Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530037
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Teatru Manoel u Moveo jtellgħu verżjoni kontemporanja tal-produzzjoni klassika 'The Nutcracker' Teatru Manoel se jtella' verżjoni innovattiva ta' produzzjoni festiva mill-kumpanija taż-żfin Moveo. Din il-produzzjoni tiggarantixxi spettaklu għall-familja kollha. F'Diċembru, salpa fuq vjaġġ ta' Milied maġiku billi żżur it- Teatru Manoel fil-Belt Valletta għal produzzjoni innovattiva u eċitanti ta' 'e Nutcracker' mill-kumpanija taż- żfin Moveo. Din il-produzzjoni hija waħda perfetta għal serata fi żmien il-Milied addattata għal kull tip ta' udjenzi ta' kull età. Din se tittella' mit- Tnejn 9 ta' Diċembru sal-Ħamis 12 ta' Diċembru fis-7pm. F'din il-produzzjoni, il-ħsejjes ikoniċi fil-kitba oriġinali tal-1892 ta' Pyotr Illich Tchaikovsky se jitwaħħdu mal-approċċ kontemporanju fil- koreografija tal-kumpanija taż-żfin Moveo. Din il-produzzjoni se tkun qed taqbad l-arti tant maħbuba tal-ballet u tittrasformaha f 'rappreżentazzjoni maġika u innovattiva għall-familja kollha. F'din l-istorja se niltaqgħu ma' Clara, in-Nutcracker Prince, mas-silġ, mal-pupi, maż-żeffiena Għarab u Russi, u ovvjament max-Sugar Plum Fairy. "'e Nutcracker' minn dejjem kont inħobbha", jgħid Dorian Mallia, id- Direttur Artistiku ta' Moveo Dance Company. "Ili nħobbha sa minn ċkuniti, u din il-produzzjoni teħodna f 'dinja ta' maġija, logħob u hena! F'Moveo, minn dejjem konna pijunieri li naddattaw produzzjonijiet klassiċi għad-dinja kontemporanja, hekk kif dan jallinja perfettament mal-viżjoni tagħna. 'e Nutcracker' hija spettaklu ewlieni fit-teatri nazzjonali madwar id- dinja matul dawn iż-żminijiet ta' festi tal-Milied, u huwa ta' unur kbir għalina li ntellgħu l-verżjoni tagħna ġewwa t-Teatru Manoel." Moveo Dance Company ġiet stabbilita fl-2008 mid-Direttur Artistiku Dorian Mallia. Illum hija mmexxija wkoll bi sħab mad-Direttriċi u koreografa Diane Portelli. Il-kumpanija tellgħet bosta prestazzjonijiet kontemporanji, kemm lokalment, u anke lil hinn minn xtutna. Il-filosofija artistika ta' Moveo Dance Company dejjem tfittex l-innovazzjoni u l-esplorazzjoni ta' kunċetti enigmatiċi fi ħdan il- prestazzjonijiet tagħhom. Il-pedament tal-ħidma tagħhom jinsab fl-istudju kontinwu tal-moviment tal-ġisem uman, waqt li jaraw li l-produzzjonijiet tagħhom jibqgħu dinamiċi u dejjem jevolvu. Għal iktar informazzjoni fuq din il-produzzjoni innovattiva 'e Nutcracker', u sabiex tibbukkja l-biljetti tiegħek, żur https://teatrumanoel.mt/ event/moveos-nutcracker/ jew ċempel lill-Box Office tat-Teatru Manoel fuq (+356) 21246389. Din il-produzzjoni ddum madwar siegħa u hi addattata għal kull min għandu tliet snin jew iktar. Fis-sena li matulha qed tfakkar il-25 anniversarju mit-twaqqif tagħha, l-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem se tkun qed terġa' torganizza l-Wirja Annwali tal-Presepji. Din se ssir fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, nru. 71, Triq Bwieraq, Birkirkara. Fil-wirja ta' din is- sena, li hija l-21 edizzjoni minn meta ttellgħet għall-ewwel darba lura fl-2003, se jkun hemm esebiti 'l fuq minn 100 presepju ta' kull daqs u għamla, kif ukoll Bambini, dekorazzjonijiet u oġġetti oħra relatati mal-Milied. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-oġġetti għall-wiri huma magħmulin bl-idejn mill- esebituri nfushom. Il-Wirja se titbierek mir-Rev. Dun Charlon Muscat, Kappillan tal- Parroċċa San Ġużepp Ħaddiem Birkirkara, nhar il-Ġimgħa 6 ta' Diċembru, fil-5:30pm. Tibqa' mbagħad tiaħ kuljum sal-Ġimgħa 27 ta' Diċembru, mid-9:00 am sa 12:00 pm u mill- 4:00 pm sat-8:00 pm. Il-post huwa aċċessibbli għal kulħadd u d-dħul huwa kompletament mingħajr ħlas. Aktar dettalji dwar din il-Wirja, kif ukoll dwar l-Għaqda Wirjiet, jistgħu jinkisbu minn fuq il-paġna tal- Għaqda fuq Facebook. 'It-Twelid tal-Feddej' – Wirja ta' Presepji 2024