħħar ta' Novembru, b'ħafna jħallu X. Dawn jinkludu wkoll kmamar kbar tal-aħbarijiet, fost oħrajn il-kamra tal-aħbarijiet e Guardian, li f 'editorjal spjegat li l-kontenut fuq il-pjattaforma li dwaru kellha tant tħassib għal żmien twil dwaru kien jinkludi teoriji ta' konfoffa u anke razzisti, tal-lemin estrem. Il-ġimgħa wara X ġie imblukkat fil-Brażil f 'Awwissu, Bluesky kiseb 2.6 miljun utent ġdid, 85% minnhom Brażiljani. Din il-migrazzjoni ta' ġurnalisti, politiċi, u ċelebritajiet li jħossu li Bluesky huwa spazju aktar sigur u ħieles minn reklami, mibegħda, u bots, tinkludi wkoll persuni magħrufa bħal Mark Hamill, Jamie Lee Curtis, u Stephen King. X'QED IDEJJAQ LIN-NIES? Elon Musk, li xtara lil Twitter fl-2022, għamel diversi bidliet li ma niżlux tajjeb mal-utenti. Fost dawn, it-tnaqqis fil-moderazzjoni tal-kontenut, it-tneħħija tal-verifika oriġinali tal-blue checkmarks, u t-tibdil fil-funzjoni tal-block. Dawn il-bidliet wasslu għal żieda fil- fastidju, u l-preżenza ta' bots. B'kuntrast, Bluesky għandu sistema aktar effettiva ta' moderazzjoni u għodod biex jimblokka profili problematiċi. Il- pjattaforma għadha żgħira, iżda qed tattira nies li jixtiequ esperjenza simili għal Twitter fl-ewwel snin tiegħu. Għalkemm il-pjattaforma għadha mingħajr reklami u hija meqjusa bħala oasi paċifika meta mqabbla ma' X, hemm sfidi kbar quddiemha. Kompetizzjoni minn pjattaformi oħra bħal reads u Mastodon tista' ttellef it-tkabbir tagħha, filwaqt li t-tibdil fid-drawwiet tal-utenti lejn kontenut ibbażat fuq filmati (bħal TikTok u YouTube) jagħmilha aktar diffiċli għal pjattaformi li jipprijoritizzaw il-kitba. Bħalissa, Bluesky huwa esperiment ta' kif l-utenti jistgħu jerġgħu jesperjenzaw il-media soċjali b'mod aktar pożittiv. Jekk il- pjattaforma tkompli tikber u toħloq identità unika, tista' ssir alternattiva reali għal X jew, forsi, tfassal triq kompletament ġdida fid-dinja diġitali. Elon Musk