MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530037

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Robert Abela għandu tliet affarijiet favurih. Waħda għandu maġġoranza kbira, it-tieni għandu ekonomija soda, u t-tielet għadu relattivament żgħir. Fil-grupp parlamentari ħadd ma seta' jiem kif investigazzjoni tal-FIAU u li waslet biex titlob li l-pulizija jinvestigaw ma tasalx għand il-Prim Ministru u tasal għand il-midja. Kien hemm min beda jistaqsi jekk il-Prim Ministru kienx jaf u ma għamel xejn dwarha. "Kif jista' jkun li nsiru nafu mill-midja," qal ministru partikolari. "U jekk kien hekk, il-Prim missu ħa azzjoni qabel." Hemm rabja fost il-membri ewlenin tal-Gvern għal mod kif seħħew l-affarijiet. Meta tkellmu mal-gazzetta ILLUM, qalulna li l-Prim Ministru mhux qed jinduna x'inhi l-problema. "Din li jwaħħal f 'kulħadd trid jispiċċa." "Illum qed nagħrfu li hemm ċans li nitilfu l-elezzjoni, u jekk nitilfuha jkun tort tagħna biss. Tlifna l-kontroll u mhux billi noħorġu inizjattivi ġodda għax it- togħma ħażina baqgħet hemm. Irid ikun hemm shi totali." Min kellimna qal li ma jfissirx li jridu lil Joseph Muscat lura. Ħafna diriġenti tal- PL huma kontra li Muscat jerġa' lura. Jafu li l-ħajja politika ta' Muscat hija marbuta intrinsikament ma' intriċċi u anke ma' allegat abbuż ta' poter. "Muscat jibqa past tense. L-iżbalji li għamel huma wisq serji biex jiġi lura." "Muscat problema kbira għalina u mhux faċli nsolvuha, u Abela għandu biċċa wġigħ ta' ras hawn imma Abela jrid jibda jmexxi ta' politiku u mhux ta' avukat. U jrid ikabbar iċ-ċirku ta' madwaru u tan-nies li ħadmu fil-partit!" "Naħseb li Abela wkoll ma fehemx l-implikazzjoni ta' x'ġara fil-każ tal- inkjesta ta' Gabriella Vella, fejn ċorma nies sfaw imressqa. Persuni li kienu jinkludu lil Chris Fearne li ċertament qed jargumenta għalfejn hu u mhux il-kabinett sħiħ inkluż il-Prim Ministru. F'għajnejn dawk li tressqu jaraw li ġew mormija mill-Prim Ministru, u dawn jirrappreżentaw numru mdaqqas ta' familji." Iżda jibqa' l-fatt li l-iskandlu tal- allegat tixħim fil-każ ta' Clayton Bartolo fetaħ beraħ id-dwejjaq li hemm fil- Partit Laburista. Dan huwa l-ewwel każ ċar ta' abbuż li ma jistax jiġi attribwit għall-amministrazzjoni Muscat. Joseph Muscat kellu jirriżenja wara li kien ġie żvelat kif Kastilja, b'mod speċjali Keith Schembri, kien marbut mal-istorja ta' Yorgen Fenech fil-każijiet ta' korruzzjoni u l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Wara dan kien hemm ukoll il-passi kriminali kontra Joseph Muscat fil-każ ċelebri tal- isptarijiet Vitals u Stewards. Fl-isfond ta' dan kollu, diriġenti tal-Partit Laburista jittamaw li mal- festi jista' jkun aħbar tajba f 'baħar ta' maltemp għall-PL li twassal biex Robert Abela jibda s-sena b'għarfien sħiħ li l-affarijiet iridu jsiru b'mod differenti. Jekk le, jibżgħu li r-rebħa elettorali hija waħda possibbli ħafna għal Grech li jargumentaw li ma jafx imexxi u m'għandux tim tajjeb. L-għażliet ta' Robert Abela

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 December 2024