MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 December 2024

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530037

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Din il-paġna nkitbet bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Festival Internazzjonali tal-Orgni f 'Malta 2024: Mużika u fil-qalba tal-irħula u l-ibliet Ingħaqad magħna fiċ-Ċinema ta' Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta f 'Diċembru li ġej għal vjaġġ maġiku, hekk kif niċċelebraw is-70 Anniversarju tal-film brijuż, White Christmas ta' Irving Berlin, issa rrestawrat mill-isbaħ f 'reżoluzzjoni 4K! Intom mistiedna tesperjenzaw dan il-musical ta' kwalità li jġib miegħu t-tenerezza, is-seħer, u l-ispirtu tal- vaganzi klassiċi tal-1954. Bis-sehem ta' Bing Crosby, Danny Kaye, Rosemary Clooney, u Vera-Ellen, White Christmas isegwi lil Bob Wallace u Phil Davis hekk kif jingħaqdu ma' Betty u Judy Haynes biex iġibu spettaklu festiv f 'post rurali f 'Vermont. L-għan tagħhom? Biex isalvaw l-eks kmandant tal-armata tagħhom, il-Ġeneral Waverly, minn qagħda finanzjarja prekarja billi jtellgħu stravaganza mużikali li twiegħed ferħ għal kulħadd. Dan ir-restawr f 'reżoluzzjoni 4K iġib ħajja ġdida u vibranti lill-partitura maħbuba ta' Irving Berlin u lis-sekwenzi ikoniċi taż-żfin, li tippermetti lill-udjenzi jaraw kull dettall b'mod li qatt ma raw qabel. Titlifx din l-opportunità li tara din l-istorja tiżvolġi fuq il-big screen hekk kif dan il-klassiku indimentikabbli jiċċelebra anniversarju importanti. Għal aktar informazzjoni żur www. kreattivita.org. Iċċelebra s-70 Anniversarju tal-film White Christmas issa rrestawrat b'reżoluzzjoni 4K Għal ħdax-il sena konsekuttiva, il-Festival Internazzjonali tal- Orgni ta' Malta se jerġa' jsaħħar lil dawk li jħobbu l-mużika u l-kultura bil-ħoss tal-orgni u strumenti oħra. Mit-22 ta' Novembru sas-7 ta' Diċembru, il-festival se jlaqqa' artisti minn madwar id-dinja f 'bosta knejjes, katidrali u bażiliki f 'Malta u Għawdex, fosthom il-Katidral Anglikan, il-Parroċċa ta' Santu Wistin, l-Oratorju tal-Onorati, il-Bażilika ta' San Duminku fil-Belt Valletta, u l-Bażilika ta' Kristu Re f 'Raħal Ġdid. Dan il-festival se jiaħ bil- kunċert spettakolari tal-artist famuż internazzjonalment, Cameron Carpenter li se jdoqq xogħlijiet ta' Bach fil- Katidral Anglikan fil-Belt Valletta. Carpenter, magħruf għat-teknika straordinarja u l-interpretazzjonijiet mhux mistennija, se jagħti spettaklu uniku u joffri esperjenza ta' klassi dinjija għall-pubbliku Malti. Ma jonqsux ukoll kunċerti importanti oħra fil-programm ta' din is-sena. Fosthom, nistgħu nsemmu l-kunċert "Trumpet Fanfare u Organ Grandeur" li se jittella' fil-Bażilika ta' San Duminku bil-parteċipazzjoni ta' Marco D'Avola u l-prodiġju żagħżugħ Filippo Lombari fuq l-orgni l-ġdid u maestuż, li għamlu d-Dumnikani tal-Belt fl-4 ta' Diċembru. Se nkunu qed naraw kif it-tromba u l-orgni jikkumplimentaw lil xulxin b'mużika maestuża u affaxxinanti. Fuq nota oħra, il-kunċert "Minn Bach għal Piazzolla" fil-Parroċċa ta' Santu Wistin fil-Belt Valletta se jlaqqa' xogħlijiet minn perjodi u stili mużikali differenti, u joffri vjaġġ artistiku uniku mill-Barokk sal-Modern, li juri t-tranżizzjoni tal-mużika fuq sekli sħaħ. L-organista Pollakk Dariusz Bąkowski-Kois se jagħti kunċert fuq l-orgni Positivo tal-1774, mibni f 'Napli minn Domenico Antonio Rossi. Dan l-orgni kien modifikat b'mod drastiku fis- snin 50 u ġie restawrat għall- kundizzjoni oriġinali tiegħu fl- 2024 minn Robert Buhagiar. Biex nidħlu fl-atmosfera tal- Milied, il-festival ħaseb ukoll biex jinkludi kunċert fuq din it-tema nhar it-2 ta' Diċembru ġewwa l-Oratorju tal-Onorati fi ħdan il- Knisja tal-Ġiżwiti l-Belt Valletta bis-sehem tad-Direttur Artistiku ta' dan il-festival, Joseph Lia fejn se jkun qed ikanta flimkien ma' Mariia Kozlova u akkumpanjat minn Augusto Belau. Il-festival huwa opportunità biex wieħed jieqaf mill-ġirja ta' kuljum u jgħaddi għal mumenti ta' serenità u riflessjoni f 'atmosfera li tgħin wieħed jingħaqad man-natura spiritwali tiegħu, b'mużika li tmiss lill-qlub. Minn knejjes bi sbuħija storika sa melodiji sublimi tal-orgni, il-festival joffri ambjent perfett biex wieħed japprezza l-kultura u t-tradizzjonijiet ta' pajjiżna. Il-Festival Internazzjonali tal- Orgni ta' Malta 2024 mhux biss jipprovdi spettakli mill-aqwa iżda jservi wkoll bħala pjattaforma għall-artisti lokali, b'kunċert bħal "Platform for Talent" fil-Bażilika u Santwarju ta' Santa Marija fil- Mosta, fejn talenti ġodda jkollhom iċ-ċans juru l-abbiltajiet tagħhom u jagħmlu l-marka tagħhom fid- dinja mużikali. Waqt dan il-festival, issapportjat minn VisitMalta, APS Bank, l-Ambaxxata Ġermaniża, u Festivals Malta, flimkien b'għajnuna mill-Kunsilli taż-Żebbuġ u Raħal Ġdid, ejjew ningħaqdu f 'din il-festa mużikali fil-qalba tal-komunitajiet tagħna biex niċċelebraw mużika t'eċċellenza artistika li tilħaq il- fond ta' qalbna. Għall-programm sħiħ idħlu fuq www. MaltaInternationalOrganFestival. com. Ritratt bil-kortesija ta' Park Circus/Paramount

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 December 2024