Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1530037
Kif sostnejt qabel, kien il-ktieb e Time Machine li ispira dan il-ġeneru. Din hija l-istorja tal-film kult tal-1960, e Time Machine. George (Taylor), xjentist li qed jagħmel riċerka fuq ir-"raba' dimensjoni", jipperfezzjona Magna taż-Żmien li kapaċi tittrasportah lura u 'l quddiem fiż-żmien. Ninsabu f 'Londra Vittorjana ta' Diċembru 1899 u bil-Magna jmur 'il quddiem fl-1917, 1940 u 1966; kull darba jsib ruħu f 'dinja stramba mifnija bil-gwerra. Wara li jiskappa minn attakk atomiku, ikompli għaddej fil- futur sakemm jasal fis-sena 802,701. Din id-darba d-dinja tidher qisha ġenna tal-art mimlija b'żgħażagħ mingħajr ħsibijiet u n-nisa msejħa Eloi. Imma George jsibhom mimlija apatija u bla skop! Wara, waħda mit-tfajliet, Weena (Mimieux) tgħidlu li huma ddominati minn nies kefrin li jgħixu taħt l-art, il-Morlocks. Meta dawn jippruvaw jeqirdu lil Eloi, George jqajjem mil-letarġija li ħakmithom li sħabha u flimkien jirnexxilhom iqarrqu bl-għedewwa tagħhom. Il-Magna taż-Żmien kważi taqa' f 'idejn il-Morlocks u George malajr jirranġa d-data għas-sena 1900. Il-mistednin tiegħu għall-ikel bilkemm jemmnu l-istorja tiegħu, imma wara li jisparixxi James Filby (Young) jirrealizza li reġa' mar lura biex ikompli jgħin lil Eloi u jibni dinja ġdida. Dan il-film rebaħ Oscar għall-effetti speċjali. Planet Of e Apes (1968). 112-il minuta. Direttur Franklyn J. Schaffner. Jidhru Charlton Heston, Roddy McDowell, Kim Hunter, Linda Harrison. Heston hu l-mexxej ta' grupp ta' astronawti fuq vjaġġ twil fl- ispazju profond. Meta l-vettura spazjali titlef il-kontroll, u sħabu reqdin fil-fond kważi kollha jmutu, hu jsib ruħu elfejn sena wara fuq pjaneta distopika fejn jikkmandaw ix-xadini, u l-umani huma lsiera. Il-final ta' dan il-film klassiku hu wieħed sorprendenti immens u mill-aqwa fl-annali taċ-ċinema. Serje ta' ħames films (1968-73) fejn propjament il- protagonisti huma Zira (Hunter) u Cornelius (McDowell), żewġ xadini ta' dispożizzjoni ħelwa u simpatika. Film rebbieħ ta' Oscar għall-Aqwa Rtokk. Time Aer Time (1979). 112-il minuta. Direttur Nicholas Meyer. Il-kast kien kompost minn Malcolm McDowell, David Warner, Mary Steenburgen u Patti D'Arbanville. Storja ta' fantasija ta' H. G. Wells fejn Jack the Ripper (Warner) minn żmien Londra Vittorjana jaħrab b'Magna taż-żmien lejn Los Angeles tal-futur (is-sena li fiha ħareġ il-film). Tassew timpressjona Mary Steenburgen bħala l-maħbuba Amerikana moderna ta' H. G. Wells (McDowell) li tkun imminaċċjata mill- qattiel. e Terminator (1984). 108 minuti. Id- direttur hu James Cameron. Jaħdmu Arnold Schwarzenegger, Michael Biehn, Linda Hamilton u Paul Winfield. Film awtentiku tax-xjenza fittizja fejn "cyborg" (robot taħt forma ta' uman) (Schwarzenegger) jintbagħat lura mill-futur fid-dinja biex jelimina lill- waħda mara innoċenti (Hamilton). Din hi omm is-salvatur tal-futur ta' kontra r-robots. Xogħol meraviljuż, qawwi, mimli azzjoni sfiqa li ma jħallikx mument kwiet. Warajh, kważi aħjar ħareġ Terminator 2: Judgement Day, ieħor superb. Back To e Future (1985). 116-il minuta. Direttur Robert Zemeckis. Il-kast kompost minn Michael J. Fox, Christopher Lloyd, Crispin Glover u Lea ompson. Permezz ta' karozza DeLorean mibnija bħala Time Machine minn professur eċċentriku, teenager jivvjaġġa lura mis-snin tmenin għal dawk tal- ħamsin biex il-ġenituri tiegħu, għalissa mhux ħbieb ta' xulxin, ilaqqagħhom inkella hu ma jeżistix. Kummiedja sfrenata u anki spissjata, però tassew divertenti fejn jiddomina Christopher Lloyd bħala Emmett "Doc" Brown, xjentist stramb. Warajh, żewġ sequels oħra li jikkomplimentaw sewwa lil din il- produzzjoni ta' suċċess finanzjarju. Midnight In Paris (2011). Direttur Woody Allen, bl-attur Owen Wilson, Rachel McAdams, Marion Cotillard u Michael Sheen. Ħin: 100 minuta. Wilson jivvjaġġa lejn Pariġi bil-maħbuba miegħu bit-tir li jsib ispirazzjoni għan-novella li qed jikteb, billi fis-snin għoxrin f 'din il-belt kienu jgħixu artisti u kittieba leġġendarji. B'mod maġiku jsib ruħu fi żmienhom u jiltaqa' magħhom wiċċ imb wiċċ. Film b'andament tassew ħelu minkejja li l-fantasija ma tantx timpressjona. L-iscreenplay ta' Woody Allen rebħet l-Oscar. B'ħafna idjomi u kliem tekniku xjentifiku ġdid, il-futur tal-films tax-xjenza fittizja jista' jkun wieħed ta' sorpriża! 14 films IL-ĦADD 1 TA' DIĊEMBRU 2024 • illum Carmel Bonnici L-ivvjaġġar fil-passat u fil-futur matul is-snin IT-TIELET PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet tax-xita li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita Viżibilità Tajba li ssir moderata fix-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 għal 6 lokalment forza 6 L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita bir-ragħad u bil-buffuri tar-riħ Viżibilità Moderata għal tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Riħ Mil-Lbiċ forza 4 għal 5 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Film li jeħodna fl-1985 u jsegwi lil Marty McFly, żagħżugħ aċċidentalment mibgħut lura fl-1955 Film tax-xjenza fittizja fejn "cyborg" jintbagħat lura mill-futur fid- dinja biex jelimina mara innoċenti